2008R0106 — MT — 26.03.2013 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT (KE) Nru 106/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm tal-Unjoni ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 039, 13.2.2008, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
REGOLAMENT (UE) Nru 174/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-5 ta’ Frar 2013 |
L 63 |
1 |
6.3.2013 |
|
REGOLAMENT (KE) Nru 106/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-15 ta' Jannar 2008
dwar programm tal-Unjoni ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju
(verżjoni mfassla mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Waqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),
Billi:|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar programm tal-Komunità dwar l-ittikkettjar ta' l-użu effiċjenti ta' l-enerġija għat-tagħmir ta' l-uffiċċju ( 3 ) jeħtieġ għadd ta' emendamenti sostanzjali. Dak ir-Regolament għandu jitfassal mill-ġdid għal raġunijiet ta' ċarezza. |
|
(2) |
It-tagħmir ta' l-uffiċċju għandu sehem sinifikanti mill-konsum totali ta' l-elettriku. Il-mudelli varji disponibbli fis-suq tal-Komunità għandhom livelli differenti ħafna ta' konsum ta' l-enerġija għal funzjonalitajiet simili, u hemm potenzjal qawwi biex titjieb l-effiċjenza enerġetika tagħhom. |
|
(3) |
It-titjib ta' l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta' l-uffiċċju għandu jgħin biex titjieb il-kompetittività tal-Komunità u s-sigurtà tal-provvista tagħha ta' l-enerġija, u biex ikunu protetti l-ambjent u l-konsumaturi. |
|
(4) |
Huwa importanti li jkunu promossi miżuri immirati lejn il-funzjonament korrett tas-suq intern. |
|
(5) |
Huwa mixtieq li jkunu koordinati l-inizjattivi nazzjonali dwar l-ittikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika biex jitnaqqas l-impatt ħażin fuq l-industrija u l-kummerċ tal-miżuri meħuda biex dawn jiġu implimentati. |
|
(6) |
Ladarba l-għan ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri li jiġu stabbiliti regoli għall-programm Komunitarju ta' tikettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta' l-uffiċċju, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista' għalhekk jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri konformement mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan. |
|
(7) |
Il-Protokoll tal-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima miftiehem fi Kyoto nhar l-11 ta' Diċembru tal-1997 isejjaħ għal tnaqqis ta' l-emissjonijiet ta' gassijet serra tal-Komunità ta' 8 % mhux aktar tard mill-perjodu 2008 sa 2012. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, huma meħtieġa miżuri iktar b'saħħithom biex inaqqsu emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju fil-Komunità. |
|
(8) |
Minbarra dan, id-Deċiżjoni Nru 2179/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar ir-reviżjoni tal-programm tal-Komunità Ewropea dwar il-politika u l-azzjoni relatati ma' l-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli “Lejn is-sostenibbiltà” ( 4 ), indikat il-provvista ta' tikketti dwar l-effiċjenza enerġetika ta' apparat bħala prijorità ewlenija għall-integrazzjoni ta' rekwiżiti ambjentali fir-rigward ta' l-enerġija. |
|
(9) |
Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar l-effiċjenza enerġetika fil-Komunità Ewropea ( 5 ) appellat biex jiżdied l-użu ta' l-ittikkettar ta' apparat u tagħmir. |
|
(10) |
Huwa mixtieq li jiġu kkoordinati r-rekwiżiti għall-użu effiċjenti ta' l-enerġija, it-tikketti u l-metodi ta' ttestjar kull fejn huwa xieraq. |
|
(11) |
Il-biċċa l-kbira tat-tagħmir ta' l-uffiċċju li juża l-enerġija b'mod effiċjenti hu disponibbli bi ftit jew mingħajr ebda spiża żejda u jista' għalhekk f'ħafna każijiet jikkumpensa għal kull spiża addizzjonali permezz ta' tnaqqis fil-ħela ta' l-elettriku fi żmien raġonevolment qasir. L-oġġettivi ta' tnaqqis fil-ħela ta' l-enerġija u tnaqqis tad-dijossidu tal-karbonju jistgħu għalhekk jinkisbu b'mod li jkun ekonomikament effiċjenti f'dan il-qasam, mingħajr żvantaġġi għall-konsumatur jew l-industrija. |
|
(12) |
It-tagħmir ta' l-uffiċċju hu kummerċjalizzat madwar id-dinja kollha. Il-Ftehim ta' l-20 ta' Diċembru 2006 bejn il-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta' l-uffiċċju ( 6 ) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) għandu jiffaċilita l-kummerċ internazzjonali u l-protezzjoni ta' l-ambjent għal dan it-tagħmir. Il-Ftehim għandu jiġi implimentat fil-Komunità. |
|
(13) |
It-tikketta ta' l-Energy Star dwar effiċjenza enerġetika tintuża madwar id-dinja. Sabiex jiġu influwenzati r-rekwiżiti tal-programm ta' tikkettar Energy Star, il-Komunità għandha tipparteċipa fil-programm ta' tikkettar u fit-tfassil ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi meħtieġa. Meta jiġu stabbiliti dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi flimkien ma' l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali ta' l-Istati Uniti (“USEPA”), il-Kummissjoni għandha timmira lejn livelli ambizzjużi ta' effiċjenza enerġetika, fid-dawl tal-politika Komunitarja ta' l-effiċjenza enerġetika u l-miri tagħha ta' effiċjenza enerġetika. |
|
(14) |
Hija meħtieġa sistema ta' infurzar effettiva biex tassigura li l-programm ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir ta' l-uffiċċju ikun implimentat sew, jiggarantixxi kondizzjonijiet ġusti tal-kompetizzjoni għall-produtturi u jipproteġi d-drittijiet tal-konsumatur. |
|
(15) |
Dan ir-Regolament għandu japplika biss għat-tagħmir ta' l-uffiċċju. |
|
(16) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/75/KEE tat-22 ta' Settembru 1992 dwar l-indikazzjoni permezz ta' tikkettar u ta' informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum ta' enerġija u riżorsi oħra minn apparat domestiku ( 7 ) mhijiex l-iktar strument adatt għat-tagħmir ta' l-uffiċċju. Il-miżura l-aktar effettiva ekonomikament għal promozzjoni ta' l-effiċjenza fl-użu ta' l-enerġija tat-tagħmir ta' l-uffiċċju hija programm ta' tikkettar volontarju. |
|
(17) |
Hu meħtieġ li x-xogħol għall-kontribuzzjoni għall-istabbiliment u r-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni jingħata lil organu adatt, il-Bord ta' l-Energy Star tal-Komunità Ewropea, sabiex tinkiseb l-implimentazzjoni effiċjenti u newtrali tal-programm ta' ttikettar dwar l-effiċjenza enerġetika. Dak il-Bord għandu jkun kompost minn rappreżentanti nazzjonali u rappreżentanti tal-partijiet interessati. |
|
(18) |
Hu meħtieġ li jiġi żgurat li l-programm ta' l-ittikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir ta' l-uffiċċju ikun konsistenti u koordinat mal-prijoritajiet tal-politika tal-Komunità u ma' skemi oħra ta' tikkettar jew ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-Komunità bħal dawk stabbiliti mid-Direttiva 92/75/KEE u mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92 tat-23 ta' Marzu 1992 dwar l-iskema tal-Komunità dwar l-għoti ta' tikketta eko ( 8 ). |
|
(19) |
Il-programm ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għandu wkoll jikkumplimenta l-miżuri meħuda fil-kuntest tad-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija ( 9 ). Huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġi żgurat li l-programm Energy Star u l-iskema dwar l-eko-diżinn jkunu konsistenti u koordinati. |
|
(20) |
Hu mixtieq li l-programm Energy Star tal-Komunità jiġi koordinat, fuq il-bażi tal-Ftehim, u skemi volontarji oħra ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għal tagħmir ta' l-uffiċċju fil-Komunità, sabiex jiġu prevenuti l-konfużjoni għall-konsumaturi u d-distorsjoni potenzjali tas-suq. |
|
(21) |
Hu meħtieġ li tkun garantita trasparenza fl-implimentazzjoni tal-programm Energy Star u tkun żgurata l-konsistenza tiegħu ma' l-istandards internazzjonali rilevanti sabiex ikun faċilitati l-aċċess għall-iskema għall-manifatturi u esportaturi minn pajjiżi barra l-Komunità u l-parteċipazzjoni fiha. |
|
(22) |
Dan ir-Regolament iqis l-esperjenza miksuba tul il-perjodu tal-bidu ta' implimentazzjoni tal-programm Energy Star fil-Komunità, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għan
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-programm tal-Unjoni ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Programm Energy Star) kif definit fil-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju ( 10 ) iffirmat fl-10 ta’ Diċembru 2012 fi Brussell u fit-18 ta’ Jannar 2013 f’Washington (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).
Artikolu 2
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-gruppi ta' prodotti ta' tagħmir ta' l-uffiċċju definiti fl-Anness Ċ mal-Ftehim, bla ħsara għal kull emenda għalih skond l-Artikolu XII tal-Ftehim.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) “Logo Komuni” għandha tfisser il-marka li tidher fl-Anness A mal-Ftehim;
(b) “il-parteċipanti tal-programm” għandha tfisser manifatturi, muntaturi, esportaturi, importaturi, bejjiegħa bl-imnut u persuni jew organi oħra li jikkommettu lilhom infushom biex jippromwovu prodotti ta' l-uffiċċju speċifikati li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija li jissodisfaw l-Ispeċifikazzjonijiet Komuni definiti fil-punt (c) u li għażlu li jipparteċipaw fil-programm Energy Star billi rreġistraw mal-Kummissjoni;
(ċ) “Speċifikazzjonijiet Komuni” għandha tfisser ir-rekwiżiti fir-rigward ta' l-effiċjenza enerġetika u tal-prestazzjoni, inklużi metodi ta' ttestjar, użati għad-determinazzjoni tal-kwalifika ta' prodotti ta' tagħmir ta' l-uffiċċju, li jkunu effiċjenti fl-użu ta' l-enerġija, għall-finijiet tal-Logo Komuni.
Artikolu 4
Prinċipji ġenerali
1. Il-Programm Energy Star għandu jikkontribwixxi biex jissodisfa l-miri fl-effiċjenza enerġetika tal-Istati Membri u tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 1 u 3 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza enerġetika ( 11 ). Huwa għandu jkun ikkoordinat, kif meħtieġ, ma’ arranġamenti oħra tal-Unjoni dwar l-ittikkettar jew iċ-ċertifikazzjoni ta’ kwalità kif ukoll ma’ skemi bħal, b’mod partikolari, l-iskema tal-Unjoni tal-għoti ta’ Ekotikketta, stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE ( 12 ), l-indikazzjoni permezz ta’ ttikkettar u ta’ informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u ta’ riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija, stabbilita bid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) u miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija ( 14 ). Dik il-koordinazzjoni għandha tinkludi l-iskambju ta’ evidenza u, skont kif ikun xieraq, l-istabbiliment ta’ livelli komuni ta’ speċifikazzjonijiet u rekwiżiti fl-iskemi differenti.
2. Il-Logo Komuni jista' jintuża minn parteċipanti fil-programm fuq il-prodotti individwali tagħhom ta' tagħmir ta' l-uffiċċju u fuq il-materjal ta' promozzjoni assoċjat.
3. Il-parteċipazzjoni fil-programm Energy Star għandha tkun fuq bażi volontarja.
4. Skemi volontarji oħrajn eżistenti u ġodda ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għal prodotti tat-tagħmir tal-uffiċċju fl-Istati Membri jistgħu jeżistu flimkien mal-programm Energy Star.
5. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola tal-Unjoni dwar il-valutazzjoni tal-konformità u l-immarkar tal-konformità u/jew għal kwalunkwe ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi rigward aċċess għas-suq tal-Unjoni, prodotti koperti minn dan ir-Regolament li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni jistgħu jiġu ttestjati mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Reġistrazzjoni ta' parteċipanti fil-programm
1. L-applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fil-programm għandhom jiġu preżentati lill-Kummissjoni.
2. Id-deċiżjoni li tawtorizza applikant li jsir parteċipant fil-programm għandha tittieħed mill-Kummissjoni, wara li tkun ivverifikat li l-applikant qabel li jikkonforma mal-linji gwida għall-utenti tal-Logo Komuni, li jinsabu fl-Anness B għall-Ftehim. Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-website ta' l-Energy Star lista aġġornata ta' parteċipanti fil-program u għandha regolarment tibgħatha lill-Istati Membri.
Artikolu 6
Promozzjoni ta’ kriterji ta’ effiċjenza enerġetika
1. Għat-tul ta’ żmien tal-validità tal-Ftehim, l-awtoritajiet tal-gvern ċentrali fis-sens tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi ( 15 ), għandhom, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u għal-liġijiet nazzjonali, u għall-kriterji ekonomiċi, jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika mhux inqas eżiġenti mill-Ispeċifikazzjonijiet Komuni għal kuntratti ta’ provvista pubblika ta’ valur ugwali għal, jew li jeċċedi, il-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 7 ta’ dik id-Direttiva. L-awtoritajiet kontraenti fil-livell reġjonali u lokali għandhom jitħeġġu mill-Istati Membri biex jużaw dawk ir-rekwiżiti. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2012/27/UE u fil-punt (c) tal-Anness III għal dik id-Direttiva.
2. Għat-tul ta’ żmien tal-validità tal-Ftehim, il-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni għandhom, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni u l-liġijiet nazzjonali u l-kriterji eknomiċi, jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ effiċjenza enerġetika mhux inqas eżiġenti mill-Ispeċifikazzjonijiet Komuni għall-kuntratti ta’ provvista pubblika ta’ valur ugwali għal, jew li jeċċedi, il-limiti massimi stipulati fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18/KE.
▼M1 —————
Artikolu 8
Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea (BESUE) li jkun magħmul minn rappreżentanti nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 9 u minn rappreżentanti tal-partijiet interessati. Il-BESUE għandu jirrivedi l-implimentazzjoni tal-programm tal-Energy Star fi ħdan l-Unjoni u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’konsulenza u assistenza, kif xieraq, biex jippermettilha twettaq il-funzjoni tagħha bħala Entità Amministrattiva, kif imsemmi fl-Artikolu IV tal-Ftehim.
2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, safejn possibbli fit-tmexxija tal-attivitajiet tagħha, il-BESUE josserva, fir-rigward ta’ kull grupp ta’ prodotti ta’ tagħmir għall-uffiċċju, il-parteċipazzjoni bilanċjata tal-partijiet interessati rilevanti kollha kkonċernati minn dak il-grupp ta’ prodotti bħal manifatturi, bejjiegħa bl-imnut, importaturi, gruppi ta’ protezzjoni tal-ambjent u organizzazzjonijiet tal-konsumatur.
3. Il-Kummissjoni, assistita mill-BESUE, għandha twettaq monitoraġġ tal-penetrazzjoni fis-suq ta’ prodotti li jkollhom il-Logo Komuni u l-iżvilupp tal-effiċjenza enerġetika ta’ tagħmir tal-uffiċċji bil-għan li ssir reviżjoni f’waqtha tal-Ispeċifikazzjonijiet Komuni.
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-BESUE, b’kont meħud tal-fehmiet tar-rappreżentanti nazzjonali fil-BESUE.
Artikolu 9
Ir-rappreżentanti nazzjonali
Kull Stat Membru għandu jinnomina, skond il-każ, esperti nazzjonali għall-politika ta' l-enerġija, awtoritajiet jew persuni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “rappreżentanti nazzjonali”) responsabbli għat-twettiq tal-kompiti previsti f'dan ir-Regolament. Fejn iktar minn rappreżentant wieħed nazzjonali ikun nominat, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-poteri rispettivi ta' dawk ir-rappreżentati u r-rekwiżiti koordinati applikabbli għalihom.
Artikolu 10
Pjan ta' xogħol
Konformement ma' l-għan stabbilit fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjan ta' xogħol. Il-pjan ta' xogħol għandu jinkludi strateġija għall-iżvilupp ta' programm Energy Star, li għandu jistabbilixxi għat-tliet snin sussegwenti:
(a) l-objettivi għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika, b’kont meħud tal-ħtieġa li jkun segwit standard għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u tal-ambjent u tal-penetrazzjoni fis-suq li l-programm Energy Star għandu jfittex li jikseb fil-livell tal-Unjoni;
(b) lista mhux eżawrjenti ta' prodotti ta' tagħmir ta' l-uffiċċju li għandhom ikunu kkunsidrati bħala prijoritajiet għall-inklużjoni fil-programm Energy Star;
(ċ) inizjattivi edukattivi u promozzjonali;
(d) proposti għall-koordinazzjoni u l-koperazzjoni bejn il-programm Energy Star u skemi volontarji oħra ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri.
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-pjan ta' xogħol tagħha mhux inqas minn darba fis-sena u għandha tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.
Artikolu 11
Proċeduri preparatorji għar-reviżjoni ta’ kriterji tekniċi
1. Sabiex issir it-tħejjija għar-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonijet Komuni u tal-gruppi ta’ prodotti tat-tagħmir tal-uffiċċju koperti mill-Anness C għall-Ftehim, u qabel ma jiġi preżentat abbozz ta’ proposta jew tingħata tweġiba lill-USEPA skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim u fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/107/UE tat-13 ta’ Novembru 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju ( 16 ), għandhom jittieħdu l-passi stipulati fil-paragrafi 2 sa 5.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-BESUE biex iħejji proposta għar-reviżjoni tal-Ftehim jew tal-Ispeċifikazzjonjiet Komuni għal prodott. Il-Kummissjoni tista’ tressaq proposta quddiem il-BESUE għar-reviżjoni tal-Ispeċifikazzjonjiet Komuni għal prodott jew il-Ftehim. Il-BESUE jista’ ukoll iressaq proposta lill-Kummissjoni fuq inizjattiva tiegħu stess.
3. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-BESUE kull meta tirċievi proposta għal reviżjoni tal-Ftehim mill-USEPA.
4. Meta l-membri tal-BESUE jagħtu l-opinjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni, huma għandhom iqisu r-riżultati tal-istudji ta’ fattibbiltà u tas-suq, u l-aħjar teknoloġija disponibbli għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija.
5. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra partikolarment l-għan li tistabbilixxi Speċifikazzjonijiet Komuni f’livell ambizzjuż, kif previst fl-Artikolu I, paragrafu 3, tal-Ftehim, bl-għan li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija u għandha tqis debitament it-teknoloġija disponibbli u l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja relatati. B’mod partikolari, qabel ma tagħti l-opinjonijiet tagħha dwar kwalunkwe Speċifikazzjoni Komuni ġdida, il-BESUE għandu jqis l-aħħar riżultati tal-istudji tal-ekodisinn.
Artikolu 12
Is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta' l-abbuż
1. Il-Logo Komuni għandu jintuża biss b'konnessjoni mal-prodotti koperti mill-Ftehim u konformement mal-linji gwida għall-utenti tal-Logo Komuni, li jinsabu fl-Anness B mal-Ftehim.
2. Kull pubbliċità falza jew qarrieqa, jew kull użu ta' kull tikketta jew logo li jwassal għal konfużjoni mal-Logo Komuni, għandu jkun projbit.
3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-użu korrett tal-Logo Komuni billi tieħu jew tikkoordina l-azzjoni deskritta fl-Artikolu IX, il-paragrafi 2, 3 u 4, tal-Ftehim. L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni adegwata, partikolarment kif deskritta fl-Artikolu IX, il-paragrafu 5, tal-Ftehim biex jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fit-territorju tagħhom u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni. L-Istati Membri jistgħu jirriferu prova ta’ nonkonformità minn parteċipanti fil-programm lill-Kummissjoni għal azzjoni inizjali.
Artikolu 13
Rieżami u reviżjoni
Qabel mal-Partijiet għall-Ftehim jiddiskutu t-tiġdid tiegħu skont l-Artikolu XIV, paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-programm Energy Star jippermettix effettivament li tiżdied l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju, li jinħolqu impjiegi ġodda u jkunu offerti opportunitajiet tas-suq għall-manifatturi, u tanalizza għażliet alternattivi ta’ politika bħal dawk ipprovduti mil-leġislazzjoni tal-Unjoni, partikolarment id-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE. Ir-riżultati ta’ tali evalwazzjoni u valutazzjoni għandhom jiġu rrappurtati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-anqas sentejn qabel l-iskadenza tal-Ftehim.
▼M1 —————
Artikolu 15
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 huwa b'dan imħassar.
Ir-referenzi magħmula għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala magħmula għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella tal-korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 16
Dispożizzjonijiet finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2422/2001 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
|
Artikolu 1, l-aħħar sentenza |
— |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 4(2) |
|
— |
Artikolu 4(3) |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(4) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4(5) |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 6(1) |
— |
|
Artikolu 6(2) |
— |
|
Artikolu 6(3) |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
|
Artikolu 8(2) |
— |
|
Artikolu 8(3) |
Artikolu 8(2) |
|
— |
Artikolu 8(3) |
|
Artikolu 8(4) |
Artikolu 8(4) |
|
Artikolu 8(5) |
— |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, parti ta' introduzzjoni |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, parti ta' introduzzjoni |
|
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) |
|
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-punt (b) |
|
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, it-tielet inċiż |
— |
|
— |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-punt (c) |
|
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, ir-raba' inċiż |
Artikolu 10, l-ewwel paragrafu, il-punt (d) |
|
Artikolu 10, it-tieni paragrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 10, it-tieni paragrafu |
|
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 11(1) |
|
Artikolu 11, il-punt 1 |
Artikolu 11(2) |
|
Artikolu 11, il-punt 2 |
Artikolu 11(3) |
|
Artikolu 11, il-punt 3, l-ewwel sentenza |
Artikolu 11(4) |
|
Artikolu 11, il-punt 3, it-tieni sentenza |
Artikolu 11(5), l-ewwel sentenza |
|
— |
Artikolu 11(5), l-aħħar sentenza |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 13 |
— |
|
— |
Artikolu 13 |
|
Artikolu 14, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 14, it-tieni paragrafu |
— |
|
— |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
|
Annex |
— |
( 1 ) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 97.
( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-10 ta' Lulju 2007 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2007.
( 3 ) ĠU L 332, 15.12.2001, p. 1.
( 4 ) ĠU L 275, 10.10.1998, p. 1.
( 5 ) ĠU C 394, 17.12.1998, p. 1.
( 6 ) ĠU L 381, 28.12.2006, p. 26.
( 7 ) ĠU L 297, 13.10.1992, p. 16. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
( 8 ) ĠU L 99, 11.4.1992, p. 1. Ir-Regolament imħassar bir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1).
( 9 ) ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.
( 10 ) ĠU L 63, 6.3.2013, p. 7.
( 11 ) ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.
( 12 ) ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.
( 13 ) ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.
( 14 ) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
( 15 ) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
( 16 ) ĠU L 63, 6.3.2013, p. 5.