|
Obbligatorji/ fakultattivi
|
Ambitu (filtru)
|
Varjabbli
|
|
Varjabbli obbligatorji
|
|
(i)
|
għall-intrapriżi kollha:
|
|
|
(1)
|
l-attività ekonomika prinċipali tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(2)
|
l-għadd medju ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(3)
|
il-valur totali tal-fatturat (f’termini monetarji, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(4)
|
l-għadd ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom jew il-persentaġġ tal-għadd totali ta’ persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom u li għandhom aċċess għall-internet għal finijiet ta’ negozju
|
|
(5)
|
l-użu ta’ sistemi tal-ICT u soluzzjonijiet biex jonqos il-konsum tal-enerġija tal-intrapriża
|
|
(6)
|
l-użu ta’ sistemi u soluzzjonijiet tal-ICT biex jonqos il-materjal użat (inkluż l-oġġetti konsumabbli) jew biex jitjieb l-użu tal-materjal riċiklat
|
|
|
(ii)
|
għall-intrapriżi li għandhom persuni impjegati u persuni li jaħdmu għal rashom b’aċċess għall-internet għall-finijiet ta’ negozju:
|
|
|
(7)
|
l-użu ta’ xi tip ta’ konnessjoni fissa mal-internet
|
|
(9)
|
l-użu tal-midja soċjali (jiġifieri ikollhom profil tal-utent jew kont)
|
|
(10)
|
ikollhom bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi fuq is-siti web jew l-apps (inkluż extranets) tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(11)
|
ikollhom bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi fuq is-siti web jew l-apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ tal-oġġetti jew tas-servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(12)
|
ikollhom bejgħ tat-tip EDI (Skambju Elettroniku tad-Data) ta’ oġġetti u servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(13)
|
l-użu ta’ software għall-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi (ERP) għall-ġestjoni tar-riżorsi billi tinqasam l-informazzjoni fost oqsma funzjonali differenti bħall-kontabbiltà, l-ippjanar, il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni
|
|
(14)
|
l-użu ta’ software tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM) għall-ġestjoni tal-informazzjoni dwar il-klijenti, bħar-relazzjonijiet jew it-tranżazzjonijiet
|
|
(15)
|
l-użu ta’ software għall-Intelliġenza tan-Negozju (BI) għall-aċċess u l-analiżi tad-data, li jippreżenta s-sejbiet analitiċi biex jinkiseb għarfien dettaljat għat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-ippjanar strateġiku
|
|
(16)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data (minn sorsi tad-data interni u esterni) mill-impjegati nfushom
|
|
(17)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data minn intrapriża jew organizzazzjoni esterna għall-intrapriża (inkluż l-analitika tad-data bbażata fuq data mingħand sorsi interni u esterni)
|
|
(18)
|
l-użu ta’ servizzi tal-cloud bi ħlas
|
|
(19)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jwettqu analiżi tal-lingwa miktuba (bħal estrazzjoni tat-test)
|
|
(20)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jikkonvertu l-lingwa mitħaddta f’format li jinqara mill-magni (għarfien tat-taħdit)
|
|
(21)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jiġġeneraw lingwa miktuba jew mitħaddta (il-ġenerazzjoni ta’ lingwa naturali, sinteżi tat-taħdit)
|
|
(22)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jiġġeneraw stampi, videos, ħsejjes/awdjo
|
|
(23)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jidentifikaw l-oġġetti jew il-persuni abbażi ta’ immaġnijiet jew videos (għarfien tal-immaġni, ipproċessar tal-immaġni)
|
|
(24)
|
l-użu tat-tagħlim awtomatiku (bħat-tagħlim profond) għall-analiżi tad-data
|
|
(25)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jawtomatizzaw flussi tax-xogħol differenti jew li jassistu t-teħid tad-deċiżjonijiet (bħas-software tal-awtomatizzazzjoni ta’ proċess robotiku abbażi tal-Intelliġenza Artifiċjali)
|
|
(26)
|
l-użu tat-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali li jippermettu l-moviment fiżiku tal-magni permezz ta’ deċiżjonijiet awtonomi bbażati fuq l-osservazzjoni tal-madwar (robots awtonomi, vetturi awtonomi, droni awtonomi)
|
|
|
(iii)
|
għall-intrapriżi li jużaw xi tip ta’ konnessjoni fissa tal-internet:
|
|
|
(27)
|
il-veloċità massima kkuntrattata tad-download tal-aktar konnessjoni fissa veloċi tal-internet fil-firxiet: [0 Mbit/s, < 30 Mbit/s], [30 Mbit/s, < 100 Mbit/s], [100 Mbit/s, < 500 Mbit/s], [500 Mbit/s, < 1 Gbit/s], [≥ 1 Gbit/s]
|
|
|
(iv)
|
għall-intrapriżi li għandhom sit web:
|
|
|
(28)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu deskrizzjoni tal-oġġetti jew tas-servizzi, informazzjoni dwar il-prezzijiet
|
|
(29)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu l-possibbiltà ta’ ordnijiet jew riżervazzjonijiet jew ibbukkjar online (bħall-basket tax-xiri)
|
|
(30)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu l-possibbiltà li l-viżitaturi jippersonalizzaw jew jiddisinjaw l-oġġetti jew is-servizzi online
|
|
(31)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu l-possibbiltà ta’ traċċar jew tal-istatus tal-ordnijiet magħmulin
|
|
(32)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu kontenut personalizzat fuq is-sit web għall-viżitaturi regolari/rikorrenti
|
|
(33)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu servizz ta’ chat ta’ appoġġ lill-klijenti (chatbot, aġent virtwali jew persuna li twieġeb lill-klijenti fil-ħin reali)
|
|
(34)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu reklam dwar xi pożizzjonijiet tal-impjiegi battala jew għall-applikazzjoni online għal xi impjieg
|
|
(35)
|
is-sit web tal-intrapriża għandu kontenut disponibbli b’mill-inqas żewġ lingwi
|
|
|
(v)
|
għall-intrapriżi li għamlu bejgħ bl-internet ta’ oġġetti u servizzi fuq is-siti web jew l-apps tal-intrapriża u/jew fuq is-siti web jew l-apps tas-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ tal-oġġetti jew tas-servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:
|
|
|
(36)
|
il-valur tal-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-persentaġġ tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(37)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil konsumaturi privati (minn Negozju għall-Konsumaturi: B2C), fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(38)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil intrapriżi oħra (minn Negozju għal Negozju: B2B) u lis-settur pubbliku (minn Negozju għall-Gvern: B2G), fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(vi)
|
għall-intrapriżi li għamlu bejgħ bl-internet ta’ oġġetti u servizzi fuq is-siti web jew l-apps tal-intrapriża u fuq is-siti web jew l-apps tas-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ tal-oġġetti jew tas-servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:
|
|
|
(39)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi ġġenerat mill-bejgħ fuq is-siti web jew l-apps tal-intrapriża (inkluż l-extranets), fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(40)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi ġġenerat mill-bejgħ fuq is-siti web jew l-apps fis-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(vii)
|
għall-intrapriżi li għamlu bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti u servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti:
|
|
|
(41)
|
il-valur tal-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, jew il-persentaġġ tal-fatturat totali ġġenerat mill-bejgħ tat-tip EDI ta’ oġġetti jew servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(viii)
|
għall-intrapriżi li jwettqu analitika tad-data (mingħand sorsi tad-data interni u esterni) bl-impjegati tagħhom stess:
|
|
|
(42)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data mir-rekords tat-tranżazzjonijiet bħad-dettalji tal-bejgħ, ir-rekords tal-pagamenti (pereżempju mill-ERP, il-ħanut online tal-intrapriża)
|
|
(43)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data dwar il-klijenti, bħal informazzjoni dwar ix-xiri tal-klijenti, il-post, il-preferenzi, reċensjonijiet tal-klijenti, tfittxijiet (pereżempju mis-sistema CRM jew is-sit web tal-intrapriża)
|
|
(44)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data mill-midja soċjali, inkluż mill-profili tal-midja soċjali tal-intrapriża stess (bħal informazzjoni personali, kummenti, videos, awdjo, stampi)
|
|
(45)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data tal-web (bħal xejriet tal-magni tat-tiftix, data dwar l-iscraping tal-web)
|
|
(46)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data tal-lokazzjoni bl-użu ta’ apparati portabbli jew vetturi (bħal apparati portabbli li jużaw in-networks tat-telefonija mobbli, konnessjonijiet bla fili jew GPS)
|
|
(47)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data minn apparati jew sensuri intelliġenti (bħal komunikazzjonijiet bejn magna u oħra (M2M), sensuri installati fil-makkinarju, sensuri tal-manifattura, metraġġi intelliġenti, tikketti għall-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID))
|
|
(48)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data miftuħa tal-awtoritajiet governattivi (bħal rekords pubbliċi tal-intrapriżi, kundizzjonijiet metereoloġiċi, kundizzjonijiet tipografiċi, data dwar it-trasport, data dwar l-akkomodazzjoni, data dwar il-bini)
|
|
(49)
|
it-twettiq ta’ analitika tad-data fuq data satellitari (bħal immaġnijiet bis-satellita, sinjali tan-navigazzjoni, sinjali tal-pożizzjoni), inkluż data miksuba mill-infrastruttura tal-intrapriża stess jew mingħand servizz ipprovdut esternament (pereżempju Stazzjon tal-Art AWS) u mingħajr data tal-lokazzjoni bl-użu ta’ apparati portabbli jew vetturi li jużaw GPS)
|
|
|
(ix)
|
għall-intrapriżi li jużaw servizzi tal-cloud bi ħlas:
|
|
|
(50)
|
l-użu ta’ email bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(51)
|
l-użu ta’ software tal-uffiċċju (bħal proċessuri tat-testi jew spreadsheets) bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(52)
|
l-użu ta’ softwares tal-finanzi jew tal-kontabbiltà bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(53)
|
l-użu ta’ softwares tal-Ippjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi (ERP) bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(54)
|
l-użu ta’ softwares tal-Ġestjoni tar-Relazzjonijiet mal-Klijenti (CRM) bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(55)
|
l-użu ta’ softwares tas-sigurtà (bħal antivirus, kontrollur tal-aċċess għan-network) bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(56)
|
l-użu ta’ ospitar tal-bażi(jiet) tad-data tal-intrapriża bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(57)
|
l-użu ta’ ħżin tal-fajls bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(58)
|
l-użu tal-potenza komputazzjonali biex jitħaddem is-software tal-intrapriża stess bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
(59)
|
l-użu ta’ pjattaforma komputazzjonali li tipprovdi ambjent ospitat għall-iżvilupp, l-ittestjar jew il-varar ta’ applikazzjoni (bħal moduli tas-software li jistgħu jerġgħu jintużaw, interfaċċi għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet (APIs)) bħala servizz tal-cloud bi ħlas
|
|
|
(x)
|
għall-intrapriżi li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (19) sa (26):
|
|
|
(60)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għall-kummerċjalizzazzjoni jew il-bejgħ (bħal profilar tal-klijenti, ottimizzazzjoni tal-prezzijiet, offerti personalizzati tal-kumerċjalizzazzjoni, analiżi tas-suq abbażi tat-tagħlim awtomatiku, chatbots bl-ipproċessar tal-lingwi naturali li jappoġġaw lill-klijenti, robots awtonomi għall-ipproċessar tal-ordnijiet)
|
|
(61)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għal proċessi tal-produzzjoni jew tas-servizzi (bħall-manutenzjoni predittiva jew ottimizzazzjoni tal-proċessi abbażi tat-tagħlim awtomatiku, għodod li jikklassifikaw il-prodotti jew li jsibu d-difetti fil-prodotti abbażi ta’ viżjoni kompjuterizzata, droni awtonomi għas-sorveljanza tal-produzzjoni, kompiti tas-sigurtà jew tal-ispezzjoni, xogħlijiet ta’ assemblaġġ permezz ta’ robots awtonomi)
|
|
(62)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għall-organizzazzjoni tal-proċessi jew il-ġestjoni tal-amministrazzjoni tan-negozju (bħal assistenti virtwali tan-negozju abbażi tat-tagħlim awtomatiku u/jew bl-ipproċessar tal-lingwi naturali (pereżempju biex ifasslu xi dokumenti), analiżi tad-data jew teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi abbażi tat-tagħlim awtomatiku (pereżempju valutazzjoni tar-riskju, ippjanar jew tbassir tan-negozju abbażi tat-tagħlim awtomatiku, immaniġġjar tar-riżorsi umani abbażi tat-tagħlim awtomatiku jew bl-ipproċessar tal-lingwi naturali (pereżempju skrinjar preselettiv ta’ xi kandidati, profilar tal-impjegati jew l-analiżi tal-prestazzjoni)
|
|
(63)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għal-loġistika (bħal robots awtonomi għal soluzzjonijiet ta’ ġbir u ppakkjar fl-imħażen għall-ġarr, it-traċċar, id-distribuzzjoni jew l-issortjar tal-pakketti, ottimizzazzjoni tar-rotot abbażi tat-tagħlim awtomatiku)
|
|
(64)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għas-sigurtà tal-ICT (bħall-għarfien tal-fattizzi abbażi ta’ viżjoni kompjuterizzata għall-awtentikazzjoni tal-utenti tal-ICT, detezzjoni u prevenzjoni ta’ attakki ċibernetiċi abbażi tat-tagħlim awtomatiku)
|
|
(65)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għall-kontabbiltà, il-kontroll jew il-ġestjoni tal-finanzi (bħat-tagħlim awtomatiku għall-analiżi ta’ data li tgħin fit-teħid tad-deċiżjonijiet finanzjarji, ipproċessar tal-fatturi abbażi tat-tagħlim awtomatiku, kompiti taż-żamma tal-kotba finanzjarji abbażi tat-tagħlim awtomatiku jew bl-ipproċessar tal-lingwi naturali)
|
|
(66)
|
l-użu ta’ software jew sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali għal attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) jew tal-innovazzjoni, ħlief ir-riċerka dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (bħall-analiżi tad-data għat-twettiq tar-riċerka, soluzzjonijiet għall-problemi tar-riċerka, l-iżvilupp ta’ prodott/servizz ġdid jew imtejjeb ġmielu abbażi tat-tagħlim awtomatiku)
|
|
|
Varjabbli fakultattivi
|
|
(i)
|
għall-intrapriżi kollha:
|
|
|
(1)
|
ir-rimi tat-tagħmir tal-ICT (bħal kompjuters, monitors, mowbajls) fil-ġbir/riċiklaġġ tal-iskart elettroniku (inkluż dawk li jingħaddew lill-bejjiegħa biex jarmuhom huma) meta ma jibqax jintuża
|
|
(2)
|
iż-żamma tat-tagħmir tal-ICT (bħal kompjuters, moniters, mowbajls) fl-intrapriża meta ma jibqax jintuża (pereżempju biex jintuża għall-ispare parts, jew minħabba biża’ li tinkixef informazzjoni sensittiva)
|
|
(3)
|
il-bejgħ, ir-ritorn lil intrapriża tal-kiri jew id-donazzjoni ta’ tagħmir tal-ICT (bħal kompjuters, monitors, mowbajls) meta ma jibqax jintuża
|
|
|
(ii)
|
għall-intrapriżi li għamlu bejgħ bl-internet ta’ oġġetti u servizzi fuq is-siti web jew l-apps tal-intrapriża u/jew fuq is-siti web jew l-apps tas-suq tal-kummerċ elettroniku użati minn bosta intrapriżi għall-kummerċ tal-oġġetti jew tas-servizzi, fis-sena kalendarja preċedenti, tip tal-prodott:
|
|
|
(4)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti fiżiċi, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(5)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet ta’ oġġetti jew servizzi diġitali (ikkonsenjati diġitalment) (bħal software jew kontenut diġitali ieħor bħala downloads jew bħala servizz ta’ streaming (eż. liċenzji ta’ software, kotba elettroniċi, gazzetti elettroniċi, apps, korsijiet/webinars online)), fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(6)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet ta’ servizzi mhux ikkonsenjati diġitalment, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(7)
|
il-bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(8)
|
il-bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(9)
|
il-bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(iii)
|
għall-intrapriżi li għamlu bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fi mqar tnejn miż-żoni ġeografiċi li ġejjin: pajjiżhom stess, fi Stati Membri oħra jew fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti:
|
|
|
(10)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fil-pajjiż tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(11)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(12)
|
il-persentaġġ tal-valur tal-bejgħ bl-internet iġġenerat mill-bejgħ bl-internet lil klijenti li jinsabu fil-bqija tad-dinja, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(iv)
|
għall-intrapriżi li għamlu bejgħ bl-internet lejn Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti:
|
|
|
(13)
|
diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: kostijiet għaljin għat-twassil jew ir-ritorn tal-prodotti, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(14)
|
diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: diffikultajiet marbuta mar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u tat-tilwim, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(15)
|
diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: adattament tat-tikkettar tal-prodotti għall-bejgħ lejn Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(16)
|
diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: nuqqas ta’ għarfien ta’ lingwi barranin għall-komunikazzjoni ma’ klijenti fi Stati Membri oħra, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(17)
|
diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: restrizzjonijiet mis-sħab kummerċjali tal-intrapriża għall-bejgħ lejn ċerti Stati Membri, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
(18)
|
diffikultajiet esperjenzati waqt il-bejgħ lejn Stati Membri oħra: diffikultajiet marbuta mas-sistema tal-VAT fi Stati Membri oħra (bħal inċertezza rigward it-trattament tal-VAT f’pajjiżi differenti), fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(v)
|
għall-intrapriżi li jużaw servizzi tal-cloud bi ħlas:
|
|
|
(19)
|
il-kost totali tas-servizzi tal-cloud mixtrija tal-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti
|
|
|
(vi)
|
għall-intrapriżi li jużaw it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (19) sa (26):
|
|
|
(20)
|
is-software u s-sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali ġew żviluppati mill-impjegati nfushom (inkluż dawk impjegati f’intrapriża omm jew affiljata)
|
|
(21)
|
is-software jew is-sistemi kummerċjali tal-Intelliġenza Artifiċjali ġew modifikati mill-impjegati nfushom (inkluż dawk impjegati f’intrapriża omm jew affiljata)
|
|
(22)
|
is-software jew is-sistemi b’sors miftuħ tal-Intelliġenza Artifiċjali ġew modifikati mill-impjegati nfushom (inkluż dawk impjegati f’intrapriża prinċipali jew affiljata)
|
|
(23)
|
inxtraw softwares jew sistemi kummerċjali tal-Intelliġenza Artifiċjali li huma lesti biex jintużaw (inkluż eżempji meta dawn ikunu diġà inkorporati f’oġġett jew sistema mixtrija)
|
|
(24)
|
ġew ikkuntrattati fornituri esterni biex jiżviluppaw jew jimmodifikaw software u sistemi tal-Intelliġenza Artifiċjali
|
|
|
(vii)
|
għall-intrapriżi li m’użawx teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (19) sa (26):
|
|
|
(25)
|
kunsiderazzjoni li jużaw xi teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (19) sa (26)
|
|
|
(viii)
|
għall-intrapriżi li m’użawx teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali iżda li kkunsidraw li jużaw, li jirreferu speċifikament għall-varjabbli obbligatorji (19) sa (26):
|
|
|
(26)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx għax il-kostijiet dehru għaljin wisq
|
|
(27)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba nuqqas ta’ għarfien espert rilevanti fl-intrapriża
|
|
(28)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba inkompatibbiltà ma’ tagħmir, software jew sistemi eżistenti
|
|
(29)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba diffikultajiet bid-disponibbiltà jew il-kwalità tad-data meħtieġa
|
|
(30)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba tħassib dwar ksur tal-protezzjoni tad-data u l-privatezza
|
|
(31)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba nuqqas ta’ ċarezza dwar il-konsegwenzi legali (bħar-responsabbiltà f’każ ta’ dannu kkawżat bl-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali)
|
|
(32)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx minħabba kunsiderazzjonijiet etiċi
|
|
(33)
|
it-teknoloġiji tal-Intelliġenza Artifiċjali ma ntużawx għax mhumiex utli għall-intrapriża
|
|
|
|
|
(ix)
|
għall-intrapriżi li użaw sistemi jew soluzzjonijiet tal-ICT biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija jew inaqqsu l-materjal użat (inkluż dak konsumabbli) jew itejbu l-użu tal-materjal riċiklat:
|
|
|
(34)
|
il-monitoraġġ u l-kwantifikazzjoni tal-impatt tal-użu ta’ sistemi jew soluzzjonijiet tal-ICT fuq il-konsum tal-enerġija u/jew tal-materjal
|
|