<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1201153101.case.xml"><NO.CASE>C-101/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0101</NO.CELEX><NO.SEQ>0011.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>11568</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11592</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>25</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20071118">18.11.2007</DATE> — KAWŻA C-101/05</LEFT><RIGHT>A</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal- Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20071218">18 ta' Diċembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-101/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 234 KE, imressqa mir-Regeringsràtten (l-Iżvezja), permezz ta' deċiżjoni tal-<DATE ISO="20041015">15 ta' Ottubru 2004</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20050228">28 ta' Frar 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>Skatteverket</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>A,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, C. W. A. Timmermans, A. Rosas, K. Lenaerts (Relatur) u A. Tizzano, Presidenti ta' l-Awla, R. Schintgen, J. N. Cunha Rodrigues, R. Silva de Lapuerta, J. Malenovsky, T. von Danwitz, A. Arabadjiev u C. Toader, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-11569"?><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: C Stromholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20070612">12 ta' Ġunju 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għas-Skatteverket, minn K. Rask, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għal A, minn S. Andersson u P. Nortoft, advokater,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Żvediż, minn K. Wistrand u A. Falk, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn B. Weis Fogh, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn M. Lumma, U. Forsthoff u C. Blaschke, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn N. Diaz Abad u M. Mufioz Perez, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="I-11570"?><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn G. de Bergues u J. C. Gracia kif ukoll minn C. Jurgensen, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn L M. Braguglia, bħala aġent, assistit minn P. Gentili, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u C ten Dam kif ukoll minn M. de Grave, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. Jackson u T. Harris, bħala aġenti, assistiti minn T. Ward, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn R. Lyal u K. Simonsson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20070911">11 ta' Settembru 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta l-Artikoli 56 KE u 58 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11571"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta' kawża bejn is-Skatteverket (Amministrazzjoni Fiskali Żvediża), u A, persuna fiżika residenti fl-Iżvezja, minħabba rifjut li din ta' l-aħħar tingħata eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi mqassma taħt il-forma ta azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja stabbilita fpajjiż terz.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Liġi Żvediża ta' l-1999 dwar it-taxxa fuq id-dħul (inkomstskattelagen, SFS 1999, Nru 1229, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>liġi<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), id-dividendi mqassma lil persuna fiżika residenti fl-Iżvezja minn kumpannija b'responsabbiltà limitata huma normalment suġġetti għat-taxxa fuq id-dħul f'dan l-Istat Membru.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 16 tal-Kapitolu 42 tal-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Id-dividendi mqassma minn kumpannija Żvediża b'responsabbiltà limitata (parent company) taħt il-forma ta' azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja mhumiex inklużi fid-dħul taxxabbli, taħt il-kundizzjoni li:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>it-tqassim isir b'mod proporzjonali għan-numru ta' azzjonijiet miżmuma fil-parent company;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-azzjonijiet tal-parent company ikunu kkwotati fil-Borża;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-11572"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>l-ishma kollha tal-parent company fil-kumpannija sussidjarja jkunu mqassma;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>wara t-tqassim tad-dividendi, l-ishma fil-kumpannija sussidjarja ma jkunux miżmuma minn kumpannija li tappartjeni għall-istess grupp bħall-parent company;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT>il-kumpannija sussidjarja tkun kumpannija Żvediża b'responsabbiltà limitata jew kumpannija barranija, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT>l-attività prinċipali tal-kumpannija sussidjarja tkun ta' natura industrijali jew kummerċjali jew tikkonsisti, direttament jew indirettament, fiż-żamma ta azzjonijiet f'kumpanniji li l-attività prinċipali tagħhom tkun ta' natura industrijali jew kummerċjali u li fihom il-kumpannija sussidjarja jkollha, direttament jew indirettament, azzjonijiet b'numru totali ta' voti li jikkorrispondi għal iktar min-nofs in-numru ta' voti ta' l-azzjonijiet kollha tal-kumpannija.<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl-1992, meta din l-eżenzjoni ġiet introdotta fid-dritt Żvediż, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardawha kienu japplikaw biss għall-profitti mqassma minn kumpanniji b'responsabbiltà limitata Żvediżi. Wara li ġew imħassra fl-1994, dawn id-dispożizzjonijiet ġew introdotti mill-ġdid fl-imsemmi dritt fl-1995.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 16a tal-Kapitolu 42 tal-liġi, introdott fid-dritt Żvediż fl-2001, l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 16 ta' l-istess kapitolu tapplika wkoll jekk it-tqassim ta l-azzjonijiet isir minn kumpannija barranija li tikkorrispondi għal kumpannija Żvediża b'responsabbiltà limitata u li tkun stabbilita fpajjiż taż-Zona Ekonomika Ewropea (iktar 'il quddiem iż-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>ŻEE<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>) jew fi Stat li miegħu r-Renju ta' l-Iżvezja jkun ikkonkluda konvenzjoni fiskali li fiha dispożizzjoni għall-iskambju ta' informazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11573"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19650507">7 ta' Mejju 1965</DATE>, il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Renju ta' l-Iżvezja kkonkludew konvenzjoni sabiex jevitaw it-tassazzjoni doppja fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul u fuq il-patrimonju (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>konvenzjoni<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>). L-Artikoli 10 u 11 ta' din il-konvenzjoni jirrigwardaw l-iskema ta' tassazzjoni tad-dividendi u ta' l-interessi, rispettivament</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni jipprovdi għal proċedura amikevoli bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-Istati kontraenti sabiex tiġi evitata t-tassazzjonijiet li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet ta' din il-konvenzjoni kif ukoll sabiex jiġu solvuti ddiffikultajiet jew jitneħħew id-dubji li jistgħu jinħolqu mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Mill-punt 5 tal-Protokoll ta' Negozjar u Ffirmar li ġie stabbilit waqt il-konklużjoni tal-konvenzjoni (iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>protokoll<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>) jirriżulta li d-delegazzjoni Żvizzera kkunsidrat li l-unika informazzjoni li tista tkun is-suġġett ta' skambju hija dik meħtieġa għall-applikazzjoni tajba tal-konvenzjoni u dik li tippermetti li jiġi evitat li din tiġi applikata b'mod abbużiv. Mill-istess punt 5 jirriżulta li r-Renju ta' l-Iżvezja ħa nota ta' din id-dikjarazzjoni u rrinunzja għal dispożizzjoni espressa fil-konvenzjoni dwar l-iskambju ta' informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="19930817">17 ta' Awwissu 1993</DATE>, ġie konkluż arranġament bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u r-Renju ta' l-Iżvezja li jikkonċerna l-implementazzjoni ta' l-Artikoli 10 u 11 tal-konvenzjoni (iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>arraġament<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/>). Dan l-arranġament jippreċiża l-proċedura li għandha tiġi segwita minn individwu sabiex jikseb eżenzjoni mit-taxxa skond il-kundizzjonijiet ta' tassazzjoni stabbiliti f'dawn l-artikoli, kif ukoll ittrattament ta' talbiet bħal dawn mill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istati kontraenti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11574"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>A hija azzjonista fil-kumpannija X, li għandha s-sede tagħha fl-Iżvizzera u li qegħda tipprevedi t-tqassim ta' l-azzjonijiet li hija għandha f'waħda mill-kumpanniji sussidjarji tagħha. A talbet opinjoni preliminari mingħand l-iSkatterättsnämnden (Kummissjoni tad-Dritt Fiskali) dwar jekk dan it-tqassim kienx eżentat mit-taxxa fuq id-dħul Skond A, il-kumpannija X tikkorrispondi għal kumpannija Żvediża b'responsabbiltà limitata u l-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni rikjesti mil-liġi Żvediża huma ssodisfati, ħlief għal dik li tirrigwarda l-post tas-sede ta' din il-kumpannija.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-opinjoni preliminari tagħha, innotifikata fid-<DATE ISO="20030219">19 ta' Frar 2003</DATE>, l-iSkatterättsnämnden wieġbet li t-tqassim previst minn X kellu jkun eżentat mit-taxxa fuq id-dħul u dan skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-kapital</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skond is-Skatterättsnämnden, tali dritt għall-eżenzjoni ma jirriżultax mil-liġi peress li l-konvenzjoni ma tistabbilixxi ebda obbligu għall-Konfederazzjoni Żvizzera li tipprovdi informazzjoni meħtieġa mill-Amministrazzjoni Fiskali Żvediża. Madankollu, l-Artikolu 16a tal-Kapitolu 42 tal-liġi kellu jiġi kkunsidrat bħala restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital fis-sens ta' l-Artikolu 56 KE. Ċertament, restrizzjoni bħal din tkun motivata mill-intenzjoni li jiġu ffaċilitati l-kontrolli fiskali f'kuntest li fih mhijiex applikabbli d-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-<DATE ISO="19771219">19 ta' Diċembru 1977</DATE>, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="336" DATE.PUB="1977" PAGE.FIRST="15">ĠU L 336, p. 15</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE, tal-<DATE ISO="19920225">25 ta' Frar 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="076" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">ĠU L 76, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem id-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Direttiva 77/799<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>). Madankollu, limsemmija restrizzjoni hija sproporzjonata fir-rigward ta' limsemmi għan. Fil-fatt, jidher li sa ċertu punt l-arranġament jipprovdi l-possibbiltà għall-Amministrazzjoni Fiskali Żvediża li tikseb l-informazzjoni neċessarja għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fiskali interna. Barra minn hekk, il-persuna taxxabbli tista tingħata l-possibbiltà li turi hija stess li l-kundizzjonijiet kollha meħtieġa mil-liġi huma ssodisfati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11575"?><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Is-Skatteverket ressqet appell minn din l-opinjoni preliminari tas-Skatterättsnämnden quddiem ir-Regeringsrätten.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-appell tagħha, is-Skatteverket sostniet li d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-kapital mhumiex ċari għal dak li jikkonċerna l-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, b'mod partikolari ma' dawk, minn fost dawn ta' l-aħħar, li jopponu l-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet ta' kontroll fiskali. Meta l-possibbiltà li tinkiseb informazzjoni hija limitata, restrizzjoni bħal dik stabbilita mill-imsemmi Artikolu 16a tista' tkun iġġustifikata sabiex tiġi ggarantita leffettività tal-kontrolli fiskali.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, A ssostni li d-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-protokoll u fl-arranġament jistgħu jitqiesu bħala dispożizzjoni li tirrigwarda l-iskambju ta' informazzjoni li tinsab fil-konvenzjoni stess. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 16a tal-Kapitolu 42 tal-liġi jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-kapital, li ma tistax tiġi ġġustifikata. Fil-fatt, m'hemmx bżonn li l-awtoritajiet Żvizzeri jintalbu informazzjoni peress li l-persuna taxxabbli tista' tiġi ordnata turi li hija tissodisfa lkundizzjonijiet sabiex tibbenefika mill-eżenzjoni prevista fil-liġi.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Regeringsrätten iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiż terz jipprojbixxu li, fsitwazzjoni bħal dik [tal-kawża prinċipali], A tiġi ntaxxata fuq id-dividendi mqassma lilha minn X għar-raġuni li X m'għandhiex is-sede tagħha fi Stat taż-ŻEE jew fi Stat li miegħu [ir-Renju ta] l-Iżvezja għandu konvenzjoni fiskali li fiha klawsola li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni?<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11576"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-kapital għand-homx jiġu interpretati fis-sens li jipprojbixxu l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mid-dividendi, imqassma taħt forma ta azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja, tista' tingħata biss jekk il-kumpannija distributriċi hija stabbilita fi Stat taż-ŻEE jew fi Stat li miegħu tkun ġiet konkluża konvenzjoni li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni ma l-Istat Membru li jimponi t-taxxa.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, għalkemm it-tassazzjoni diretta taqa' taħt il-kompetenza ta' l-Istati Membri, dawn ta' l-aħħar għandhom, madankollu, jeżerċitaw din il-kompetenza skond id-dritt Komunitarju (sentenzi tas-<DATE ISO="20000606">6 ta' Ġunju 2000</DATE>, Verkooijen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-35/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4071">C-35/98, Ġabra p. I-4071, punt 32</REF.DOC.ECR>; tas-<DATE ISO="20040907">7 ta' Settembru 2004</DATE>, Manninen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-319/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7477">C-319/02, Ġabra p. I-7477, punt 19</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<DATE ISO="20070306">6 ta' Marzu 2007</DATE>, Meilicke <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-292/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-1835">C-292/04, Ġabra, p. I-1835, punt 19</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, l-Artikolu 56(1) KE, li daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="19940101">1 ta' Jannar 1994</DATE>, implementa l-liberalizzazzjoni tal-kapital bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, huwa jipprovdi, fil-kuntest tal-kapitolu tat-Trattat intitolat <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Il-Kapital u l-Pagament<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>, li r-restrizzjonijiet kollha fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi huma pprojbiti (sentenzi ta' l-<DATE ISO="19951214">14 Diċembru 1995</DATE>, Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-163/94+C-165/94+C-250/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4821">C-163/94, C-165/94 u C-250/94, Ġabra p. I-4821, punt 19</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE>, van Hilten-van der Heijden, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-513/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1957">C-513/03, Ġabra p. I-1957, punt 37</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11577"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-effett dirett ta' l-Artikolu 56(1) KE fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-Artikolu 56(1) KE jistabbilixxi projbizzjoni ċara u mhux kundizzjonata, li ma teħtieġ ebda miżura ta' implementazzjoni u li tagħti lill-individwi drittijiet li huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati (ara, f'dan issens, is-sentenza Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punti 41 u 47).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-Gvern Ġermaniż isostni li fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, din id-dispożizzjoni għandha effett dirett biss fir-rigward tar-restrizzjonijiet li jirrigwardaw il-kategoriji ta' moviment tal-kapital li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 57(1) KE. Fil-fatt, fir-rigward tal-kategoriji ta' moviment tal-kapital imsemmija f'dan il-paragrafu 1, l-Artikolu 57(2) KE jagħti lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea s-setgħa li jadotta miżuri ta' liberalizzazzjoni jekk u safejn dawn jippermettu l-promozzjoni tal-funzjonament ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Għalkemm fil-punt 46 tas-sentenza Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-adozzjoni ta' miżuri mill-Kunsill mhijiex kundizzjoni neċessarja għall-implementazzjoni tal-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 56(1) KE, hija illimitat din l-interpretazzjoni għar-restrizzjonijiet li ma jaqgħux taħt l-Artikolu 57(1) KE.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi mfakkar li skond l-Artikolu 57(1) KE, l-Artikolu 56 KE ma jaffettwax l-applikazzjoni, fir-rigward ta' pajjiżi terzi, tar-restrizzjonijiet li kienu jeżistu fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE> abbażi tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt Komunitarju għal dak li jikkonċerna l-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz meta dan jinvolvi investimenti diretti, inklużi investimenti f'beni immobbli, listabbiliment, il-prowediment ta' servizzi finanzjarji jew id-dħul ta' titoli fis-swieq kapitali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11578"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skond l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 57(2) KE, filwaqt li jipprova jilħaq l-għan tal-moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, safejn huwa l-iktar possibbli u mingħajr ħsara għall-kapitoli l-oħra tat-Trattat, il-Kunsill jista, billi jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, jadotta l-miżuri li jirrigwardaw il-moviment tal-kapital minn jew lejn pajjiżi terzi, meta dawn jinvolvu investimenti diretti, inklużi investimenti f'beni immobbli, l-istabbiliment, il-prowediment ta' servizzi finanzjarji jew id-dħul ta' titoli fis-swieq kapitali. It-tieni sentenza ta' l-imsemmi paragrafu 2 tirrikjedi li l-miżuri li jikkostitwixxu pass lura fid-dritt Komunitarju għal dak li jikkonċerna l-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz, jiġu adottati abbażi ta' vot unanimu.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-punt 48 tas-sentenza Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 73 B(1) tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56(1) KE), flimkien ma l-Artikoli 73 C u 73 D(1)(b) tat-Trattat KE [li saru l-Artikoli 57 u 58(1)(b) KE, rispettivament], jistgħu jiġu invokati quddiem il-qorti nazzjonali u jwasslu sabiex ir-regoli nazzjonali kuntrarji għalihom ma jiġux applikati.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>B'hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet l-effett dirett ta' l-Artikolu 56(1) KE mingħajr m'għamlet distinzjoni bejn il-kategoriji ta' moviment tal-kapital li jaqgħu taħt l-Artikolu 57(1) KE u dawk li ma jaqgħux taħtu. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) KE ma tistax teskludi li l-Artikolu 56(1) KE jagħti drittijiet lill-individwi li huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qrati (sentenza Sanz de Lera <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar 'il fuq, punt 47).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, l-Artikolu 56(1) KE, flimkien ma l-Artikoli 57 KE u 58 KE, jista jiġi invokat quddiem il-qorti nazzjonali u jista jwassal sabiex ir-regoli nazzjonali kuntrarji għalihom ma jiġux applikati, irrispettivament mill-kategorija ta' moviment tal-kapital in kwistjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11579"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-kunċett ta' restrizzjonijietfuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Jeħtieġ li l-ewwel tingħata risposta għall-argumenti tas-Skatteverket u dawk tal-Gvern Żvediż, Ġermaniż, Franċiż, u Olandiż, fejn huma jsostnu li l-kunċett ta' restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital imsemmi fl-Artikolu 56(1) KE ma jistax jiġi interpretat bl-istess mod fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi bħal f'dawk bejn l-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż, Franċiż, u Olandiż isostnu li, kuntrarjament għal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri, li l-għan tagħha huwa li jiġi stabbilit is-suq intern, l-estensjoni tal-prinċipju ta' moviment liberu tal-kapital għar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi huwa marbut mat-twaqqif ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Dawn it-tliet Gvernijiet isostnu li, fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, il-ħarsien tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 56(1) KE jwassal għal liberalizzazzjoni unilaterali min-naħa tal-Komunità Ewropea, mingħajr ma din tikseb il-garanzija li l-pajjiżi terzi kkonċernati wkoll ikunu ser jimxu lejn liberalizzazzjoni ekwivalenti u mingħajr ma jeżistu, fir-relazzjonijiet ma' dawn ta l-aħħar, miżuri ta' armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari, fir-rigward tat-tassazzjoni diretta.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-gvern Ġermaniż u Olandiż isostnu wkoll li jekk il-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital kellu jiġi interpretat bl-istess mod kemm fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi kif ukoll ġewwa l-Komunità, jitneħħielha l-mezzi li bihom tinnegożja l-liberalizzazzjoni ma' dawn il-pajjiżi, peress li liberalizzazzjoni bħal din tkun digà fetħet awtomatikament u unilateralment is-suq Komunitarju għal dawn ta' l-aħħar. F'dan ir-rigward huma jsostnu li l-klawsoli li jirrigwardaw il-moviment liberu tal-kapital li jkunu fil-ftehim ta' assoċjazzjoni konklużi mal-pajjiżi terzi spiss ikollhom portata iktar ristretta minn dik ta' l-Artikolu 56 KE, li ma jkunx jagħmel sens kieku din id-<?PAGE NO="I-11580"?>dispożizzjoni kienet applikabbli b'mod daqstant rigoruż fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi u fir-relazzjonijiet Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punti 74 sa 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, anki jekk il-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital mal-pajjiżi terzi jista, ċertament, ikollha għanijiet oħra apparti li jiġi stabbilit is-suq intern, bħal, b'mod partikolari, li tiġi assigurata l-kredibbiltà tal-munita unika Komunitarja fuq is-swieq finanzjarji dinjija, u li fl-Istati Membri jinżammu ċentri finanzjarji ta' dimensjoni dinjija, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, peress li, permezz ta' l-Artikolu 56(1) KE l-prinċipju tal-moviment liberu tal-kapital ġie estiż għall-moviment tal-kapital bejn il-pajjiżi terzi u l-Istati Membri, dawn ta' l-aħħar għażlu li jistabbilixxu dan il-prinċipju fl-istess artikolu u fl-istess termini għall-moviment tal-kapital li jseħħ ġewwa l-Komunità u dak li jikkonċerna r-relazzjonijiet ma pajjiżi terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif sostna wkoll l-Avukat Ġenerali fil-punti 78 sa 83 tal-konklużjonijiet tiegħu, mid-dispożizzjonijiet kollha introdotti fit-Trattat taħt ilkapitolu li jirrigwarda l-kapital u l-pagamenti, jirriżulta li sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt li l-għan u l-kuntest legali tal-liberalizzazzjoni tal-moviment tal-kapital huma differenti skond jekk il-kwistjoni tkunx dwar relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi jew il-moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri, dawn qiesu li kien neċessarju li jiġu previsti klawsoli ta' salvagwardja u derogi li japplikaw speċifikatament għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, barra mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) KE għal ċerti restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li kienu jeżistu fil-<DATE ISO="19931231">31 ta Diċembru 1993</DATE> abbażi tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt Komunitarju, l-Artikolu 59 KE jagħti lill-Kunsill, f'ċirkustanzi eċċezzjonali li fihom l-imsemmi moviment tal-kapital jikkawża jew jhedded li jikkawża diffikultajiet serji għall-funzjonament ta' l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, is-setgħa li jadotta miżuri ta' salvagwardja. Barra minn hekk, l-Artikolu 60(1) KE jawtorizza lill-Kunsill jieħu l-miżuri urġenti<?PAGE NO="I-11581"?> neċessarji fir-rigward ta' pajjiż terz jekk, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 301 KE, ikun meqjus li huwa neċessarju li tittieħed azzjoni Komunitarja. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 60(2) KE jipprovdi għall-possibbiltà li, għal raġunijiet politiċi serji u minħabba motivi ta' urġenza, Stat Membru jieħu, sakemm il-Kunsill ma jkunx eżerċita s-setgħa tiegħu taħt l-Artikolu 60(1) KE, miżuri unilaterali kontra pajjiż terz fir-rigward, b'mod partikolari, tal-moviment tal-kapital</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward jeħtieġ li jiġi mfakkar li, kuntrarjament għal dak li jsostni l-Gvern Ġermaniż, mill-kundizzjonijiet li għalihom hija suġġetta s-setgħa tal-Kunsill taħt l-Artikolu 57(2) KE li jadotta miżuri li jirrigwardaw kategoriji ta' moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi indikati f'din id-dispożizzjoni, ma jistax jiġi dedott li l-imsemmija kategoriji ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 56(1) KE. Fil-fatt, l-Artikolu 57(2) KE għandu jinqara flimkien mal-paragrafu 1 ta' l-istess artikolu u jillimita ruħu li jippermetti lill-Kunsill jadotta miżuri li jirrigwardaw l-imsemmija kategoriji ta' moviment tal-kapital, mingħajr ma dawn ir-restrizzjonijiet nazzjonali jew Komunitarji li ż-żamma tagħhom hija espliċitament prevista f'dan il-paragrafu 1 jistgħu jiġu invokati kontrih.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 86 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-restrizzjonijiet li l-Istati Membri u l-Komunità jistgħu japplikaw skond l-Artikolu 57(1) KE għall-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz jingħaddu mhux biss ma dawk previsti fl-Artikoli 59 KE u 60 KE, iżda wkoll ma dawk li jirriżultaw minn miżuri meħuda mill-Istati Membri skond l-Artikolu 58(1)(a) u (b) KE jew li huma altrimenti ġġustifikati abbażi ta' raġuni imperattiva ta' interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-limitu safejn l-Istati Membri huma b'hekk awtorizzati li japplikaw ċerti miżuri restrittivi li jirrigwardaw il-moviment tal-kapital ma jistax jiġi ddeterminat mingħajr ma jittieħed in kunsiderazzjoni l-fatt, indikat minn diversi Gvernijiet li ppreżentaw l-osservazzjonijiet<?PAGE NO="I-11582"?> tagħhom lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz iseħħ f'kuntest legali differenti minn dak li jseħħ fi ħdan il-Komunità.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minħabba l-livell ta' integrazzjoni legali eżistenti bejn l-Istati Membri ta l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari, l-eżistenza ta' miżuri leġiżlattivi Komunitarji intiżi għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali, bħad-Direttiva 77/799, l-impożizzjoni ta' taxxa minn Stat Membru fuq attivitajiet ekonomiċi li għandhom aspetti traskonfinali u li jitwettqu ġewwa l-Komunità mhux dejjem hija simili għal dik imposta fuq attivitajiet ekonomiċi li jirrigwardaw relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi (sentenza tat-<DATE ISO="20061212">12 ta' Diċembru 2006</DATE>, Test Claimants in the FII Group Litigation, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-11753">C-446/04, Ġabra p. l-11753, punt 170</REF.DOC.ECR>). Skond il-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistax jiġi eskluż li Stat Membru jista juri li restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz hija ġġustifikata minħabba raġuni mogħtija f'ċirkustanzi fejn din ir-raġuni ma tkunx ta' natura li tikkostitwixxi ġustifikazzjoni valida għal restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri (sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq, punt 171).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Għal dawn il-motivi, l-argument imqajjem mill-Gvern Ġermaniż u Olandiż li, għalkemm il-kunċett ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital huwa interpretat bl-istess mod fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi bħal f'dawk bejn l-Istati Membri, il-Komunità tkun qed tiftaħ unilateralment is-suq Komunitarju għall-pajjiżi terzi mingħajr ma tikkonserva l-mezzi ta' negozjar meħtieġa sabiex tinkiseb tali liberalizzazzjoni min-naħa ta' dawn ta' l-aħħar, ma jistax jitqies bħala determinanti.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Peress li l-kunċett ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi ġie kkjarifikat, jeħtieġ li jiġi eżaminat, fit-tieni lok, jekk leġiżlazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali għandhiex tiġi kkunsidrata bħala tali restrizzjoni u, jekk ikun il-każ, jekk hija tistax tiġi oġġettivament iġġustifikata abbażi tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat jew abbażi ta' raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11583"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-eżistenza ta' restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi osservat li l-miżuri pprojbiti mill-Artikolu 56(1) KE, in kwantu restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital, jinkludu dawk li huma ta' natura li jiddiswadu lill-persuni li mhumiex residenti milli jinvestu fi Stat Membru jew jiddiswadu lir-residenti ta' l-imsemmi Stat Membru milli jinvestu fi Stati oħra (ara ssentenzi van Hilten-van der Heijden, iċċitata iktar 'il fuq, punt 44, u tal-<DATE ISO="20070125">25 ta' Jannar 2007</DATE>, Festersen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-1129">C-370/05, Ġabra p. I-1129, punt 24</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F'dan il-każ, l-Artikolu 16a tal-Kapitolu 42 tal-liġi jagħti lill-persuni taxxabbli residenti fl-Iżvezja eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dividendi mqassma, taħt forma ta azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja, minn kumpannija b'responsabbiltà limitata stabbilita fl-Iżvezja jew fi Stat Membru ieħor taż-ŻEE, iżda jirrifjuta li jagħtihom il-benefiċċju ta' din l-eżenzjoni meta tqassim bħal dan jirriżulta minn kumpannija stabbilita f'pajjiż terz li mhuwiex membru taż-ŻEE, ħlief jekk dan ikun ikkonkluda konvenzjoni mar-Renju ta' l-Iżvezja li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Leġiżlazzjoni bħal din għandha l-effett li tiddiswadi lill-persuni taxxabbli residenti fl-Iżvezja milli jinvestu l-kapital tagħhom f'kumpanniji stabbiliti barra miż-ŻEE. Filfatt, safejn id-dividendi li hija tqassam lir-residenti Żvediżi huma, fiskalment, ittrattati b'mod inqas favorevoli minn dawk imqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru taż-ŻEE, l-azzjonijiet ta' l-imsemmija kumpanniji huma inqas attraenti għall-investituri residenti fl-Iżvezja minn dawk ta' kumpanniji stabbiliti f'tali Stat (ara, fdan is-sens, issentenzi ċċitati iktar 'il fuq Verkooijen, punti 34 u 35, u Manninen, punti 22 u 23, kif ukoll, fir-rigward tal-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, is-sentenza Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq, punt 166).</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, leġiżlazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali tinvolvi restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital bejn I-Istati Membri u I-pajjiżi terzi li, bħala prinċipju, hija pprojbita mill-Artikolu 56(1) KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11584"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Qabel ma jiġi eżaminat jekk, kif isostnu s-Skatteverket u l-Gvernijiet li ppreżentaw losservazzjonijiet tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija restrizzjoni tistax tiġi ġġustifikata abbażi ta' raġuni imperattiva ta' interess ġenerali, jeħtieġ li tingħata risposta għall-argument tal-Gvern Taljan li din ir-restrizzjoni taqa' taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-applikazzjoni ta' l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) KE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Kif ġie osservat fil-punt 23 ta' din is-sentenza, skond l-Artikolu 57(1) KE, l-Artikolu 56 KE ma jaffettwax l-applikazzjoni, fir-rigward tal-pajjiżi terzi, tar-restrizzjonijiet eżistenti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE> abbażi tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt Komunitarju għal dak li jikkonċerna l-moviment liberu tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz meta jinvolvi investimenti diretti, inklużi investimenti f'beni immobbli, listabbiliment, il-prowediment ta' servizzi finanzjarji jew id-dħul ta' titoli fis-swieq kapitali.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Restrizzjoni fuq il-moviment tal-kapital riżultat tat-trattament fiskali inqas vantaġġuż tad-dividendi ta' oriġini barranija taqa' taħt il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>investimenti diretti<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/> fis-sens ta' l-Artikolu 57(1) KE sakemm din tirrigwarda kull natura ta investiment li jagħmlu persuni fiżiċi jew ġuridiċi u li jservi sabiex joħloq jew iżomm relazzjonijiet dewwiema u diretti bejn sid il-kera u l-impriża li għaliha tkun intiża l-proprjetà għall-finijiet ta' l-attività ekonomika tagħha (ara, f'dan is-sens, sentenzi Test Claimants in the FII Group Litigation, iċċitata iktar 'il fuq, punti 179 sa 181; ta l-<DATE ISO="20070524">24 ta' Mejju 2007</DATE>, Holbock, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-157/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4051">C-157/05, Ġabra p. I-4051, punti 33 u 34</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<DATE ISO="20071023">23 ta' Ottubru 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-8995">C-112/05, Ġabra p. I-8995, punt 18</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-11585"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Peress li d-deċiżjoni tar-rinviju ma teskludix li d-dividendi li l-kumpannija X taħseb li tqassam lil A jirrigwardaw investimenti bħal dawn, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk leġiżlazzjoni bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali tistax taqa' taħt l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) KE in kwantu restrizzjoni li kienet teżisti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punti 110 sa 112 tal-konklużjonijiet tiegħu l-kunċett ta' restrizzjoni eżistenti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE> jippresupponi li l-kuntest ġuridiku li fih taqa' ir-restrizzjoni in kwistjoni kien jifforma parti mis-sistema legali ta' l-Istat Membru kkonċernat minn dik id-data għal żmien mhux interrott Fil-fatt, kieku kien mod ieħor, Stat Membru kien ikun jista', fi kwalunkwe mument, jintroduċi mill-ġdid ir-restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz li kienu jeżistu fis-sistema legali nazzjonali fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE>, iżda li ma nżammewx.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Kienet b'din l-istess idea li l-Qorti tal-Ġustizzja esprimiet ruħha meta ġiet mitluba tiddeċiedi dwar l-applikabbiltà ta' l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 57(1) KE għal restrizzjonijiet fuq il-moviment tal-kapital li kienu jeżistu fis-sistema legali ta' Stat Membru fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE>. Fil-fatt, għalkemm il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li miżura nazzjonali adottata wara din id-data mhijiex, minħabba dan il-fatt biss, awtomatikament eskluża mis-sistema derogatorja prevista fl-imsemmi paragrafu 1, hija fehmet din il-possibbiltà bħala li tinkludi dispożizzjonijiet li, essenzjalment, huma identiċi għal leġiżlazzjoni preċedenti jew li jillimitaw lilhom infushom li jnaqqsu jew ineħħu ostaklu għall-eżerċizzju tad-drittijiet u l-libertajiet Komunitarji li jkun jinsab fil-leġiżlazzjoni preċedenti, filwaqt li teskludi dispożizzjonijiet li huma bbażati fuq loġika differenti minn dik tad-dritt preċedenti u li jistabbilixxu proċeduri ġodda (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq Test Claimants in the FII Group Litigation, punt 192, u Holbock, punt 41). Billi għamlet dan, il-Qorti tal-<?PAGE NO="I-11586"?>Ġustizzja ma kellhiex l-intenzjoni li tinkludi dispożizzjonijiet li, filwaqt li kienu essenzjalment identiċi għal leġiżlazzjoni eżistenti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE>, introduċew mill-ġdid ostaklu għall-moviment liberu tal-kapital li, wara li ġiet imħassra l-leġiżlazzjoni preċedenti, ma kienx għadu jeżisti.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>F'dan il-każ, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, fid-data tad-dħul tiegħu fis-seħħ fl-1992, l-Artikolu 16 tal-Kapitolu 42 tal-liġi kien diġà jeskludi mill-benefiċċju ta' l-eżenzjoni previst għad-dividendi mqassma taħt il-forma ta' azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja, dawk id-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti f'pajjiż terz li ma jkunx ikkonkluda konvenzjoni mar-Renju ta' l-Iżvezja li fiha jkun previst l-iskambju ta' informazzjoni. Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li fl-imsemmija data din l-eżenzjoni kienet tapplika biss għad-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fl-Iżvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Huwa minnu li d-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjoni ġew imħassra fl-1994, u wara ġew introdotti mill-ġdid fl-1995 u fl-2001 ġew estiżi għad-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru taż-ŻEE jew fi Stat ieħor li miegħu r-Renju ta' l-Iżvezja jkun ikkonkluda konvenzjoni li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni. Madankollu, jibqa l-fatt li, kif isostni l-Gvern Taljan, il-benefiċċju ta' din l-eżenzjoni ġie eskluż għal żmien mhux interrott, ta' l-inqas mill-1992, għad-dividendi mqassma minn kumpanniji stabbiliti f'pajjiż terz, mhux membru taż-ŻEE, li ma kkonkludiex konvenzjoni bħal din mar-Renju ta' l-Iżvezja.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>F'dawn iċ-ċirkustanzi, l-esklużjoni mill-1992 tal-benefiċċju ta' l-eżenzjoni previst fil-liġi fir-rigward tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita f'pajjiż terz, mhux membru taż-ŻEE, li ma jkunx ikkonkluda konvenzjoni mar-Renju ta' l-Iżvezja li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni, għandha tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni li kienet teżisti fil-<DATE ISO="19931231">31 ta' Diċembru 1993</DATE> fis-sens ta' l-Artikolu 57(1) KE ta' l-inqas meta dawn id-dividendi jirrigwardaw investimenti diretti fil-kumpannija distributriċi, li għandu jiġi werifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11587"?><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Peress li mid-deċiżjoni tar-rinviju ma jirriżultax li d-dividendi in kwistjoni fil-kawża prinċipali jirrigwardaw investimenti diretti, jeħtieġ li jiġi eżaminat jekk leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi ġġustifikata abbażi ta raġuni imperattiva ta' interess ġenerali.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġustifikazzjoni bbażatafuq il-bżonn li tiġi ggarantita l-ejfettività tal-kontrolli fiskali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Skond is-Skatteverket kif ukoll il-Gvern Żvediż, Daniż, Ġermaniż, Spanjol, Franċiż, Taljan, Olandiż u dak tar-Renju Unit ir-rifjut li tingħata l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 16 tal-Kapitolu 42 tal-liġi, meta d-dividendi huma mqassma minn kumpannija stabbilita fpajjiż terz li miegħu r-Renju ta' l-Iżvezja ma kkonkludiex konvenzjoni fiskali li tipprovdi għal skambju ta' informazzjoni, huwa ġġustifikat mill-bżonn li tiġi ggarantita l-effettività tal-kontrolli fiskali. Fil-fatt, fir-rigward ta pajjiż terz, l-Amministrazzjoni Fiskali Żvediża ma tistax tirrikorri għall-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti prevista mid-Direttiva 77/799. Barra minn hekk, la l-konvenzjoni u lanqas il-protokoll ma fihom dispożizzjoni li tipprovdi għal skambju ta' informazzjoni simili għal dak previst fl-Artikolu 26 tal-Mudell ta' Konvenzjoni stabbilit mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD). Madankollu, anki jekk il-persuna taxxabbli għandha l-informazzjoni neċessarja sabiex turi li l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-imsemmi Artikolu 16 huma ssodisfati, l-Amministrazzjoni Fiskali xorta jkollha tiwerifika l-valur tal-provi pprovduti, li huwa impossibbli jekk din ma jkollhiex is-setgħa li tikseb ilkollaborazzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat fejn tkun stabbilita l-kumpannija distributriċi.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta' l-Artikolu 58(1)(b) KE, l-Artikolu 56 KE ma jaffettwax id-dritt li għandhom l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri kollha indispensabbli sabiex jilqgħu<?PAGE NO="I-11588"?> għall-ksur tal-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, b'mod partikolari, fil-qasam fiskali. B'hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-bżonn li tiġi ggarantita l-effettività talkontrolli fiskali jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta' interess ġenerali li tista' tiġġustifika restrizzjoni fuq l-eżerċizzju tal-movimenti liberi ggarantiti mit-Trattat (sentenzi tal-<DATE ISO="19970515">15 ta' Mejju 1997</DATE>, Futura Participations u Singer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-250/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-2471">C-250/95, Ġabra p. I-2471, punt 31</REF.DOC.ECR>; tal-<DATE ISO="20040715">15 ta' Lulju 2004</DATE>, Lenz, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-315/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-7063">C-315/02, Ġabra p. I-7063, punti 27 u 45</REF.DOC.ECR>, kif ukoll ta' l-<DATE ISO="20060914">14 ta' Settembru 2006</DATE>, Centro di Musicologia Walter Stauffer, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-386/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-8203">C-386/04, Ġabra p. I-8203, punt 47</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Sabiex miżura restrittiva tkun tista tiġi ġġustifikata jeħtieġ li hija tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità, fis-sens li hija għandha tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq ta' l-għan tagħha u m'għandhiex tmur lilhinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq (ara, b'mod partikolari, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20040304">4 ta' Marzu 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs Franza, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-334/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2229">C-334/02, Ġabra p. I-2229, punt 28</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Skond A u l-Kummissjoni, il-leġiżlazzjoni in kwistjoni fil-kawża prinċipali hija sproporzjonata fid-dawl ta' l-għan tagħha peress li l-awtoritajiet tat-taxxa Żvediżi jistgħu jirrikjedu lill-persuna taxxabbli sabiex tipprovdi l-prova li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-benefiċċju ta' l-eżenzjoni previsti minn din il-leġiżlazzjoni huma ssodisfati. Safejn eżenzjoni bħal din tirrigwarda dividendi mqassma minn kumpannija kkwotata fil-Borsa, ċerta informazzjoni tista' tinkiseb ukoll billi tiġi kkonsultata l-informazzjoni li tali kumpannija tkun obbligata tirrendi pubblika.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Kif isostnu A u l-Kummissjoni, fir-rigward tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-eżerċizzju ta' wieħed minn dawn il-movimenti liberi ggarantiti mit-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru ma jistax jinvoka l-impossibbiltà li jitlob ilkollaborazzjoni ta' Stat Membru ieħor sabiex jagħmel riċerki jew jiġbor informazzjoni sabiex jiġġustifika r-rifjut ta' vantaġġ fiskali. Fil-fatt, anki jekk il-verifika ta' l-informazzjoni pprovduta mill-persuna taxxabbli tirriżulta diffiċli, b'mod partikolari minħabba l-limiti ta' l-iskambju ta' informazzjoni previsti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva<?PAGE NO="I-11589"?> 77/799, xejn ma jwaqqaf lill-awtoritajiet tat-taxxa kkonċernati milli jitolbu mingħand il-persuna taxxabbli l-provi neċessarji sabiex l-imposti u t-taxxi kkonċernati jiġu ddeterminati b'mod korrett u, jekk ikun il-każ, milli jirrifjutaw l-eżenzjoni mitluba jekk dawn il-provi ma jiġux ipprovduti (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19920128">28 ta' Jannar 1992</DATE>, Bachmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-204/90" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-249">C-204/90, Ġabra p. I-249, punt 20</REF.DOC.ECR>; tat-<DATE ISO="20070130">30 ta Jannar 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-150/04" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-1163">C-150/04, Ġabra p. I-1163, punt 54</REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<DATE ISO="20071011">11 ta' Ottubru 2007</DATE>, ELISA, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-8251">C-451/05, Ġabra p. I-8251, punti 94 u 95</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li ma jistax jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li l-persuna taxxabbli tkun f'pożizzjoni li tipprovdi d-dokumenti rilevanti li jippermettu lill-awtoritajiet tat-taxxa ta' l-Istat Membru li jimponi t-taxxa sabiex jiwerifikaw, b'mod ċar u preċiż, li hija ma tkunx qed tipprova tevita jew tevadi l-ħlas tat-taxxa (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19990708">8 ta' Lulju 1999</DATE>, Baxter <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-254/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-4809">C-254/97, Ġabra p. I-4809, punti 19 u 20</REF.DOC.ECR>; ta' l-<DATE ISO="20050310">10 ta' Marzu 2005</DATE>, Laboratoires Fournier, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-39/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-2057">C-39/04, Ġabra p. I-2057, punt 25</REF.DOC.ECR>, kif ukoll ELISA, iċċitata iktar 'il fuq, punt 96).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Madankollu, din il-ġurisprudenza, li tirrigwarda r-restrizzjonijiet fuq l-eżerċizzju talmovimenti liberi fi ħdan il-Komunità, ma tistax tiġi kompletament trasposta għall-moviment tal-kapital bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, peress li dawn ilmovimenti liberi jaqgħu f'kuntest legali differenti minn dak tal-kawżi li taw lok għas-sentenzi msemmija fiż-żewġ punti preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Fil-fatt, u fl-ewwel lok, ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri jseħħu f'kuntest legali komuni, ikkaratterizzat mill-eżistenza ta' leġiżlazzjoni Komunitarja, bħad-Direttiva 77/799, li stabbiliet obbligi ta' għajnuna reċiproka. Anki jekk, fl-oqsma li jaqgħu taħt din id-direttiva, l-obbligu ta' għajnuna reċiproka mhuwiex mingħajr limiti, jibqa l-fatt li l-imsemmija direttiva tistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri li ma jeżistix bejnhom u bejn l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz meta dan ta' l-aħħar ma jkun ħa ebda impenn ta għajnuna reċiproka.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11590"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punti 141 sa 143 tal-konklużjonijiet tiegħu, għal dak li jirrigwarda d-dokumenti li tista' tipprovdi persuna taxxabbli sabiex l-awtoritajiet tat-taxxa jkunu jistgħu jiwerifikaw jekk il-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali humiex issodisfati, il-miżuri Komunitarji ta' armonizzazzjoni li japplikaw fl-Istati Membri fir-rigward tal-kontijiet tal-kumpanniji, joffru lill-persuna taxxabbli l-possibbiltà li tipprovdi informazzjoni kredibbli u li tista tiġi werifikata għal dak li jirrigwarda l-istruttura jew l-attivitajiet ta' kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, filwaqt li possibbiltà bħal din mhijiex iggarantita għall-persuna taxxabbli f'dak li jirrigwarda kumpannija stabbilita f'pajjiż terz li mhuwiex obbligat japplika dawn il-miżuri Komunitarji.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru tissuġġetta l-benefiċċju ta vantaġġ fiskali għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom jista' jiġi werifikat biss billi tinkiseb informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz, huwa, bħala prinċipju, leġittimu li dan l-Istat Membru jirrifjuta l-għoti ta' dan il-vantaġġ jekk, b'mod partikolari, minħabba n-nuqqas ta' obbligu fkonvenzjoni ta' dan il-pajjiż terz li jipprovdi informazzjoni, ikun impossibbli għalih li jikseb din l-informazzjoni millimsemmi pajjiż.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, is-Skatteverket kif ukoll il-Gvern Żvediż isostnu li l-Amministrazzjoni Fiskali Żvediża mhijiex fpożizzjoni li tiwerifika l-ħarsien ta' lewwel, it-tielet, ir-raba u s-sitt kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 tal-Kapitolu 42 tal-liġi, jiġifieri l-kundizzjonijiet li t-tqassim għandu jsir b'mod proporzjonali għan-numru ta' azzjonijiet miżmuma fil-parent company, l-ishma kollha ta' din ta' l-aħħar fil-kumpannija sussidjarja għandhom jitqassmu, u, wara t-tqassim, l-ishma fil-kumpannija sussidjarja m'għandhomx jinżammu minn kumpannija li tappartjeni għall-istess grupp bħall-parent company u l-attività prinċipali tal-kumpannija sussidjarja jew tal-kumpanniji kkontrollati minn din il-kumpannija sussidjarja, għandha tkun ta' natura industrijali jew kummerċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-11591"?><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>L-evalwazzjoni ta' din il-kwistjoni għandha ssir mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>L-istess japplika għal dak li jikkonċerna l-kwistjoni dwar jekk il-protokoll jew l-arranġament jippermettix lill-Amministrazzjoni Fiskali Żvediża tikseb l-informazzjoni li għandha bżonn sabiex timplementa l-Artikolu 16. Fil-fatt, għalkemm is-Skatterättsnämnden qieset li l-arranġament jista jippermetti li tinkiseb l-informazzjoni neċessarja, mid-dokumenti u l-ispjegazzjonijiet ipprovduti mill-Gvern Żvediż fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-unika informazzjoni li tista' tinkiseb mill-awtoritajiet Żvizzeri huma dawk meħtieġa għall-applikazzjoni tajba tal-konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ngħad preċedentement, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-eżenzjoni mittaxxa fuq id-dħul mid-dividendi, imqassma taħt forma ta' azzjonijiet fkumpannija sussidjarja, tista' tingħata biss jekk il-kumpannija distributriċi tkun stabbilita fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fi Stat li miegħu tkun ġiet konkluża konvenzjoni li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni ma' l-Istat Membru li jimponi t-taxxa, meta din l-eżenzjoni tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom ma jistax jiġi werifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat Membru ħlief billi jiksbu l-informazzjoni mingħand l-Istat fejn tkun stabbilita l-kumpannija distributriċi.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-11592"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><P>L-Artikoli 56 KE u 58 KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprojbixxux il-leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul mid-dividendi, imqassma taħt forma ta' azzjonijiet f'kumpannija sussidjarja, tista' tingħata biss jekk il-kumpannija distributriċi tkun stabbilita fi Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea jew fi Stat li miegħu tkun ġiet konkluża konvenzjoni li tipprovdi għall-iskambju ta' informazzjoni ma' l-Istat Membru li jimponi t-taxxa, meta din l-eżenzjoni tkun suġġetta għal kundizzjonijiet li l-ħarsien tagħhom ma jistax jiġi vverifikat mill-awtoritajiet kompetenti ta' dan l-Istat Membru ħlief billi jiksbu l-informazzjoni mingħand l-Istat fejn tkun stabbilita l-kumpannija distributriċi.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>