|
31.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/145
tat-30 ta' Jannar 2019
li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta' għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (2) fiha żball fl-entrati 13.8.1 u 13.8.2. fil-Parti C tal-Anness f'dak li għandu x'jaqsam mar-referenza għal kostitwent ta' materjal tal-għalf li jrid jiġi ddikjarat. Ir-referenza żbaljata għal “umdità” minflok “potassju” taffettwa l-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti obbligi tal-operaturi. |
|
(2) |
Għalhekk jenħtieġ li l-verżjoni lingwistika bl-Olandiż tar-Regolament (UE) Nru 68/2013 tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Jannar 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1).