Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku /* KUMM/2010/0153 finali - NLE 2010/0083 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 19.4.2010 KUMM(2010)153 finali 2010/0083 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Wara ilment li tressaq mill-ANAPA (Spanish National Association of Owners of Deep-sea Longliners), il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għal investigazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 3286/94 (Ir-Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ) (avviż ta' bidu ppublikat fl-10 ta' Lulju 1998). Fit-23 ta' Marzu 1999, il-Kummissjoni Ewropea ħarġet ir-rapport tal-investigazzjoni tagħha, li skontu l-prattiki Ċileni li ma jippermettux aċċess lil bastimenti li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku għal portijiet Ċileni, ma kinux konsistenti mal-Artikolu V tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (GATT). Wara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/296/KE tal-5 ta' April 2000 li tikkonċerna l-projbizzjoni Ċilena dwar il-ħatt tal-qabdiet tal-pixxispad minn bastimenti Komunitarji f'portijiet Ċileni, il-Kummissjoni Ewropea tat bidu għall-proċedura ta' riżoluzzjoni tat-tilwim tad-WTO kontra ċ-Ċili. B'reazzjoni għal dan il-każ tad-WTO,iċ-Ċili talbet li wħud mill-mistoqsijiet jiġu ppreżentati għal riżoluzzjoni obbligatorja tat-tilwim skont il-Konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-Liġi tal-Baħar. Sussegwentement, fid-19 ta' Diċembru 2000, iċ-Ċili u l-Komunità ppreżentaw nuqqas ta' qbil rigward il-Konservazzjoni u l-Isfruttar Sostenibbli ta' Stokkijiet ta' Pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku quddiem Awla Speċjali tat-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar (ITLOS). Fil-25 ta' Jannar 2001, il-Kummissjoni Ewropea u ċ-Ċili laħqu ftehim provviżorju u b'konsegwenza ta' dan il-Partijiet qablu għas-sospensjoni b'mod parallel tal-proċeduri tad-WTO u tal-ITLOS. F'April tal-2008 il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni biex twettaq negozjati maċ-Ċili f'isem l-Unjoni Ewropea sabiex jintlaħaq ftehim definittiv dwar qafas ġdid ta' kooperazzjoni tas-sajd. Fit-30 ta' Ottubru 2008 il-Kummissjoni ppreżentat, lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar is-Sajd Intern u Estern, it-test tal-Ftehim li ġie miftiehem bejn in-negozjaturi li jikkonċerna l-konservazzjoni ta' stokkijiet ta' pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku. Il-Ftehim il-ġdid se jiżgura l-aċċess għal portijiet Ċileni magħżula għal operazzjonijiet ta' trasbord u ta' ħatt l-art, kif ukoll għal skopijiet loġistiċi, għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bnadar tal-Istati Membri li joperaw fl-ilmijiet fix-Xlokk tal-Paċifiku. Il-Ftehim il-ġdid ma jqajjimx dubji dwar il-kompetenzi rispettivi tal-organizzazzjonijiet reġjonali eżistenti tal-ġestjoni tas-sajd stabbiliti attwalment (Kummissjoni Inter-Amerikana tat-Tonn Tropikali – IATTC) u lanqas ta' dawk li jinstabu fil-proċess li jiġu stabbiliti (Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku - SPRFMO). Fit-3 ta' Diċembru 2009 il-Kummissjoni ppreżentat lill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar is-Sajd Intern u Estern ir-riżultat tat-taħditiet tekniċi bilaterali maċ-Ċili li twettqu bejn il-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 f'New York. Il-Partijiet taw bidu għal Anness I tekniku għall-Ftehim li fih hemm proċeduri dettaljati li għandhom jiġu segwiti mill-bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad li qed ifittxu aċċess għall-portijiet Ċileni magħżula. Dawn il-proċeduri huma konformi mal-miżuri moderni tal-FAO għall-Istat tal-Port. Sadanittant, iż-żewġ Partijiet diġà irtiraw b'mod konġunt il-każ tal-ITLOS. Fis-16 ta' Diċembru 2009 l-Awla Speċjali tal-ITLOS irreġistrat il-waqfien tal-każ skont it-talba konġunta taċ-Ċili u l-UE. Għaddejjin ukoll il-preparazzjonijiet għal irtirar konġunt tal-Każ tad-WTO (WT/DS/193 – Miżuri li Jaffetwaw it-Tranżitu u l-Importazzjoni tal-Pixxispad). Madankollu, il-Kummissjoni mhijiex, f'dan l-istadju, se tipproponi l-għeluq tal-każ tar-Regolament dwar l-Ostakoli għall-Kummerċ. Il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel proposta għall-irtirar biss wara l-konklużjoni formali tal-Ftehim mill-awtoritajiet rispettivi tal-UE u taċ-Ċili u sakemm id-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għal portijiet Ċileni ta' bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku jkunu ġew implimentati b'mod sodisfaċenti f'perjodu ta' żmien raġonevoli. L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew għandhom jiġu mistiedna mill-Kummissjoni biex jibdew il-proċedura rilevanti għall-konklużjoni. Sadanittant, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm aktar dewmien għall-aċċess ta' bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fil-portijiet Ċileni magħżula, jeħtieġ li l-Ftehim jiġi applikat provviżorjament, u għal dan il-għan qed tiġi proposta deċiżjoni tal-Kunsill simultanja iżda separata. 2010/0083 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218 (5) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[1], Billi: 1. Huwa l-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabilixxi ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni dwar is-sajd ma' Partijiet terzi biex jiġu żgurati l-konservazzjoni u l-ġestjoni sostenibbli ta' speċijiet ta' interess komuni u l-aċċess ta' bastimenti tal-UE għall-portijiet ta' Partijiet terzi għal operazzonijiet ta' trażbord u ta' ħatt l-art, u għal skopijiet loġistiċi. 2. Fl-4 ta' April 2008 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mar-Repubblika taċ-Ċili dwar il-konservazzjoni ta' stokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku. In-negozjati ġew konklużi b'suċċess billi ngħata bidu għall-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku u bl-Anness I dettaljat tiegħu. 3. Il-Kummissjoni għamlet proposta lill-Kunsill biex jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri (Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku tal-XXXX). 4. Fid-dawl tal-interess tal-bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku biex jakkwistaw aċċess għall-portijiet Ċileni magħżula mingħajr dewmien, il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament sakemm jiġi konkluż il-Ftehim. ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea, sakemm il-Ftehim jidħol fis-seħħ. It-test ta' dan il-Ftehim dwar l-applikazzjoni provviżorja fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċili huwa mhemuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-Kummissjoni Ewopea hija awtorizzata li tiffirma, f'isem l-Unjoni Ewropea, l-Ittra mill-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 1 u li taħtar il-persuni awtorizzati biex jipproċedu għall-iffirmar Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċili dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku A. Ittra mill-Unjoni Ewropea Sinjur(a), Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li twettqu fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċili li wasslu għall-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), kif ukoll għad-diskussjonijiet tekniċi bilaterali fi New York fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009. L-Unjoni Ewropea bdiet il-proċeduri interni tagħha għall-konklużjoni tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku li ntlaħaq fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 inkluż l-Anness I iddettaljat li dwaru ntlaħaq qbil fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009. Sakemm jitlestew dawn il-proċeduri, l-Unjoni Ewropea għandha tapplika provviżorjament il-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku li ntlaħaq fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 u l-Anness I tiegħu li dwaru ntlaħaq qbil fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 kif ikkomplementat bin-Nota Verbali taċ-Ċili tat-23 ta' Novembru 2009. Id-dokumenti u t-tagħrif li ġejjin huma parti integrali minn dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri: a) il-Ftehim li dwaru ntlaħaq qbil fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 fi Brussell kif immodifikat minn: b) l-Anness I iddettaljat għall-Ftehim kif miftiehem matul il-laqgħa teknika bilaterali fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 fi New York; c) in-Nota Verbali taċ-Ċili tat-23 ta' Novembru 2009 li tagħżel il-portijiet Ċileni ta' Arica, Antofagasta u Punta Arenas għall-aċċess minn bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku, fir-rigward tal-punt (xi) tal-Anness imsemmi f'punt (b) hawn fuq. d) l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Bilaterali Tekniku u Xjentifiku li se ssir mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2010. Inkun nafulek jekk tgħarrafni meta tirċievi din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn iċ-Ċili u l-Unjoni Ewropea biex provviżorjament jiġi applikat il-Ftehim skont id-dispożizzjonijiet li hemm fid-dokumenti elenkati hawn fuq. Dan il-ftehim għandu japplika mill-ġurnata wara dik li fiha tasal it-tweġiba tiegħek. Jekk jogħġbok, Sinjur/a, aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi. Għall-Unjoni Ewropea Il-President B. Ittra mir-Repubblika taċ-Ċili Sinjur/Sinjura, Għandi l-unur ngħarrfek li waslitli l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li taqra kif ġej: 'Għandi l-unur nirreferi għan-negozjati li twettqu fi Brussell fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 bejn l-Unjoni Ewropea u ċ-Ċili li wasslu għall-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim'), kif ukoll għad-diskussjonijiet tekniċi bilaterali fi New York fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009. L-Unjoni Ewropea bdiet il-proċeduri interni tagħha għall-konklużjoni tal-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku li ntlaħaq fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 inkluż l-Anness I iddettaljat li dwaru ntlaħaq qbil fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009. Sakemm jitlestew dawn il-proċeduri, l-Unjoni Ewropea għandha tapplika provviżorjament il-Ftehim li jikkonċerna l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku li ntlaħaq fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 u l-Anness I tiegħu li dwaru ntlaħaq qbil fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 kif ikkomplementat bin-Nota Verbali taċ-Ċili tat-23 ta' Novembru 2009. Id-dokumenti u t-tagħrif li ġejjin huma parti integrali minn dan il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri: a) il-Ftehim li dwaru ntlaħaq qbil fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008 fi Brussell kif immodifikat minn: b) bl-Anness I iddettaljat għall-Ftehim kif miftiehem matul il-laqgħa teknika bilaterali fil-5 u s-6 ta' Ottubru 2009 fi New York; c) in-Nota Verbali taċ-Ċili tat-23 ta' Novembru 2009 li tagħżel il-portijiet Ċileni ta' Arica, Antofagasta u Punta Arenas għall-aċċess minn bastimenti tal-UE li jistadu għall-pixxispad fl-ibħra internazzjonali fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku, fir-rigward tal-punt (xi) tal-Anness imsemmi f'punt (b) hawn fuq. d) l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Bilaterali Tekniku u Xjentifiku li se ssir mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2010. Inkun nafulek jekk tgħarrafni meta tirċievi din l-ittra u tikkonferma li din l-ittra u t-tweġiba tiegħek jikkostitwixxu Ftehim bejn iċ-Ċili u l-Unjoni Ewropea biex provviżorjament jiġi applikat il-Ftehim skont id-dispożizzjonijiet li hemm fid-dokumenti elenkati hawn fuq. Dan il-ftehim se japplika mill-ġurnata wara dik li fiha tasal it-tweġiba tiegħek'. Għandi l-unur nikkonferma li l-ittra tiegħek u din it-tweġiba jikkostitwixxu Ftehim bejn iċ-Ċili u l-Unjoni Ewropea. Jekk jogħġbok, Sinjur/a, aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi. Għar-Repubblika taċ-Ċili Il-President [1] ĠU C […], […], p. […].