14.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 188/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8507 — GENUI/Summit/Sycamore/Market Logic Software)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 188/16)

1.

Fis-7 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Genui GmbH (“GENUI”, il-Ġermanja), Summit Partners L.P. (“Summit”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Sycamore GmbH (“Sycamore”, il-Ġermanja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Market Logic Software AG (“Market Logic Software”, il-Ġermanja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal GENUI: kumpanija ta’ investiment li għandha ishma f’kumpaniji ta’ daqs medju f’pajjiżi fejn hu mitkellem il-Ġermaniż;

—   għal Summit: Ditta internazzjonali tal-investiment tal-ekwità ffokata fuq l-investiment f’negozji fis-setturi tat-teknoloġija, il-kura tas-saħħa u x-xjenzi tal-ħajja, prodotti tat-tkabbir u servizzi li jiffinanzjaw it-tkabbir, rikapitalizzazzjonijiet u xiri tal-ġestjoni;

—   għal Sycamore: ditta ta' ekwità privata;

—   Għal Market Logic Software: kumpanija tas-software li tiżviluppa u tiddistribwixxi sistemi ta’ informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni:

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8507 — GENUI/Summit/Sycamore/Market Logic Software, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.