European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4645

18.7.2024

Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

(C/2024/4645)

L-informazzjoni li ġejja qed titressaq għall-attenzjoni ta' Luís PÉREZ OLIVAS (nru 5) u Alba Luz RAMOS VANEGAS (nru 12), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1720 (1), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati. Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet previsti għaż-żamma tad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l-26 ta’ Lulju 2024 , fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1 Horizontal and Global Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussell

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 262, 15.10.2019, p. 58.

(2)   ĠU L 262, 15.10.2019, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4645/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)