31997R1713



Official Journal L 242 , 04/09/1997 P. 0001 - 0009


Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 1713/97

tat-3 ta' Settembru 1997

li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użati għall-iskopijiet ta' l-iskema għall-preferenzi ġeneralizzati biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni speċjali fil-Laos fir-rigward ta' ċerti esportazzjonijiet ta' tessuti lejn il-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 249 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummisjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1427/97 [4], li jippreskrivi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru No 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità, u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Billi, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3281/94 tad-19 ta' Diċembru 1994 li japplika skema ta' erba’ snin ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati (1995 sa 1998) fir-rigward ta' ċerti prodotti industrijali li joriġinaw f'pajjiżi li qed jiżviluppaw [5], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 998/97 [6] il-Komunità tat preferenzi bħal dawn lill-Laos;

Billi l-Artikoli 67 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw li għandha tintuża għall-iskopijiet ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati; billi l-Artikolu 76 tar-Regolament jipprovdi ma’ dana kollu, għall-deroga minn dawk id-dispożizzjonijiet favur il-pajjiżi benefiċjarji l-anqas żviluppati tal-GSP li jissottomettu talba xierqa għal dak il-għan lill-Komunità;

Billi l-Gvern ta' Laos għamel applikazzjoni għall-deroga bħal dik fir-rigward ta' ċerti prodotti tat-tessuti; billi fuq talba mill-Komunità il-Laos ipprovda l-informazzjoni ekonomika addizzjonali mitluba;

Billi t-talba sottomessa minn Laos tissodisfa l-ħtiġiet ta' l-Artikolu 76; billi b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' kondizzjonijiet kwantitattivi (fuq bażi annwali) li jirriflettu l-kapaċità tas-suq tal-Komunità li jassorbu prodotti minn Laos, il-kapaċità ta' l-esportazzjoni minn Laos u x-xejriet attwali rreġistrat huma tali li ma jħallux li ssir ħsara għat-taqsimiet korrispondenti fl-industrija tal-Komunità;

Billi sabiex tkun inkorraġġita l-kooperazzjoni reġjonali fost pajjiżi benefiċjarji huwa mixtieq li jkun hemm dispożizzjoni li l-materja prima li għandha tintuża fil-Laos fil-kuntest ta' din id-deroga għandha toriġina f'pajjiżi li għandhom x'jaqsmu ma’ l-Għadqa tal-Pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Asja (Asean) (bl-eċċezzjoni ta' Myanmar), l-Għaqda ta' Kooperazzjoni Reġjonali tax-Xlokk ta' l-Asja (SAARC) jew il-Konvenzjoni ta' Lomé;

Billi kull talba biex tiġi estiża l-applikazzjoni tad-deroga ’l hinn mill-kwantitajiet li hemm dispożizzjoni dwarhom għandha tkun meqjusa b'konsultazzjoni ma' l-awtoritajiet ta' Laos;

Billi d-deroga ma tistax fi kwalunke każ tkun applikabbli għal aktar mill-31 ta' Diċembru 1998, meta l-iskema kurrenti ta' preferenzi ta' tariffi ġeneralizzati għall-prodotti industrijali tkun skadiet;

Billi l-miżuri li li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali (Sezzjoni ta' l-Oriġini),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Bħala deroga mill-Artikoli 67 et seq. tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, prodotti elenkati fl-anness li jinsab ma’ dan ir-Regolament li huma manifatturati fil-Laos minn drapp minsuġ (oġġetti minsuġa) jew ħjut (oġġetti nnittjati) importati f'dak il-pajjiż u li joriġinaw minn pajjiż li jappartjeni għall-Għaqda tal-Pajjiżi tax-Xlokk ta' l-Asja (Asean) (bl-eċċezzjoni ta' Myanmar), L-Għaqda ta' Kooperazzjoni Reġjonali tax-Xlokk ta' l-Asja (SAARC) jew tal-Konvenzjoni Lomé għandhom ikunu meqjusa bħala li joriġinaw minn Laos skond l-arranġamenti mniżżla hawn taħt.

2. Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1, prodotti għandhom ikunu meqjusa bħala li joriġinaw fl-Asean jew fil-SAARC meta dawn ikunu akkwistati f'dawk il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini li hemm dispożizzjoni dwarhom fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93, jew bħala li joriġinaw minn pajjiżi benefiċjarji tal-Konvenzjoni Lomé meta jkunu akkwistati f’ dawn il-pajjiżi skond ir-regoli ta' l-oriġini li hemm dispożizzjoni dwarhom fil-Protokoll Nru 1 tar-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE [7].

3. L-awtoritajiet kompetenti ta' Laos għandhom jintrabtu li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2.

Artikolu 2

Id-deroga li hemm dispożizzjoni dwarha fl-Artikolu1 għandha tkun applikabbli għall-prodotti, importati fil-Komunità minn Laos matul il-perjodu ta' bejn l-1 ta' Awissu 1997 sal-31 ta' Diċembru 1998, sal-kwantitajiet annwali elenkati fl-Anness biswit kull prodott.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2 għandhom ikunu amministrati mill-Kummissjoni, li tista’ tieħu kull miżura amministrattiva xierqa biex tassigura li dawn ikunu amministratti b'effiċjenza.

Meta importatur jippresenta dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa fi Stat Membru, li japplika biex jieħu vantaġġ mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u d-dikjarazzjoni tkun aċċettata mill-awtoritajiet doganali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u jieħu ammont korrispondenti mal-ħtiġiet tiegħu.

Talba għal irtirar, li tindika d-data li fiha l-applikazzjoni tkun ġiet aċċettata, għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

L-irtirar għandu jingħata mill-Kummissjoni b'referenza għad-data li fiha l-awtoritajiet doganali ta' l-Istat Membru konċernat ikunu aċċettaw id-dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni ħielsa, sal-limitu li l-bilanċ disponibbili hekk ikun jippermetti.

Jekk Stat Membru ma jagħmilx użu mill-ammont irtirat hu għandu malajr kemm jista’ jkun jibgħat lura l-kwantità korrespondenti.

Jekk l-ammonti mitluba jkunu akbar mill-bilanċ disponibbli tal-kwantità in kwistjoni, il-bilanċ għandu jkun allokat pro rata fost l-applikanti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-irtirar magħmul.

Kull Stat Membru għandu jassigura li importaturi tal-prodotti in kwistjoni jkollhom aċċess ugwali u kontinwu għall-kwantitajiet sakemm il-bilanċ tal-kwantitajiet relevanti hekk jippermetti.

Artikolu 4

Meta l-irtirar taħt l-Artikolu 3 jlaħħaq għal 80 % tal-kwantitajiet murija fl-Anness, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni ma’ l-awtoritajiet ta' Laos, għandha tikkunsidra jekk ikunx meħtieġ li testendi l-applikazzjoni tad-deroga 'l hinn minn dawk il-kwantitajiet..

Artikolu 5

Dan li ġej għandu jinkiteb f'kaxxa numru 4 taċ-ċertifikat oriġinali Formola A maħruġ taħt dan ir-Regolament:

"Deroga - Regolament (KE) Nru 1713/97"

Artikolu 6

Fil-każ ta' dubju, l-Istati Membri jistgħu jitolbu kopja tad-dokument li jiċċertifika l-oriġini tal-materjali wżati fil-Laos taħt din id-deroga. Talba bħal din tista ssir filwaqt tad-dħul f'ċirkolazzjoni ħielsa ta' l-oġġetti li jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jew fil-qafas tal-kooperazzjoni amministrattiva li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jkun applikabbli mill-1 ta'Awissu 1997.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Settembru 1997.

Għall-Kummissjoni

Mario Monti

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1.

[2] ĠU L 17, tal-21.1.1997, p. 1.

[3] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[4] ĠU L 196, ta' l-24.7.1997, p. 31.

[5] ĠU L 348, tal-31.12.1994, p. 1.

[6] ĠU L 144, ta' l-4.6.1997, p. 13.

[7] ĠU L 229, tas-17.8.1991, p. 1.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Numru ta' l-ordni | Kategorija tat-tessuti | Nomenklatura Magħquda | Deskrizzjoni ta' l-oġġeti | Kwantità (1.1-31.12) |

09.8001 | 4 | 610510006105201061052090610590106109100061099010610990306110201061103010 | Qomos, T-shirts, flokkijiet ħfief, innittjati fin roll-, polo-, jew turtle-necked u pullovers (barra minn tas-suf jew ta' suf fin ta'l-annimali), flokkijiet ta' taħt u simili, innittjati jew bil-kroxè | 2130748 biċċa |

09.8002 | 5 | 6101109061012090610130906102109061022090610230906110101061101031611010356110103861101091611010956110109861102091611020996110309161103099 | Jerseys, pullovers, slip-overs, sdieri, twinsets, cardigans, ġgieget ta' bil-lejl u jumpers barra minn ġkieket u blazers), anoraks, windcheaters, waister jackets u oġġetti simili, innittjati jew maħduma bil-kroxè | 1094326 biċċa |

09.8003 | 6 | 6203411062034190620342316203423362034235620342906203431962034390620349196203495062046110620462316204623362046239620463186204691862113242621133426211424262114342 | Qliezet qosra minsuġa ta' l-irġiel jew tas-subien, shorts, minbarra malji ta' l-għawm u qliezet (inklużi qliezet twal tan-nisa), qliezet tan-misa jew tal-bniet u qliezet twal, tas-suf, tat-tajjar, jew ta' fibri magħmula mill-bniedem; il-partijiet ta' isfel ta' tracksuits bl-inforra, barra mill-kategorija 16 jew 29, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 2594821 biċċa |

09.8004 | 7 | 610610006106200061069010620620006206300062064000 | Blouses tan-nisa jew tal-bniet, qomos u qomos-blouses, sew jekk innittjati jew maħduma bil-kroxe jew le, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 199378 biċċa |

09.8005 | 8 | 620510006205200062053000 | Qomos ta'l-irġiel jew tas-subien, barra minn innittjati jew bil-kroxe, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 254998 biċċa |

09.8006 | 10 | 611110106111201061113010ex61119000611610206116108061169100611692006116930061169900 | Ingwanti, ingwanti li jgħattu erbat iswaba u ingwanti kbar, innittjati jew maħduma bil-kroxè | 1100 biċċa |

09.8007 | 12 | 6115120061151910611519906115201161152090611591006115920061159310611593306115939961159900 | Panty-hose u tajts, kalzetti, kalzetti ta' taħt, kalzetti qosra, kalzetti sa' l-għaksa, sockettes u simili, innittjati jew maħduma bil-kroxè, ħlief għat-trabi, inklużi kalzetti għall-vini varikużi, barra minn prodotti ta' kategorija 70 | 1100 biċċa |

09.8008 | 13 | 610711006107120061071900610821006108220061082900 | Qliezet ta' taħt ta' l-irġiel jew tas-subien u briefs, qliezet ta' taħt tan-nisa jew bniet u briefs, innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 10208 biċċa |

09.8009 | 14 | 62011100ex62011210ex62011290ex62011310ex6201139062102000 | Kowtijiet minsuġa ta'l-irġiel jew tas-subien, raincoats u kowtijiet oħra, mantari u kapep, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem (barra minn parkas ta' kategorija 21) | 40853 biċċa |

09.8010 | 15 | 62021100ex62021210ex62021290ex62021310ex620213906204310062043290620433906204391962103000 | Kowtijiet minsuġa tan-nisa jew tal-bniet, raincoats u kowtijiet oħra, ġkieket u blazers, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem (barra minn parkas ta' kategorija 21) | 48091 biċċa |

09.8011 | 16 | 62031100620312006203191062031930620321006203228062032380620329186211323162113331 | Ilbiesi u settijiet ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem, esklużi lbiesi ta' l-iskiing, tracksuits ta' l-irġiel jew tas-subien infurrati, b'qoxra fuq barra jew ta' materjal wieħed identiku, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 85532 biċċa |

09.8012 | 17 | 62033100620332906203339062033919 | Ġkieket u blazers ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 18998 biċċa |

09.8013 | 18 | 620711006207190062072100620722006207290062079110620791906207920062079900 | Flokkijiet ta' taħt ta' l-irġiel jew tas-subien, u flokkijiet oħra, qliezet ta' taħt, briefs, qomos ta' bil-lejl, piġami, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè | 4,4 tunnellati metriċi |

620811006208191062081990620821006208220062082900620891116208911962089190620892106208929062089900 | Flokkijiet ta' taħt tan-nisa jew tal-bniet, u flokkijiet oħra, slips, dbielet ta' taħt, briefs, qliezet ta' taħt, ilbiesi ta' bil-lejl, piġami, negligés, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè |

09.8014 | 21 | ex62011210ex62011290ex62011310ex62011390620191006201920062019300ex62021210ex62021290ex62021310ex6202139062029100620292006202930062113241621133416211424162114341 | Parkas; anoraks, windcheaters, waister jackets u oġġetti simili, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar, jew ta' fibri magħmula mill-bniedem; il-partijiet ta' fuq ta' tracksuits bl-inforra, barra mill-kategorija 16 jew 29, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 815296 biċċa |

09.8015 | 24 | 610721006107220061072900610791106107919061079200ex61079900 | Qomos ta' bil-lejl ta' l-irġiel jew tas-subien, piġami, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè | 53730 biċċiet |

61083110610831906108321161083219610832906108390061089110610891906108920061089910 | Ilbiesi ta' bil-lejl, piġami, negliges, bathrobes, dressing gowns u oġġetti simili, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè |

09.8016 | 26 | 6104410061044200610443006104440062044100620442006204430062044400 | Ilbiesi tan-nisa jew tal-bniet, tas-suf, tat-tajjar, jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 42919 biċċa |

09.8017 | 27 | 6104510061045200610453006104590062045100620452006204530062045910 | Dbielet tan-nisa jew tal-bniet, inklużi dbielet maqsuma | 22542 biċċa |

09.8018 | 28 | 61034110610341906103421061034290610343106103439061034910610349916104611061046190610462106104629061046310610463906104691061046991 | Qliezet, bib-and-brace overalls, qliezet qosra u shorts (barra minn ilbies ta' l-għawm), innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 313247 biċċa |

09.8019 | 29 | 62041100620412006204130062041910620421006204228062042380620429186211423162114331 | Ilbiesi u settijiet tan-nisa jew tal-bniet, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè,, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem, esklużi lbiesi ta' l-iskiing, tracksuits tan-nisa jew tal-bniet infurrati, b'qoxra fuq barra jew ta' materjal wieħed identiku, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 17794 biċċa |

09.8020 | 31 | 62121000 | Riċipetti, minsuġa, innittjati jew maħduma bil-kroxè | 1100 biċċa |

09.8021 | 68 | 611110906111209061113090ex61119000ex62091000ex62092000ex62093000ex62099000 | Ilbiesi tat-trabi u aċċessorji tal-ħwejjeġ, esklużi ingwanti tat-trabi, ingwanti li jgħattu erbat iswaba u ingwanti kbar tal-kategoriji 10 u 87, u kalzetti tat-trabi, kalzetti qosra u sockettes, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè tal-kategorija 88 | 44 tunnellata metrika |

09.8022 | 69 | 61081110610811906108191061081990 | Slips u dbielet ta' taħt tan-nisa u l-bniet, innittjati jew maħduma bil-kroxè | 1100 biċċa |

09.8023 | 72 | 61123110611231906112391061123990611241106112419061124910611249906211110062111200 | Ilbies għall-għawm, tas-suf, tat-tajjar, jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 8620 biċċa |

09.8024 | 73 | 611211006112120061121900 | Tracksuits, ta' materjal innittjat jew maħdum bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 67810 biċċa |

09.8025 | 74 | 610411006104120061041300ex61041900610421006104220061042300ex61042900 | Ilbiesi u settijiet tan-nisa jew tal-bniet, innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem, esklużi lbiesi ta' l-iskiing, | 11366 biċċa |

09.8026 | 75 | 61031100610312006103190061032100610322006103230061032900 | Ilbiesi u settijiet ta' l-irġiel u s-subien, innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem, esklużi lbiesi ta' l-iskiing | 1100 biċċa |

09.8027 | 76 | 620322106203231062032911620332106203331062033911620342116203425162034311620343316203491162034931 | Ilbies industrijali jew tax-xogħol ta' l-irġiel jew tas-subien, barra minn innittjat jew maħdum bil-kroxè | 6.6 tunnellati metriċi |

62042210620423106204291162043210620433106204391162046211620462516204631162046331620469116204693162113210621133106211421062114310 | Fradal u smock-overalls u lbies ieħor industrijali jew tax-xogħol tan-nisa jew tal-bniet, barra minn innittjat jew maħdum bil-kroxè |

09.8028 | 78 | 6203413062034259620343396203493962046180620461906204625962046290620463396204639062046939620469506210400062105000621131006211329062113390621141006211429062114390 | Ilbies, barra minn innittjat jew maħdum bil-kroxè, eskluż ilbies tal-kategoriji 6, 7, 8, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 26, 27, 29, 68, 72, 76 u 77 | 111,1 tunnellati metriċi |

09.8029 | 83 | 610110106101201061013010610210106102201061023010610331006103320061033300ex61033900610431006104320061043300ex610439006112200061130090611410006114200061143000 | Kowtijiet, ġkieket, blazers u ħwejjeġ oħra, inklużi lbiesi ta' l-iskiing, innittajati jew bil-kroxè, esklużi ħwejjeġ tal-kategoriji 4, 5, 7, 13, 24, 26, 27, 28, 68, 69, 72, 73, 74 u 75 | 7.7 tunnellati metriċi |

09,8030 | 84 | 62142000621430006214400062149010 | Xalpi, xallijiet, mufflers, mantari, velijiet u oġġetti simili, barra minn innittjati jew maħduma bil-kroxè, tas-suf, tat-tajjar jew ta' fibri magħmula mill-bniedem | 1,1 tunnellata metrika |

09.8031 | 86 | 621220006212300062129000 | Kriepet, cintorini tal-kriepet, suspender-belts, ċingi, suspenders takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom sew jekk innittjati jew maħduma bil-kroxè jew le | 1100 biċċa |

09.8032 | 156 | 61069030ex61109090 | Blouses jew pullovers tan-nisa jew bniet, innittjati jew maħduma bil-kroxè tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir | 1,1 tunnellata metrika |

09.8033 | 157 | 61019010610190906102901061029090ex6103390061034999ex61041900ex61042900ex610439006104490061046999610590906106905061069090ex61079900610899906109909061109010ex61109090ex6111900061149000 | Ħwejjeġ innittjati jew maħduma bil-kroxè, barra minn dawk tal-kategoriji 1 sa 123 u tal-kategorija 156 | 1,1 tunnellata metrika |

09.8034 | 159 | 6204491062061000 | Ilbiesi, blouses u blouses qomos, mux innittjati jew maħduma bil-kroxè, tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir | 1,1 tunnellata metrika |

62141000 | Xalpi, xallijiet, mufflers, mantari, velijiet u oġġetti simili, mhux innittjati jew maħduma bil-kroxè, tal-ħarir jew skart tal-ħarir |

62151000 | Ingravati, ċfuf u kravatti, tal-ħarir jew ta' skart tal-ħarir |

09.8035 | 161 | 620119006201990062021900620299006203199062032990620339906203499062041990620429906204399062044990620459906204699062059010620590906206901062069090ex621120006211390062114900 | Ħwejjeġ, mhux innittjati jew maħduma bil-kroxè, barra minn dawk tal-kategoriji 1 sa 123 u tal-kategorija 159 | 1,1 tunnellata metrika |

--------------------------------------------------