Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 taʼ Marzu 2012 — Fidelio vs UASI

(Kawża C-87/11 P)

“Appell — Artikolu 119 tar-Regoli tal-Proċedura — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(ċ) — Trade mark verbali Hallux — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġuni assoluta għal rifjut — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(ċ) u 73) (ara l-punt 43)

2.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ taʼ żnaturament (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 59)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla), tas-16 ta’ Diċembru 2010 — Fidelio vs UASI (T‑286/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Hallux bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti li jaqgħu taħt il-klassijiet 10 u 25 (prodotti ortopediċi u żraben) — Karattru distintiv ta’ sinjal verbali li jfisser “saba’ l-kbir tas-sieq” bil-Latin.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Fidelio KG hija kkundannata għall-ispejjeż.