Proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon /* KUMM/2010/0146 finali - NLE 2010/0081 */
[pic] | IL-KUMMISSJONI EWROPEA | Brussel 14.4.2010 KUMM(2010)146 finali 2010/0081 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Abbażi tal-mandat mogħti lill-Kummissjoni mill-Kunsill, fis-26 ta’ Settembru 2009, il-Komunità u l-Gżejjer Solomon innegozjaw u inizjalaw Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi opportunitajiet ta' sajd lis-sajjieda tal-UE fiż-żona tas-sajd tal-Gżejjer Solomon għall-perjodu bejn id-9 ta' Ottubru 2009 u t-8 ta' Ottubru 2012.. Dan il-Ftehim ta' Sħubija tressaq quddiem il-Kunsill għall-approvazzjoni. F'konformità mat-Trattat, il-metodu għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri wkoll għandu jiġi ddefinit. Il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill jadotta dan ir-Regolament. 2010/0081 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru .../... ta’ […] dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea, Billi: 1. Fis-26 ta' Setetembru 2009 ġie inizjalat Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, li ntbagħat għall-approvazzjoni mill-Kunsill. 2. Għandu jiġi definit il-mod li bih jitqassmu l-opportunitajiet ta’ sajd bejn l-Istati Membri. ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-opportunitajiet ta' sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej: - Sajd għat-tonn bit-tartaruni mgħammra bi friżer: | Spanja: Franza: | 75 % tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli 25 % tal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli | 2. Jekk it-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn dawn l-Istati Membri kif jissemma fil-paragrafu 1 ma jeżawrixxux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra t-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kull Stat Membru ieħor. 3. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u tal-Protokoll, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità[1]. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.