|
10.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 182/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 27/2008
ta' l-14 ta' Marzu 2008
li temenda l-Anness IV (Enerġija) u l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 tas-26 ta' Ottubru 2007 (1). |
|
(2) |
L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 18/2008 ta' l-1 ta' Frar 2008 (2). |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 656/2007 ta' l-14 ta' Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 586/2001 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 li jikkonċerna l-istatistika fit-terminu l-qasir rigward id-definizzjoni ta' Raggruppamenti Industrijali Prinċipali (MIGs) (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/394/KE tas-7 ta' Ġunju 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE li tikkonċerna l-proċedura Komunitarja biex tittejjeb it-trasparenza ta' prezzijiet tal-gass u ta' l-elettriku imposti fuq konsumaturi industrijali (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. |
|
(5) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/108/KE ta' l-20 ta' Novembru 2006 li tadatta d-Direttivi 90/377/KEE u 2001/77/KE fil-qasam ta' l-enerġija, minħabba l-adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija (5), li ġiet inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2007 (6), għandha tinżied fl-Anness XXI tal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 7 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE) ta' l-Anness IV għall-Ftehim:
|
“— |
32007 D 0394: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/394/KE tas-7 ta' Ġunju 2007 (ĠU L 148, 9.6.2007, p. 11).” |
Artikolu 2
L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:
|
1) |
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 2a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 586/2001): “, kif emendat b'li ġej:
|
|
2) |
L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjudin fil-punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/377/KEE):
|
Artikolu 3
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 656/2007 u d-Deċiżjoni 2007/394/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-15 ta' Marzu 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Marzu 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(2) ĠU L 154, 12.6.2008, p. 36.
(3) ĠU L 155, 15.6.2007, p. 3.
(4) ĠU L 148, 9.6.2007, p. 11.
(5) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 414.
(6) ĠU L 100, 10.4.2008, p. 1.
(*1) Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.