|
16.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 128/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Mejju 2007
dwar għajnuna finanzjarja mill-Komunità għas-sena 2007 għal ċerti laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1930)
(Il-verżjonijiet bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bid-Daniż, bil-Franċiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(2007/336/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 28(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali u l-benessri ta’ l-annimali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(7) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 28(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE laboratorji ta’ referenza tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa ta’ l-annimali u ta’ l-annimali ħajjin jistgħu jingħataw għajnuna Komunitarja. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta’ Novembru 2006 li jistipula regoli ddettaljati għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għall-għalf u l-ikel u s-settur tas-saħħa ta’ l-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata jekk il-programmi ta’ ħidma approvati huma mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta’ żmien. |
|
(3) |
B’konformità ma’ l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 r-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità hija stipulata fi ftehim ta’ partenarjat li huwa appoġġjat minn programm ta’ ħidma multi-annwali. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta’ ħidma u l-estimi ta’ baġit korrispondenti ppreżentati mil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità għas-sena 2007. |
|
(5) |
Skond dan, l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tingħata lil-laboratorji ta’ referenza tal-Komunità magħżula sabiex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-Atti li ġejjin:
|
|
(6) |
L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta’ workshops ta’ laboratorji ta’ referenza tal-Komunità wkoll għandhom ikunu konformi mar-regoli ta’ eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006. |
|
(7) |
Skond l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (16), il-qerda tal-mard ta’ l-annimali u l-programmi ta’ kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal raġunijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għad-deni klassiku tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 232 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 18 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi tad-deni klassiku tal-majjali.
Artikolu 2
Għall-marda ta’ Newcastle, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/66/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 77 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 3
Għall-influwenza tat-tajr, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq l-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 92/40/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq eliġibbli imġarrab minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 406 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 4
Għall-marda li ttella’ nfafet żgħar fil-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness III tad-Direttiva 92/119/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 126 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 5
Għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 274 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 6
Għall-mard tal-ħut, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lid-Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness Ċ tad-Direttiva 93/53/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 7
Għall-marda tal-molluski bivalvi, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness B tad-Direttiva 95/70/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan l-istitut għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 90 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 8
Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness I tad-Direttiva 92/35/KEE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 98 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 38 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-marda Afrikana taż-żwiemel.
Artikolu 9
Għall-bluetongue, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2000/75/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 373 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 45 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bluetongue.
Artikolu 10
Għas-seroloġija ta’ l-idrofobija, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lil-laboratorju ta’ l-AFSSA. Nancy, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2000/258/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 200 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 11
Għall-bruċellosi, l-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFSSA - Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 250 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007, li minnha massimu ta’ EUR 35 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta’ workshop tekniku dwar it-teknika ta’ dijanjożi għall-bruċellosi.
Artikolu 12
Għall-marda Afrikana tal-majjali, il-Komunità tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, sabiex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness V tad-Direttiva 2002/60/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 mġarrba minn dan iċ-ċentru ta’ riċerka għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 120 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 13
Għall-valutazzjoni tar-riżultati tal-metodi ta’ ttestjar ta’ annimali għat-tgħammir ta’ razza pura ta’ l-ispeċi bovina, u l-armonizzazzjoni tal-metodi varji ta’ ttestjar, il-Komunità tagħti assistenza finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja, sabiex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri msemmija fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % ta’ l-infiq imġarrab minn dan iċ-ċentru għall-programm ta’ ħidma u għandha tammonta għal massimu ta’ EUR 80 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2007.
Artikolu 14
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
|
— |
Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Hannover, il-Ġermanja; |
|
— |
Central Veterinary Laboratory, Addlestone, ir-Renju Unit; |
|
— |
Pirbright Laboratory, ir-Renju Unit; |
|
— |
Danish National Veterinary Institute, Aarhus, id-Danimarka; |
|
— |
IFREMER, La Tremblade, Franza; |
|
— |
Laboratorio central de veterinaria de Madrid, Algete, Spanja; |
|
— |
Laboratory of the AFSSA, Nancy, Franza; |
|
— |
AFSSA — Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza; |
|
— |
Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja. |
|
— |
INTERBULL Centre, Uppsala, l-Iżvezja. |
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006.
(3) ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.
(4) ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(5) ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(6) ĠU L 167, 22.6.1992, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(7) ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).
(8) ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(9) ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(10) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(11) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(12) ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2003/60/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 23, 28.1.2003, p. 30).
(13) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(14) ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.
(15) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE.
(16) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2007 (ĠU L 95, 5.4.2007, p. 1).