12006E296

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Is-Sitt parti - Disposizzjonijiet ġenerali u finali - Artikolu 296

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0173 - 0173
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0148 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0296 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0076 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 296

1. Id-disposizzjonijiet ta’ dan it-Trattat m'għandhomx ikunu inkompatibbli mar-regoli li ġejjin:

a) l-ebda Stat ma jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-kxif tiegħu ikun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu.

b) kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri li jikkunsidra meħtieġa biex jipproteġi l-interessi vitali tas-sigurta’ tiegħu, u li jkollhom x'jaqsmu mal-manifattura jew tal-kummerċ ta' l-armi, munizzjon u materjal tal-gwerra; dawn il-miżuri ma għandhomx ifixklu l-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq komuni dwar prodotti li ma jkunux intiżi għall-iskopijiet speċifikament militari.

2. Il-Kunsill jista', waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni, jagħmel tibdiliet għal-lista, li hu kien ħejja fil-1 5 ta’ April 1958, għal prodotti li għalihom japplikaw id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1(b).

--------------------------------------------------