Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Jannar 2010 (Każ R 601/2009‑4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Complete bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-20 ta’ Jannar 2010 (Każ R 601/2009‑4) hija annullata.
2) L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Paul Hartmann AG, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn din tal-aħħar għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.