5.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-KKaż M.10232 — Brose/Sitech)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 262/08)

1.   

Fit-23 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Brose Fahrzeugteile SE & Co. Kommanditgesellschaft (il-Ġermanja), (flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha “BROSE”),

—

SITECH Sp. z o. o. (il-Polonja) (flimkien mal-kumpaniji affiljati tagħha “SITECH”), li tappartjenu għall-grupp ta’ Volkswagen AG (“VW”, il-Ġermanja).

BROSE takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ SITECH kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

BROSE: produttur ta’ komponenti tal-karozzi u sistemi mekatroniċi għal bibien tal-vettura, strutturi tas-sedili (inklużi l-komponenti integrati tas-sedil), magni elettriċi u elettronika, inklużi l-istering, il-brejkijiet, il-gearbox u t-tkessiħ tal-magni,

—

SITECH: produttur ta’ sedili ta’ vetturi kompluti, strutturi ta’ sedili tal-metall u komponenti ta’ l-istruttura tas-sedili.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10232 — Brose/Sitech

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).