|
29.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 219/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1206
tat-28 ta' Awwissu 2018
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż u għal-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li joriġinaw fl-Iżlanda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim li ġie konkluż fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenza kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (2) (“il-Ftehim”), intlaħaq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. Il-Ftehim ġie approvat f'isem l-Unjoni bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 (3). |
|
(2) |
Biex jiġi implimentat l-Anness V tal-Ftehim, il-Kummissjoni adottat r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/562 (4) li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 (5). L-emenda żiedet il-kwantitajiet ta' kwoti mingħajr dazju eżistenti għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż li joriġinaw fl-Iżlanda u li jaqgħu taħt l-intestaturi tariffarji 0204 u 0210, u barra minn hekk fetħet kwota mingħajr dazju annwali tal-Unjoni għal-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li jaqa' taħt is-subintestatura 1602 90. |
|
(3) |
Il-kwantitajiet ta' kwoti tariffarji għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż li huma ġestiti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 huma espressi f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' piż tal-karkassi, filwaqt li l-Ftehim jipprevedi li l-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji għall-prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda jiġu espressi f'tunnellati ta' prodotti. Għalhekk jixraq li jiġu espressi l-kwantitajiet tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehim f'tunnellati ta' prodotti minflok f'ekwivalenti ta' piż tal-karkassi billi tiġi prevista l-ġestjoni tagħhom f'Regolament separat. |
|
(4) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi prevista l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti li jaqgħu taħt l-intestaturi 0204 u 0210 skont numru tal-ordni tal-kwota tariffarja ġdid u li jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet għat-tranżizzjoni għan-numru tal-ordni tal-kwota tariffarja l-ġdid. It-tħassir tal-kwoti tariffarji li jikkorrispondu għall-prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011 huwa previst fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1128 (6). |
|
(5) |
Il-Ftehim jispeċifika li l-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness V iridu japplikaw kull sena u jipprevedi ż-żieda progressiva tal-volumi ta' kwoti tariffarji fis-snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-Anness V tal-Ftehim jipprovdi li għall-ewwel sena tal-applikazzjoni, il-kwantitajiet jiġu kkalkulati fuq bażi pro rata. Peress li l-Ftehim jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2018, il-kwantitajiet għall-2018 li huma kkalkulati fuq bażi pro rata u l-kwantitajiet annwali għas-snin ta' wara jenħtieġ li jiġu stabbiliti skont l-Anness V tal-Ftehim. |
|
(6) |
Jenħtieġ li l-kwoti tariffarji jkunu ġestiti mill-Kummissjoni abbażi tal-ordni kronoloġika tad-dati ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (7). |
|
(7) |
Il-Ftehim jipprevedi li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Iżlanda (8) dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, iridu japplikaw għall-prodotti li jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji. |
|
(8) |
Sabiex jikkoinċidi mad-data ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/1128 li jipprevedi t-tneħħija tal-kwoti tariffarji stabbiliti għall-prodotti li joriġinaw fl-Iżlanda mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1354/2011, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Settembru 2018. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż u għal-laħam tan-nagħaġ ipproċessat li joriġinaw fl-Iżlanda, kif stabbilit fl-Anness.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skont l-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Sabiex ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw mill-kwoti tariffarji stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-prodotti elenkati fl-Anness għandhom jikkonformaw mutatis mutandis mar-regoli ta' oriġini u ma' dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fil-Protokoll 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Iżlanda, kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Iżlanda dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 274, 24.10.2017, p. 58.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1913 tad-9 ta' Ottubru 2017 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli (ĠU L 274, 24.10.2017, p. 57).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/562 tad-9 ta' April 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 94, 12.4.2018, p. 4).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 tal-20 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 338, 21.12.2011, p. 36).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1128 tad-9 ta' Awwissu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1354/2011 li jiftaħ il-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għal-laħam tan-nagħaġ u għal-laħam tal-mogħoż (ĠU L 205, 14.8.2018, p. 1).
(7) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 58).
(8) Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat Konġunt tal-KE-Iżlanda tat-22 ta' Diċembru 2005 li temenda l-Protokoll 3 tal-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 131, 18.5.2006, p. 1).
ANNESS
Minkejja r-regoli ta' interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala kliem ta' valur indikattiv, l-iskop tal-iskema preferenzjali jiġi stabbilit fil-kuntest ta' dan l-Anness, bil-kopertura tal-kodiċijiet NM kif applikabbli fi żmien l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Meta jiġu indikati ex kodiċijiet NM, l-iskema preferenzjali trid tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-Kodiċi NM u bid-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.
|
Nru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Deskrizzjoni tal-Prodotti |
Perjodu tal-Kwota |
Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
Rata ta' dazju tal-kwota (%) |
|
09.0833 |
0204 |
|
Laħam tan-nagħaġ |
Mill-1.9.2018 sal-31.12.2018 |
[2 117 (*1)] |
0 |
|
0210 99 21 0210 99 29 |
|
Mill-1.1.2019 sal-31.12.2019 |
2 783 |
|||
|
ex 0210 99 85 |
10 |
Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2020 |
3 050 |
|||
|
09.2118 |
1602 90 91 |
|
Laħam tan-nagħaġ ipproċessat |
Mill-1.9.2018 sal-31.12.2018 |
67 |
0 |
|
Mill-1.1.2019 sal-31.12.2019 |
233 |
|||||
|
Għal kull sena kalendarja mill-1.1.2020 |
300 |
(*1) Il-volum ta' din il-kwota għall-2018 se jitnaqqas bl-ammonti użati taħt il-kwoti tariffarji bin-Numri tal-Ordni 09.2119, 09.2120 u 09.0790 għad-dikjarazzjonijiet li għandhom data tal-aċċettazzjoni fil-perjodu mill-1.1.2018 sal-31.8.2018.