IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 18.3.2024
COM(2024) 122 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
Rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2019/631 dwar l-evoluzzjoni tad-diskrepanza tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-dinja reali għall-karozzi tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief u li fihom is-settijiet tad-data anonimizzati u aġġregati tad-dinja reali msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2021/392
{SWD(2024) 59 final}
1.INTRODUZZJONI
It-trasport bit-triq huwa responsabbli għal madwar għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea (UE). Fl-emissjonijiet tat-trasport bit-triq, il-vetturi ħfief (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief) huma responsabbli għal madwar 70 % tat-total ().
Sabiex tintlaħaq in-newtralità klimatika fl-UE sal-2050, il-Patt Ekoloġiku Ewropew () jitlob tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mit-trasport meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Ir-Regolament (UE) 2019/631 (), li jistabbilixxi l-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi ħfief ġodda, huwa wieħed mill-istrumenti ta’ politika ewlenin stabbiliti biex jintlaħaq dan l-għan.
Il-valuri uffiċjali tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi, kif stabbiliti matul l-approvazzjoni tat-tip, jintużaw biex jiġi ddeterminat jekk il-manifatturi jikkonformawx mal-miri skont ir-Regolament. Bħala tali, l-effettività ta’ dawn il-miri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif ukoll ir-robustezza tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2, jiddependu fuq kemm dawk il-valuri uffiċjali tat-test jirrappreżentaw l-emissjonijiet “fid-dinja reali” tal-vetturi fit-triq. Din ir-rappreżentattività hija importanti għall-integrità ambjentali, it-trasparenza u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u, għalhekk, anki għall-fiduċja tal-konsumaturi.
Matul dawn l-aħħar snin iddaħħlu fis-seħħ diversi miżuri biex jiġi żgurat li l-valuri tat-test ikunu qrib kemm jista’ jkun tar-realtà. Fl-2017, ġiet introdotta l-Proċedura ta’ ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) (), li tfasslet biex tirrappreżenta aħjar il-kundizzjonijiet tas-sewqan fid-dinja reali. Bħala parti mill-proċeduri l-ġodda, il-vetturi l-ġodda għandhom ikunu mgħammra b’apparat għall-monitoraġġ abbord tal-konsum tal-fjuwil (“apparat OBFCM”). Dan ir-rekwiżit japplika għal vetturi M1 (karozzi) ġodda rreġistrati mill-2021 u vetturi N1 (vannijiet) ġodda rreġistrati mill-2022. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2019/631 introduċa rekwiżit għall-awtoritajiet nazzjonali biex jivverifikaw il-korrettezza tal-valuri uffiċjali tas-CO2 tad-WLTP permezz tal-ittestjar ta’ vetturi diġà fis-servizz, jiġifieri użati fit-toroq.
Ir-Regolament (UE) 2019/631 inkariga wkoll lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-emissjonijiet tas-CO2 “fid-dinja reali” tal-vetturi fit-triq, bl-użu tad-data li tinqara mill-apparati tal-OBFCM, u billi din titqabbel mad-data uffiċjali korrispondenti tad-WLTP ().
Dan ir-rapport huwa l-ewwel wieħed dwar l-implimentazzjoni ta’ dak il-monitoraġġ tal-emissjonijiet tas-CO2 “fid-dinja reali” , li jiffoka fuq id-data rrapportata fl-2022, għall-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021. Id-data uffiċjali tad-WLTP użata għat-tqabbil ġiet iffinalizzata u adottata f’Awwissu 2023 ().
Dan ir-rapport jinkludi ħarsa ġenerali lejn id-data riċevuta u pproċessata mill-Kummissjoni (it-Taqsima 2), ir-riżultati ewlenin tal-analiżi (it-Taqsima 3), valutazzjoni ta’ kif id-data tad-dinja reali tista’ tintuża fil-futur (it-Taqsima 4), u l-konklużjonijiet li jistgħu jittieħdu f’dan l-istadju (it-Taqsima 5).
Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal () li jakkumpanja dan ir-rapport jistabbilixxi l-metodoloġija użata għall-ipproċessar u l-analiżi tad-data tad-dinja reali u fih riżultati aktar dettaljati. Huwa fih ukoll l-ewwel wieħed mis-settijiet ta’ data annwali anonimizzati u aggregati għal kull manifattur li jifformaw il-bażi għall-Kummissjoni biex timmonitorja d-diskrepanza bejn il-valuri tad-WLTP u dawk tad-dinja reali ().
2.Sett ta’ data
2.1.Sorsi tad-data u pproċessar tad-data
Skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/392, id-data tad-dinja reali trid tinġabar kemm mill-manifatturi tal-vetturi kif ukoll mill-Istati Membri u tiġi rrapportata lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA). Il-manifatturi jistgħu jiddependu fuq it-trasferiment tad-data ‘over-the-air’ direttament mill-vettura jew jiġbru din id-data permezz tan-negozjanti jew is-sewwejja awtorizzati tagħhom meta l-vetturi jiddaħħlu għal manutenzjoni jew tiswijiet. L-Istati Membri kienu meħtieġa jiġbru d-data tad-dinja reali waqt it-testijiet tal-affidabbiltà stradali mill-20 ta’ Mejju 2023.
Dan l-ewwel rapport huwa bbażat fuq id-data tad-dinja reali miġbura mill-manifatturi tal-vetturi matul l-2021 dwar il-karozzi u l-vannijiet tagħhom mgħammra b’apparat tal-OBFCM. Ġiet riċevuta data tad-dinja reali għal 988 231 vettura minn total ta’ 9 821 479 vettura rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021 fl-UE, fl-Iżlanda jew fin-Norveġja (). Dawn kienu jinkludu 916 216-il karozza u 12 301 vann (), li jikkorrispondu għal 10,6 % u 1,0 %, rispettivament, ta’ dawk il-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021 ().
Qabel ma ġiet analizzata, id-data ġiet ipproċessata u aggregata f’diversi passi. Tneħħew id-data mhux rappreżentattiva, id-data inkonsistenti, l-outliers u l-vetturi barra mill-kamp ta’ applikazzjoni. B’mod partikolari, il-vetturi b’kilometraġġ taħt il-500 km ġew iffiltrati, u dan wassal biex tneħħew 27 % tal-karozzi fis-sett tad-data. B’mod ġenerali, 63 % tal-vetturi rrapportati nżammu fis-sett tad-data finali. Aktar dettalji dwar il-proċess jistgħu jinstabu fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ta’ akkumpanjament.
2.2.Is-sett tad-data finali tad-dinja reali tal-2021
Is-sett tad-data finali, li ntuża għall-kalkoli ulterjuri, huwa ppreżentat fit-Tabella 1 hawn taħt. Dan jinkludi 617 194 karozza (7,2 % tal-karozzi rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021) u 6 667 vann (0,6 % tal-vannijiet irreġistrati għall-ewwel darba fl-2021).
B’mod ġenerali, għadd żgħir biss ta’ manifatturi rrapportaw data minn sehem sinifikanti tal-vetturi tagħhom irreġistrati fl-2021. Se jkunu meħtieġa aktar sforzi mill-manifatturi biex itejbu b’mod sinifikanti l-kopertura tal-flotta fis-snin li ġejjin. Filwaqt li, għall-karozzi, dan is-sett ta’ data huwa biżżejjed biex jinsiltu konklużjonijiet preliminari, kien hemm distribuzzjoni mhux uniformi bejn id-data ppreżentata mill-manifatturi (ara t-Taqsima
3.2.1
). Għall-vannijiet, il-kopertura tal-flotta hija limitata ħafna, li hija spjegata mill-fatt li l-vannijiet tal-Klassijiet II u III (jiġifieri dawk li jiżnu aktar minn 1 305 kg), li jirrappreżentaw il-maġġoranza kbira tal-flotta, huma meħtieġa biss li jkollhom apparat tal-OBFCM mill-2022. Bħala tali, is-sett ta’ data tad-dinja reali għall-vannijiet ma jistax jitqies bħala rappreżentattiv tar-reġistrazzjonijiet tal-2021, u l-analiżi ta’ dan ir-rapport tiffoka biss fuq il-karozzi.
Fost il-karozzi, il-vetturi diżil u l-vetturi elettriċi ibridi plug-in jirrappreżentaw sehem ogħla mis-sett tad-data tad-dinja reali milli mir-reġistrazzjonijiet kumplessivi tal-2021. Għalhekk, isiru aktar kalkoli u analiżijiet tal-lakuni għal kull tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/fjuwil.
Tabella 1: Sett tad-data finali tad-dinja reali
|
Tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/ fjuwil
|
Għadd ta’ vetturi rrapportati
|
Għadd ta’ vetturi wara l-ipproċessar (% miżmuma)
|
Total ta’ reġistrazzjonijiet tal-2021 skont it-tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/ fjuwil
|
Sehem ta’ reġistrazzjonijiet tal-2021 miżmuma għal kull tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/ fjuwil
|
|
Karozzi
|
|
Petrol
|
391 329
|
274 451 (70,1 %)
|
5 495 708
|
5,0 %
|
|
Diżil
|
301 995
|
219 003 (72,5 %)
|
2 229 388
|
9,8 %
|
|
E85
|
2 084
|
0
|
6 026
|
0 %
|
|
Karburanti oħrajn
|
697
|
0
|
215 798
|
0 %
|
|
Ibridi plug-in (petrol)
|
191 197
|
98 847
(51.7 %)
|
848 251
|
11,7 %
|
|
Ibridi plug-in (diżil)
|
28 914
|
24 893
(86.1 %)
|
55 805
|
44,6 %
|
|
TOTAL
karozzi
|
916 216
|
617 194
(67.4 %)
|
8 629 152
|
7,2 %
|
|
Vannijiet
|
|
Petrol
|
1 891
|
988
(52.3 %)
|
44 475
|
2,2 %
|
|
Diżil
|
10 053
|
5 593
(55.6 %)
|
1 139 405
|
0,5 %
|
|
Karburanti oħrajn
|
30
|
0
|
58 488
|
0 %
|
|
Ibridi plug-in (petrol)
|
326
|
86
(25.8 %)
|
1 501
|
5,7 %
|
|
Ibridi plug-in (diżil)
|
1
|
0
|
4
|
0 %
|
|
TOTAL
vannijiet
|
12 301
|
6 667
(54.2 %)
|
1 185 385
|
0.6%
|
2.3.Ir-rappreżentattività tas-sett tad-data finali tad-dinja reali tal-2021
Sabiex jiġi vvalutat jekk il-karozzi koperti mis-sett tad-data finali tad-dinja reali tal-2021 humiex rappreżentattivi tal-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021 (għal kull tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/fjuwil), jitqabblu l-emissjonijiet u l-massa medji tas-CO2 tad-WLTP tagħhom, kif muri f’
Table 2
.
Dan jindika li, bħala medja, il-karozzi petrol u diżil fis-sett tad-data tad-dinja reali huma madwar 7 % itqal mill-karozza ġdida medja rreġistrata fl-2021, u l-emissjonijiet tas-CO2 tad-WLTP tagħhom huma madwar 6-8 % ogħla. Xejra simili hija osservata għall-karozzi elettriċi ibridi plug-in li jieħdu l-petrol. Dan jista’ jippreġudika r-riżultati.
Dan huwa relatat mal-fatt li s-sett ta’ data tad-dinja reali tal-2021 huwa ddominat minn vetturi minn għadd żgħir ta’ manifatturi (ara t-Taqsima
3.2.1
), li ħafna minnhom għandhom kapaċitajiet ‘over-the-air’ li jippermettu t-trażmissjoni tad-data direttament lill-manifatturi. Fl-2021, tali vetturi kienu preżenti b’mod aktar prominenti fis-segmenti tal-flotta itqal.
Tabella 2: Ir-rappreżentattività tad-sett tad-data tad-dinja reali meta mqabbel mal-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021 (karozzi) ()
|
Tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/fjuwil
|
Emissjonijiet medji ta’ CO2 tad-WLTP (g CO2/km)
|
Massa medja fi stat ta’ tħaddim (kg)
|
|
|
sett ta’ data tad-dinja reali
|
L-ewwel reġistrazzjonijiet tal-2021
|
sett ta’ data tad-dinja reali
|
L-ewwel reġistrazzjonijiet tal-2021
|
|
Petrol
|
145,0
|
134,8
|
1 404
|
1 317
|
|
Diżil
|
153,0
|
144,7
|
1 747
|
1 627
|
|
Petrol + Diżil
|
148,5
|
137,7
|
1 554
|
1 407
|
|
Ibridi plug-in (petrol)
|
40,3
|
37,7
|
1 955
|
1 899
|
|
Ibridi plug-in (diżil)
|
37,2
|
37,2
|
2 281
|
2 291
|
|
Ibrida plug-in (kollha)
|
39,6
|
37,7
|
2 021
|
1 923
|
3.Riżultati
Il-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali u fid-WLTP u l-konsum tal-fjuwil, kif ukoll id-diskrepanza bejn il-valuri tad-dinja reali u dawk tad-WLTP jiġu kkalkolati fil-livell tal-flotta u għal kull manifattur separatament.
Il-metodoloġija u r-riżultati tal-kalkolu huma ppreżentati f’aktar dettall fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal, li fih ukoll id-data fil-livell tal-pajjiż, u informazzjoni rigward il-konsum tal-enerġija elettrika tal-vetturi elettriċi ibridi plug-in.
3.1.Valutazzjoni mal-flotta kollha tal-emissjonijiet medji ta’ CO2, tal-konsum tal-fjuwil u tad-diskrepanza fid-dinja reali
Table 3
tiġbor fil-qosor is-sejbiet ewlenin għall-karozzi. Hija turi, għal kull wieħed mill-gruppi tat-tipi ta’ sistema tal-motopropulsjoni/fjuwil, il-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali, kif ukoll il-valuri korrispondenti tad-WLTP, u d-diskrepanza relattiva bejn dawk il-valuri medji tad-dinja reali u tad-WLTP. Għad-diskrepanza, jiġu ppreżentati kemm il-medja aritmetika kif ukoll il-medja ponderata f’km, minħabba li din tal-aħħar għandha tipprovdi indikazzjoni aħjar tal-konsum totali tal-fjuwil addizzjonali u tal-emissjonijiet ta’ CO2 minħabba d-diskrepanza fid-dinja reali.
Tabella 3: Il-konsum medju tal-fjuwil fid-dinja reali u tad-WLTP, l-emissjonijiet ta’ CO2 u d-diskrepanza bejn il-valuri tad-dinja reali u tad-WLTP (karozzi)
|
|
Konsum medju tal-fjuwil
(l/100 km)
|
Emissjonijiet medji ta’ CO2 (g/km)
|
Diskrepanza (%) ()
|
|
Tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/fjuwil
|
id-dinja reali
|
WLTP
|
id-dinja reali
|
WLTP
|
medja
|
medja ponderata f’km
|
|
Petrol
|
7,89
|
6,38
|
179,8
|
145,3
|
23,7
|
20,4
|
|
Diżil
|
6,88
|
5,82
|
181,0
|
153,2
|
18,1
|
16,7
|
|
Petrol + Diżil
|
7,44
|
6,13
|
180,3
|
148,8
|
21,2
|
18,1
|
|
Ibridi plug-in (petrol)
|
5,97
|
1,76
|
135,9
|
40,2
|
238
|
251
|
|
Ibridi plug-in (diżil)
|
5,83
|
1,41
|
153,3
|
37,2
|
312
|
318
|
|
Ibrida plug-in (kollha)
|
5,94
|
1,69
|
139,4
|
39,6
|
252
|
267
|
Fl-ewwel sena tal-użu tagħhom, id-diskrepanza medja fid-dinja reali għall-vetturi ġodda rreġistrati fl-2021 kienet ta’ 23,7 % (34,6 g CO2/km) għall-karozzi petrol u 18,1 % (27,8 g CO2/km) għall-karozzi diżil, li tagħti diskrepanza medja kkombinata ta’ 21,2 % (31,6 g CO2/km). Id-diskrepanzi medji ponderati f’km huma kemxejn aktar baxxi: 20,4 % (30,4 g CO2/km) għall-karozzi petrol u 16,7 % (25,3 g CO2/km) għall-karozzi diżil.
Din id-diskrepanza osservata għar-reġistrazzjonijiet tal-2021 tindika li l-qalba mill-NEDC (Ċiklu ta’ Sewqan Ewropew Ġdid) l-antik għall-proċedura l-ġdida ta’ ttestjar tad-WLTP naqqset madwar bin-nofs id-diskrepanza bejn l-emissjonijiet fid-dinja reali u dawk imkejla permezz ta’ ttestjar fil-laboratorju. Sal-2017, id-diskrepanza bejn l-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali u l-emissjonijiet ta’ CO2 imkejla skont il-proċedura tal-NEDC żdiedet għal madwar 40 % (). Din id-diskrepanza dejjem tiżdied immotivat il-qalba mill-NEDC għad-WLTP, u r-rekwiżit li l-vetturi jiġu mgħammra b’apparat tal-OBFCM.
Għall-Valutazzjonijiet tal-Impatt () li jirfdu r-reviżjoni tal-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet ta’ CO2 għall-karozzi u l-vannijiet, il-Kummissjoni assumiet li l-emissjonijiet ta’ CO2 tad-WLTP tal-karozzi b’magna ta’ kombustjoni kienu bħala medja 21 % ogħla minn dawk ikkalkolati bl-NEDC, li aktar tard kien ikkonfermat minn studju tal-JRC (). Dan il-proporzjon jimplika diskrepanza fl-emissjonijiet ta’ madwar 16 % bejn l-emissjonijiet fid-dinja reali u dawk tad-WLTP. Għas-sena 2021, id-diskrepanza osservata hija kompatibbli mad-diskrepanza tal-2021 preżunta għall-Valutazzjonijiet tal-Impatt. Tali diskrepanza kienet antiċipata, minħabba li hemm fatturi differenti li jaffettwaw l-emissjonijiet fid-dinja reali li ma jistgħux kollha jiġu replikati bis-sħiħ f’test fil-laboratorju.
Id-diskrepanza osservata tfisser ukoll li l-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali esperjenzat mis-sewwieqa jibqa’ bħala medja 1-1,5 l/100 km ogħla minn dak indikat fid-dokumenti uffiċjali.
Analiżi skont il-massa wriet li filwaqt li l-vetturi eħfef li jieħdu l-petrol u d-diżil għandhom diskrepanza fid-dinja reali bejn 20-40 g CO2/km, għall-vetturi tqal, bħal SUVs u vetturi lussużi, id-diskrepanza hija 1,5-2,5 darbiet akbar, li żżid mal-emissjonijiet diġà ogħla tagħhom ta’ CO2 tad-WLTP.
Għall-karozzi elettriċi ibridi plug-in ġodda rreġistrati fl-2021, l-emissjonijiet medji ta’ CO2 fid-dinja reali (139,5 g CO2/km) kienu biss 23 % inqas minn dawk għall-karozzi konvenzjonali (180,3 g CO2/km), u 3,5 darbiet (100 g CO2/km) ogħla minn dawk indikati mit-test tad-WLTP (39,5 g CO2/km) – ara
l-Illustrazzjoni
1
. Għal dawk il-vetturi, il-kalkolu tal-konsum tal-fjuwil tad-WLTP u tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom iqis fattur ta’ utilità, li huwa s-sehem mistenni tad-distanza misjuqa fil-modalità elettrika. Fit-triq, l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ dawk il-vetturi se jiddependu ħafna mis-sehem reali tad-distanza misjuqa kompletament bl-elettriku, li min-naħa tiegħu jiddependi mix-xejriet attwali tal-irriċarġjar u tal-użu, u mit-teknoloġiji speċifiċi tal-vetturi. Id-diskrepanza kbira li nstabet għal dawn il-vetturi bejn id-dinja reali u l-valuri tad-WLTP turi li dawn jiġu ċċarġjati u misjuqa f’modalità elettrika ħafna inqas minn kif kienu mistennija li jintużaw u li s-suppożizzjonijiet użati għall-kalkolu tar-riżultat tat-test tad-WLTP ma jgħoddux fil-kundizzjonijiet tad-dinja reali.
Illustrazzjoni 1: Medja tal-emissjonijiet tas-CO2 fid-dinja reali u tad-WLTP (karozzi)
3.2.Valutazzjoni fil-livell tal-manifattur
3.2.1.Kopertura
L-Illustrazzjoni
2
tipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-għadd ta’ vetturi rrapportati għal kull manifattur fis-sett tad-data tad-dinja reali, kemm qabel kif ukoll wara l-ipproċessar, u sa liema punt tkopri l-vetturi tagħhom irreġistrati għall-ewwel darba fl-2021.
Din turi l-varjabbiltà sinifikanti ħafna fost il-manifatturi. Dan jista’ jiġi spjegat mill-grad differenti sa fejn intużaw l-għażliet disponibbli għall-ġbir tad-data, bi ftit manifatturi biss li jagħmlu użu komprensiv mit-trażmissjoni tad-data ‘over-the-air’. Manifatturi oħrajn ġabru biss data mill-għadd limitat ta’ vetturi li ddaħħlu għal manutenzjoni jew tiswijiet fl-ewwel sena wara r-reġistrazzjoni tagħhom. F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/392, il-manifatturi se jkunu meħtieġa jipprovdu raġunijiet għad-data nieqsa dwar il-vetturi bħala parti mir-rapportar tagħhom għas-sena ta’ wara.
Wara l-ipproċessar tad-data, il-kopertura tal-flotta tal-2021 kienet pjuttost ħażina f’din l-ewwel sena tar-rapportar, ħlief għal Jaguar Land Rover (43 %), Ford Werke GmbH (34 %), Mercedes-Benz AG (27 %), Ford Motor Company (27 %) u Volvo (24 %). Il-biċċa l-kbira tal-manifatturi l-oħrajn irrapportaw data għal inqas minn 5 % tal-vetturi tagħhom irreġistrati għall-ewwel darba fl-2021. Għal ċerti manifatturi b’kopertura inizjali għolja qabel l-ipproċessar tad-data, il-filtru ta’ kilometraġġ baxx naqqas għadd sinifikanti ta’ vetturi. Dan kien il-każ għal Volvo u Jaguar Land Rover, li kellhom l-ogħla kopertura inizjali, iżda 70 % u 31 % tal-vetturi rrapportati rispettivi tagħhom kienu nstaqu għal inqas minn 500 km.
Is-sett tad-data finali huwa ddominat minn għadd żgħir ħafna ta’ manifatturi, b’mod partikolari Ford Werke GmbH (22 %) u Mercedes-Benz AG (21 %). Flimkien ma’ Volkswagen (9 %), Volvo (8 %), Renault (7 %) u BMW AG (6 %), dawn jirrappreżentaw 73 % tas-sett tad-data finali għall-karozzi. Is-sett tad-data ta’ vetturi ibridi plug-in jikkonsisti primarjament minn vetturi Mercedes-Benz AG (39 %), Volvo (19 %), u Ford Werke GmbH (16 %).
Illustrazzjoni 2: L-għadd ta’ karozzi għal kull manifattur, qabel u wara l-ipproċessar tad-data: l-għadd totali (xellug) u l-perċentwal tar-reġistrazzjonijiet ġodda totali tal-manifattur fl-2021 (lemin) ()
3.2.2.Il-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2, tal-konsum tal-fjuwil u d-diskrepanza fid-dinja reali
Għal kull manifattur, ġew ikkalkolati l-medja tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali, kif ukoll id-diskrepanza mal-valuri medji tad-WLTP.
F’din it-taqsima, ir-riżultati huma ppreżentati biss għal dawk il-manifatturi b’aktar minn 500 vettura rrapportati (għat-tip ta’ sistema tal-motopropulsjoni/fjuwil ikkonċernat). Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal jipprovdi dettalji addizzjonali.
Ir-riżultati għal manifatturi differenti jistgħu jiddependu fuq diversi fatturi, li se jeħtieġu analiżi ulterjuri, ibbażata wkoll fuq settijiet ta’ data sussegwenti.
Kif muri fl-
Illustrazzjoni
3
, Figure 3id-diskrepanza medja fid-dinja reali għall-karozzi petrol tvarja b’mod pjuttost sinifikanti bejn il-manifatturi, minn 10 % għal 32 %, b’medja ta’ 23,7 %.
Illustrazzjoni 3: Il-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali u tal-konsum tal-fjuwil (xellug) u d-diskrepanza (lemin) għal kull manifattur (karozzi petrol)
L-Illustrazzjoni
4
turi li għall-karozzi diżil hemm inqas varjazzjoni bejn il-manifatturi fid-diskrepanza fid-dinja reali, li tvarja minn 15 % sa 27 %, b’medja ta’ 18,1 %.
Illustrazzjoni 4: Il-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali (xellug) u tad-diskrepanza (lemin) għal kull manifattur (karozzi diżil)
Għall-vetturi ibridi plug-in li jieħdu l-petrol, kif muri fl-
Illustrazzjoni
5
, id-diskrepanza medja għal kull manifattur tvarja minn 170 % sa 345 %, b’medja ta’ 238 %.
Illustrazzjoni 5: Il-medja tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali (xellug) u d-diskrepanza (lemin) għal kull manifattur (karozzi elettriċi ibridi plug-in li jieħdu l-petrol)
4.Il-valutazzjoni tal-użu futur tad-data tad-dinja reali
Din it-taqsima tar-rapport tikkostitwixxi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) 2019/631 ta’ kif tista’ tintuża d-data tad-dinja reali biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil jew tal-enerġija tad-WLTP jibqgħu rappreżentattivi tar-rendiment fid-dinja reali maż-żmien għal kull manifattur.
F’dan l-istadju, għandhom jiġu kkunsidrati l-użi ulterjuri li ġejjin tad-data tad-dinja reali.
4.1.L-iżgurar li l-valuri tad-WLTP jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet fid-dinja reali
L-objettiv ewlieni tal-monitoraġġ tad-data fid-dinja reali huwa li tiġi segwita l-evoluzzjoni tad-diskrepanza fid-dinja reali biex jiġi żgurat li l-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 tad-WLTP jibqgħu rappreżentattivi tal-emissjonijiet tal-vetturi fid-dinja reali maż-żmien. Jekk id-diskrepanza tikber maż-żmien, din ix-xejra għandha tiġi identifikata mill-aktar fis possibbli u għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li d-diskrepanza dejjem tikber jew tissolva jew ikkunsidrata b’mod adegwat. Dan jista’ jsir, pereżempju, permezz tal-aġġustament tad-WLTP, il-korrezzjoni tad-data ta’ monitoraġġ tad-WLTP, jew l-iffissar ta’ miri bbażati fuq l-emissjonijiet fid-dinja reali.
Madankollu, f’dan il-punt għadu kmieni wisq biex jiġu identifikati x-xejriet fid-daqs tad-diskrepanza minħabba li d-data hija disponibbli biss għal sena waħda. Għas-snin ta’ wara, se jkun meħtieġ li tinkiseb kopertura aħjar u aktar rappreżentattiva tal-flotta tal-vetturi biex tiġi segwita d-data tad-dinja reali u tinkiseb analiżi adegwata ta’ din id-diskrepanza maż-żmien.
4.2.Reviżjoni tal-fattur ta’ utilità għal vetturi elettriċi ibridi plug-in
L-analiżi tad-data tad-dinja reali tikkonferma li d-diskrepanza fid-dinja reali għal vetturi ibridi plug-in hija ferm ogħla minn dik għall-vetturi konvenzjonali. Raġuni ewlenija għal tali diskrepanza hija l-ispariġġ bejn il-fattur ta’ utilità użat matul l-approvazzjoni tat-tip u x-xejriet attwali tal-iċċarġjar u tas-sewqan tal-vettura.
Sabiex jindirizza dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/443 diġà introduċa bidliet fil-kalkolu tal-fattur ta’ utilità biex jinġieb eqreb lejn il-kundizzjonijiet tad-dinja reali. Dawn il-bidliet se japplikaw f’żewġ passi konsekuttivi, mill-2025 u l-2027 ’il quddiem. Barra minn hekk, sal-aħħar tal-2024 u abbażi tad-data tad-dinja reali miġbura sa dak iż-żmien, il-Kummissjoni se tirrieżamina l-fattur għat-tieni stadju.
4.3.L-użu ta’ data tad-dinja reali biex tiġi appoġġata l-verifika fis-servizz tal-emissjonijiet ta’ CO2
Fir-rigward tal-verifika fis-servizz, l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) 2019/631 jipproponi li jsir użu mid-data mill-apparati tal-OBFCM. Ir-Regolament Delegat (UE) 2023/2867 li jistabbilixxi l-prinċipji gwida għal din il-verifika fis-servizz tal-emissjonijiet ta’ CO2 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2866 li jispeċifika l-proċeduri ta’ verifika ġew adottati reċentement. Dawn jistabbilixxu li d-data tad-dinja reali tista’ tintuża bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskju biex tappoġġa l-identifikazzjoni għal liema familji ta’ vetturi jagħmel l-aktar sens li jiġu vverifikati l-emissjonijiet ta’ CO2 tad-WLTP tagħhom.
5.Konklużjonijiet
Ir-rappreżentattività tal-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-vetturi hija essenzjali għall-integrità ambjentali, it-trasparenza, l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ, u għalhekk ukoll għall-fiduċja tal-konsumaturi.
Dan l-ewwel rapport, li jiffoka fuq id-data għall-vetturi rreġistrati għall-ewwel darba fl-2021, jibda proċess ta’ monitoraġġ u rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali. Fl-ewwel sena, inġabret data tad-dinja reali minn 988 124 vettura, li jkopru 10,6 % tal-karozzi u 1,0 % tal-vannijiet irreġistrati għall-ewwel darba fl-2021. Wara l-ipproċessar tad-data, twettqet analiżi fuq sett ta’ data finali li jikkonsisti f’617 194 karozza (67 % ta’ dawk irrapportati) u 6 667 vann (54 % ta’ dawk irrapportati).
Id-data miġbura f’din l-ewwel sena tippreżenta għadd ta’ limitazzjonijiet f’termini ta’ kopertura, rappreżentattività u kwalità. Skont id-definizzjoni, il-vetturi rrapportati fl-ewwel sena kienu ilhom fit-triq għal inqas minn sena. B’hekk, ħlief għall-manifatturi li jagħmlu użu estensiv mit-trażmissjoni ‘over-the-air’, id-data nġabret biss mill-għadd limitat ta’ vetturi li ddaħħlu għal manutenzjoni jew tiswijiet. Għall-karozzi, is-sett tad-data finali jkopri 7,2 % tal-karozzi l-ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-UE fl-2021, iżda jikkonsisti prinċipalment minn vetturi minn erba’ manifatturi biss. Huwa għandu wkoll sehem relattivament ogħla ta’ vetturi itqal u vetturi diżil. Għall-vannijiet, fl-2021 ġiet irrapportata data tad-dinja reali limitata ħafna, minħabba li l-maġġoranza l-kbira tagħhom kienu meħtieġa biss li jirreġistraw tali data mill-2022. Għalhekk, l-ebda analiżi rappreżentattiva għall-vannijiet ma kienet possibbli għal din is-sena.
B’mod ġenerali, għall-biċċa l-kbira tal-manifatturi, il-kopertura tal-flotta kienet taħt l-aspettattivi u għandhom jittieħdu passi ulterjuri sabiex din tittejjeb b’mod sinifikanti fis-snin li ġejjin, kemm għall-karozzi kif ukoll għall-vannijiet. F’konformità mar-Regolament (UE) 2021/392, il-manifatturi se jkunu meħtieġa jipprovdu raġunijiet validi għal kwalunkwe data nieqsa dwar il-vetturi bħala parti mir-rapportar tagħhom għas-snin ta’ wara.
Id-diskrepanza medja osservata bejn l-emissjonijiet ta’ CO2 u l-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali u tad-WLTP ta’ karozzi ġodda rreġistrati fl-2021 kienet ta’ 23,7 % (34,6 g CO2/km) għall-karozzi petrol u 18,1 % (27,8 g CO2/km) għall-karozzi diżil. Dan jikkonferma li l-qalba mill-NEDC għad-WLTP għad-determinazzjoni tal-valuri uffiċjali tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum tal-fjuwil naqqset bejn wieħed u ieħor bin-nofs id-diskrepanza fid-dinja reali għall-vetturi konvenzjonali. Għas-sena 2021, id-diskrepanza osservata hija kompatibbli mas-suppożizzjonijiet għad-diskrepanza tal-2021 li saru fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt li jirfdu r-reviżjoni tal-istandards tas-CO2.
Madankollu, il-konsum tal-fjuwil fid-dinja reali esperjenzat mis-sewwieqa għadu madwar għoxrin fil-mija ogħla minn dak li juru d-dokumenti uffiċjali tal-approvazzjoni tat-tip, u huwa importanti li l-pubbliku jiġi informat b’dan.
Din id-diskrepanza tidher li hija partikolarment wiesgħa għal vetturi itqal, bħal SUVs u vetturi lussużi, li l-emissjonijiet tagħhom huma diġà ferm akbar minn ta’ karozzi oħrajn. Din id-diskrepanza akbar tista’ taggrava l-impatti ta’ xejriet usa’ tal-flotta osservati, fejn id-daqsijiet u l-piżijiet medji tal-vetturi kienu qed jiżdiedu, u b’hekk jitnaqqsu l-effetti tat-titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil. Ir-rabta bejn id-diskrepanza u l-massa tal-vetturi se jkollha tiġi mmonitorjata mill-qrib fis-snin li ġejjin.
Għal vetturi elettriċi ibridi plug-in rreġistrati fl-2021, l-emissjonijiet ta’ CO2 fid-dinja reali kienu bħala medja tliet darbiet u nofs (100 g CO2/km) ogħla minn dawk tad-WLTP, li jikkonferma li dawn il-vetturi bħalissa ma humiex qed jilħqu l-potenzjal tagħhom, b’mod partikolari minħabba li mhux qed jiġu ċċarġjati u misjuqa kompletament bl-elettriku kif preżunt ta’ spiss. Sabiex tkun tirrifletti aħjar is-sitwazzjoni tad-dinja reali, il-Kummissjoni diġà introduċiet bidliet fil-kalkolu tal-fattur ta’ utilità użat għall-proċedura tal-ittestjar uffiċjali, li se tapplika mill-2025, u jista’ jkun li jkollha bżonn tiġi aġġustata aktar abbażi ta’ data tad-dinja reali.
Filwaqt li din l-ewwel data għadha ma hijiex wiesgħa jew rappreżentattiva biżżejjed biex jinsiltu konklużjonijiet sodi, hija tipprovdi għarfien preliminari siewi għall-emissjonijiet tal-karozzi, fil-mod kif l-emissjonijiet tas-CO2 uffiċjali u tad-dinja reali jitqabblu bejn it-tipi ta’ vetturi u l-manifatturi.