|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3336 |
16.6.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12016 — 3G CAPITAL / SKECHERS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/3336)
1.
Fl-4 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
3G Capital Partners, LP (“3G Capital”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Skechers USA, Inc. (“Skechers”, l-Istati Uniti). |
3G Capital se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Skechers.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
3G Capital hija ditta ta’ investiment globali bis-sede prinċipali tagħha fi New York, l-Istati Uniti, li tispeċjalizza fil-ħolqien tal-valur fit-tul permezz ta’ investimenti strateġiċi u titjib operazzjonali. Hija għandha investimenti f’diversi industriji, inklużi prodotti għall-konsumatur, bejgħ bl-imnut, kif ukoll ikel u xorb, |
|
— |
Skechers hija kumpanija globali taż-żraben li tiddisinja, tiżviluppa u tikkummerċjalizza firxa diversa ta’ żraben għall-istil ta’ ħajja u għall-prestazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12016 — 3G CAPITAL / SKECHERS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3336/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)