Official Journal L 238 , 22/09/2000 P. 0015 - 0023
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1995/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b'mod definittiv id-dazji proviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u nitrati ta' l-ammonja li joriġinaw mill-Alġerija, il-Belarus, il-Lituwanja, ir-Russja u l-Ukrajna, u li jtemmu l-proċedura kontra d-dumping fir-rigward ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra d-dumping ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Wara li kkunsidrat l-proposta tal-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. MIŻURI PROVIŻORJI (1) Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 617/2000 [2] ("ir-regolament proviżorju") imponiet dazju kontra-d-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u nitrati ta' l-ammonja (UAN) li jaqgħu ta9ħt il-Kodiċi NM 31028000 u li joriġinaw mill-Alġerija, il-Belarus, il-Lituwanja, ir-Russja u l-Ukrajna u aċċettat, fuq bażi proviżorja, garanzija offruta minn produttur esportatur mill-Alġerija. (2) Fl-istess Regolament, ġie konkluż b'mod proviżorju li l-ebda dazju kontra d-dumping ma għandu jiġi impost fuq l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat li joriġina mir-Repubblika Slovakka, li jkun ukoll suġġett għall-istess investigazzjonijiet, billi dawn l-importazzjonijiet ma nstabux li kkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità. B. PROĊEDURA TA' WARA (3) Wara l-ammissjoni tal-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali fuq liema bażi ġie deċiż li jiġu imposti miżuri proviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet tal-UAN li joriġinaw mill-Alġerija, il-Belarus, il-Lituwanja, ir-Russja u l-Ukrajna ("l-ammissjoni"), bosta partijiet interessati għamlu l-kummenti tagħhom bil-miktub. Il-partijiet li talbu hekk ġew mogħtija ukoll l-opportunità li jinstemgħu bil-kliem. (4) Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika kull informazzjoni li hija meqjusa neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha. (5) Il-partijiet kollha ġew informati dwar il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzali fuq liema bażi kien maħsub li jiġi rakkomandata l-imposizzjoni ta' dazji definittivi kontra l-dumping u l-ġbir b'mod definittiv ta' l-ammonti garantiti permezz ta' dazji proviżorji. Huma ġew mogħtija wkoll perjodu li fih huma setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan il-kxif. (6) Il-kummenti orali u miktuba magħmula mill-partijiet ġew kkunsidrati, u, fejn approprjat, l-iskoperti proviżorji ġew modifikati skon hekk. C. PRODOTT KKONĊERNAT U PRODOTT BĦALU (7) Kif imsemmi fil-premessa 8 tar-Regolament proviżorju, il-prodott kkonċernat huwa soluzzjoni tal-UAN, fertilizzant magħmul minn nitroġenu likwidu użat fl-agrikoltura. Ikun x'ikun il-kontenut tan-nitroġenu tagħhom, kull soluzzjoni ta' l-UAN hija kkunsidrata li għandha l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u għalhekk tikkostitwixxi prodott wieħed għall-iskop ta' din l-investigazzjoni. (8) Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq u billi ma kienx hemm argumenti ġodda magħmula mill-partijiet kkonċernati dwar is-sejbiet proviżorji tal-Kummissjoni dwar il-prodott konċernat u l-konsiderazzjonijiet magħmula fuq prodott simili, il-fatti u s-sejbiet kif speċifikat fil-premessi 8 u 9 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. D. DUMPING 1. L-Alġerija (a) Valur normali (9) Il-produttur esportatur li qed jikkopera ddikjara li l-ispiża tal-produzzjoni tiegħu kienet ġiet kkalkolata ħażin għaliex il-Kummissjoni ma kienetx ikkunsidratx il-fatt li d-dazju fuq l-importazzjoni tħallas fuq materja prima użata fil-manifattura tal-prodott kkonċernat għall-esportazzjoni. Dan iddikjara wkoll li l-Kummissjoni stabbiliet b'mod żbaljat l-ispejjeż tat-trasport mill-fabbrika sal-port. (10) Iż-żewġ dikjarazzjonijiet ġew eżaminati. Sa fejn id-dazju fuq l-importazzjoni huwa kkonċernat, il-dikjarazzjoni nstabet li hija korretta. Il-valur normali li kien irriulta ġie għalhekk kalkolat mill-ġdid sabiex jiġi kkunsidrat dan l-element. Fir-rigward ta' l-spejjeż tat-trasport, il-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata, billi l-ebda informazzjoni li tappoġġaha dan ma ġiet provduta. Il-bqija tas-sejbiet dwar il-valur normali, kif speċifikati fil-premessi 11 u 12 tar-Regolament proviżorju, huma konfermati. (b) Prezz ta' l-esportazzjoni, paragun (11) Fin-nuqqas ta' kummenti taħt dawn l-intestaturi, l-iskoperti proviżorji, kif speċifikati fil-premessi 13 u 14 tar-Regolament proviżorju, huma konfermati. (ċ) Marġini tad-dumping (12) Fin-nuqqas ta' xi kummenti dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolazzjoni tal-marġini tad-dumping, il-metodoloġija kif deskritta fil-premessa 15 tar-Regolament proviżorju hija konfermata. Fuq din il-bażi, il-marġini definittiv tad-dumping għall-produttur esportatur li jikkopera, mogħti bħala perċentaġġ tal-prezz cif fil-fruntiera tal-Komunità, issa huwa 9,7 %. Billi l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott kkonċernat mill-Alġerija lejn il-Komunità saret minn produttur esportatur wieħed magħruf, il-marġini tad-dumping li jifdal ġie mwaqqaf fl-istess livell. 2. il-Lituwanja (a) Valur normali (13) Il-produttur mill-Lituwanja oġġezzjona għas-sejbiet proviżorji tal-Kummissjoni, iddikajra li l-valur normali tiegħu, li ġie stabbilit fin-nuqqas ta' bejgħ domestiku tal-prodott kkonċernat, kien għoli wisq u irriżulta f'marġini ta' dumping eċċessiv (7,6 %). B'mod partikolari, dan iddikjara li l-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (SG & A) kienu eżaġerati u li dawn l-istess spejjeż ittieħdu minn sett ta' kontabilità differenti (il-kontabilità verifikati tal-1998) minn dawk użati għall-kalkolazzjoni ta' l-ispiża tal-manifattura (il-kontabilità amministrattivi interni li jkopru l-perjodu li qed jiġi investigat, minn Ġunju tal-1998 sa Mejju tal-1999), b'hekk ir-riżultati m' kienux realistiċi. (14) Billi ma nstabx li kien hemm bejgħ domestiku tal-prodott kkonċernat, l-ammonti ta' l-ispejjeż tal-SG & A kellhom jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "ir-Regolament Bażiku"). Billi ma kienx hemm produtturi oħra mill-Lituwanja li setgħu li l-ammonti tal-SG & A tagħhom setgħu jintużaw, l-ammonti tal-SG & A ta' produttur Litwan uniku ġew stabbiliti "għall-istess kategorija ġenerali ta' prodotti għall-esportatur jew produttur in kwestjoni fis-suq domestiku tal-kumpannija ta' l-oriġini". F'dan ir-rigward, għandu jingħad li oriġinarjament il-kumpannija ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-SG & A tagħha fit-tweġiba għall-kwestjonarju. Fil-fatt, din l-informazzjoni kienet mogħtija wara ittra ta' nuqqas mingħand il-Kummissjoni iżda meta ntbagħtet din ma kienetx biss żbaljata, iżda mhux kompluta minħabba l-fatt li l-ispejjeż finanzjarji tħallew barra. Għalhekk ġie meqjus xieraq li jsir użu minn sors fdat ta' informazzjoni (il-kontabilità verifikati tal-1998) għall-iskop tad-determinazzjoni proviżorja. (15) Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, l-ispejjeż tal-SG & A kienu kkalkolati mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-istess kontabilità amministrattivi interni li ntużaw għall-iskoperti proviżorji sabiex tiġi stabbilita l-ispiża tal-manifattura tal-prodott kkonċernat. Il-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki dwar il-figuri tal-kumpannija u rrevediet kull informazzjoni li kienet kisbet mill-bidu ta' l-investigazzjoni. Din ikkonkludiet li l-figuri kienu jagħtu bażi ta' min joqgħod fuqha tant li setgħet tintuża. Bħala riżultat tal-kalkolazzjoni mill-ġdid ta' l-ispejjeż tal-SG & A, il-valur normali kien aġġustat ‘l isfel. (16) Wara l-l-isvelar ta' l-iskoperti definittivi, il-prodottur Litwan qajjem aktar oġġezzjonijiet. F'termini ġenerali, il-kumpannija ddikjarat li l-metodoloġija riveduta wasslet għall-numru ta' inkonsistenzi dovuti għall-fatt li l-kontabilità li ntużaw sabiex jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-SG & A kienu bin-nieqes u mhux preċiżi. Rigward dan il-kumment ġenerali, wieħed għandu jenfasizza li dawn kienu l-istess kontabilità li ġew użati sabiex tiġi stabbilita l-ispiża tal-manifattura, u ma kienux ikkontestati mill-kumpannija fl-istadju proviżorju – tabilħaqq, il-kumpannija argumentat b'saħħa li dawn il-kontabilità għandhom jintużaw ukoll sabiex jiġu stabbiliti l-ispejjeż tal-SG & A. Il-kumpannija imbagħad għamlet numru ta' dikjarazzjonjiet speċifiċi. L-ewwel nett, iddikjarat li l-kontabilità ta' ġestjoni interni li jkopru l-perjodu ta' l-investigazzjoni juru ammont anqas mit-total tagħha kif ukoll il-fatturat tagħha. Din il-dikjarazzjoni ġiet rifjutatat minħabba li l-kumpannija kellha opportunità biżżejjed sa mill-bidu ta' l-investigazzjoni sabiex tagħti l-istampa kompluta u preċiża tas-sitwazzjoni tagħha. Din qatt ma semmiet xejn dwar il-possibilità li l-figuri li pprovdiet setgħu ma kienux preċiżi sakemm iddeċidiet li tikkuntesta l-iskoperti definittivi u anke wara dan ma pprovdietx spjegazzjoni dwar id-diskrepanzi fil-fatturat. It-tieni nett, il-kumpannija argumentat li l-ispejjeż tal-SG & A għall-esportazzjonijiet tagħha kienu mnaqqsa fil-kontabilità amministrattivi minħabba li dawn ta' l-aħħar ma inkludewx l-ispejjeż tal-SG & A għall-esportazzjonijiet fis-swieq barra mill-Komunità; għalhekk, il-Kummissjoni kellha tnaqqas l-ammont akbar mit-total tagħha ta' l-ispejjeż tal-SG & A sabiex tasal għall-ammont korrett tal-SG & A domestiku. Dan il-argument ġie rifjutat għaliex l-ispejjeż kkontestati jirrapreżentaw proporzjon ferm għoli tad-dħul mill-bejgħ ta' prodotti esportati f'dawn is-swieq l-oħra, meta mqabbla ma' l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, u minħabba li din l-inkonsistenza qatt ma ssemmiet qabel fil-proċedura u li ma ngħatatx spjegazzjoni għaliex dawn l-ispejjeż ma' kienux ġew inklużi fil-kontabilità amministrattivi. It-tielet nett, il-kumpannija argumentat li I xi spejjeż finanzjarji ma kienux attribwibbli għall-produzzjoni ta' l-UAN billi parti kbira tal-kummerċ tagħha jikkonsisti f'attivitajiet ta' propjetà. Hawnhekk għandu jiġi emfasizzat li l-produzzjoni ta' fertilizzanti tammonta għall-biċċa l-kbira tal-kummerċ tal-kumpannija u, barra minn hekk, il-kumpannija naqset li tinkludi data fuq l-ispejjeż finanzjarji fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, billi argumentat li l-ebda minn dawn l-ispejjeż ma huwa attribwibbli għall-UAN. Huwa meqjus li l-ispejjeż kollha li mhumiex attribwiti direttament ma' prodott partikolari għandhom xorta waħda jiġu attribwiti u li, fin-nuqqas ta' approċċ aktar raġonevoli, il-valur tal-bejgħ huwa bażi xierqa għall-allokazzjoni ta' dawn l-ispejjeż. Dan l-argument ġie għalhekk rifjutat, ħlief fir-rigward ta' "spejjeż għas-senserija finanzjarja", li nstabu li ma kienx hemm bżonn li jiġu kkunsidrati billi dawn ma kienux se jħallu impatt fuq is-sejbiet definittivi. Ir-raba', ġie argumentat li l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (G & A) kellhom jiġu inklużi biss jekk kienu relatati ma' l-attivitajiet tal-produzzjoni. Il-kumpannija pproduċiet tabella li kien fiha figuri ppreparati fuq din il-bażi mill-awditur estern tagħha. Dan l-argument ġiet rifjutat għaliex l-awditur, f'ittra li magħha kien hemm mehmuża t-tabella, b'mod speċifiku naqas milli jagħti opinjoni dwar il-figuri. Barra minn hekk, l-argument fil-paragrafu preċedenti dwar l-allokazzjoni ta' spejjeż b'mod komprensiv huwa ugwalment relevanti hawnhekk. Argument simili li jikkontesta l-allokazzjoni ta' l-ispejjeż G & A li intefqu b'konnessjoni ma' l-attivitajiet kummerċjali, u li għalihom ma tressqet l-ebda prova biex tappoġġaha, ġew rifjutati wkoll. (17) Min qed iressaq l-ilment, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Fertilizzanti (EFMA), ikkummentat ukoll dwar il-metodu ta' kif il-valur normali kein qed jiġi stabbilit għall-produttur Litwan u argumentat li l-Kummissjoni kellha tagħmel arranġamenti dwar: - ir-rati ta' deprezzament, minħabba li dawk applikati mill-produttur kienu baxxi wisq u ma kienux skond dawk applikati fl-Ewropa tal-Punent, u b'mod partikolari mill-industrija tal-Komunità, - valutazzjoni ta' l-attivi fissi, minħabba li l-attivi tal-produttur ma kienux stamati skond l-istandards internazzjonal tal-kontabilità, - il-prezz tal-gas, iġġudikat li kien baxx wisq, mitlub minn fornitur tal-gas Russu, li irriżulta fi spiża tal-produzzjoni baxxa ħafna. Min ressaq l-ilment issuġġerixxa li l-Kummissjoni terġa tagħmel il-kalkoli dwar l-ispejjeż tal-gas tal-produttur fuq il-bażi ta' figuri miksuba minn fornitur tal-gas mill-Komunità u tinkludi dak li hu kkunsidrat li huwa l-anqas prezz raġonevoli li l-produttur mill-Lituwanja kien mistenni li jħallas għall-perjodu taħt investigazzjoni. It-tliet dikjarazzjonijiet ġew eżaminati. F'dak li jirrigwarda d-deprezzament, il-biċċa l-kbira ida mhux ir-rati kollha użati mill-produttur Litwan kienu itwal minn dawk użati mill-produtturi tal-Komunità, iżda kienu kważi kollha xorta waħda fil-firxa ta' varjazzjoni misjuba fil-Komunità; iżda, il-ħlas fuq id-deprezzament, bħala perċentaġġ ta' l-ispiża tal-produzzjoni, ma kienetx differenti b'mod sinifikanti minn dik li tipikament tinstab fl-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, ir-rati kienu skond il-prattiċi tal-kontabilità tal-Litwanja. Il-valutazzjoni ta' l-attivi fissi nstabet ukoll li kienet imniżżla skond l-istandards tal-kontabilità nazzjonali. Dawn l-argumenti ġew għalhekk rifjutati. Fir-rigward tal-argument dwar il-prezzijiet tal-gas, din il-mistoqsija kienet diġà ġiet eżaminata b'mod sħiħ fl-istadju proviżorju tal-proċedura u kien ġie konkluż li ma kien hemm l-ebda prova li tissuġġerixxi li l-prezzijiet mitluba ma kienux ta' min joqgħod fuqhom, jew ma kienux jirriflettu l-ispiża reali tal-provvista. Barra minn hekk, il-prezz imħallas għall-gas mill-produttur mill-Litwanja ma nstabx li kien anqas mill-prezz mressaq minn min qed iressaq l-ilment. Dan l-argument ġiet għalhekk rifjutat ukoll. (b) Prezz ta' l-esportazzjoni, paragun (18) Fin-nuqqas ta' xi kummenti taħt dawn l-intestaturi, is--sejbiet proviżorji, kif speċifikati fil-premessi 17 u 18 tar-Regolament proviżorju, huma konfermati. (ċ) Marġini ta' dumping (19) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar il-metodoloġija użata għall-kalkolazzjoni tal-marġini ta' dumping, il-metodoloġija kif deskritta fil-premessa 19 tar-Regolament proviżorju hija konfermata. Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping definittiv għall-produttur esportatur li jikkopera, meta jittieħed kont tat-tibdil imsemmi hawn fuq, u mogħti bħala perċentaġġ tal-prezz tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità cif, huwa ta' 5,8 %. Billi l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott kkonċernat mill-Litwanja lejn il-Komunità saru mill-uniku produttur esportatur magħruf, il-marġini ta' dumping ġie stabbilit fl-istess livell. 3. il-Belarus, ir-Russja, l-Ukrajna (a) Pajjiż analogu (20) Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-għażla tal-Lituwanja bħala pajjiż terz b'suq ekonomiku, il-konklużjoni proviżorja kif speċifikata fil-premessa 22 tar-Regolament proviżorju hija konfermata. (b) ir-Russja (i) Trattament individwali (21) Wieħed mill-produtturi esportaturi li qed jikkoperaw talab li l-pretensjoni tiegħu għall-trattament individwali tiġi kkunsidrata mill-ġdid fuq il-bażi li, dwar il-bejgħ ta' prodotti esportati, dan ma kienx suġġett għal xi indħil mill-Istat. Biex isostni din il-argument, dan ressaq l-argumenti li ġejjin: - il-kondizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ ta' prodotti esportati tiegħu ġew stabbiliti liberament, - il-bord ta' sorveljanza tal-kumpannija kien elett kull sena mill-azzjonisti, li l-maġġoranza tagħhom huma kumpanniji privati jew individwi. Kull membru tal-bord ħlief wieħed kienu indipendenti mill-Istat, - ir-rati tal-kambju li ntużaw biex isiru l-konverżjonijiet kienu rati tas-suq. (22) Il-Kummissjoni rrevediet it-talba għall-trattament individwali billi tiffoka l-analiżi tagħha, f'dan l-istadju definittiv, primarjament fuq dawk l-oqsma li jħallu impatt dirett fuq l-attivitajiet ta' l-esportazzjoni tal-kumpannija. Fuq din il-bażi, hija kkunsidrat li l-argumenti mressqa mill-kumpannija huma validi, u, billi ġie kkunsidrat ukoll li l-livell ta' indħil mill-Istat ma kienx daqshekk li jippermetti evażjoni tal-miżuri jekk l-esportaturi huma mogħtija rati ta' dazju differenti, il-pretensjoni magħmul minn din il-kumpannija ġiet aċċettata. (23) Min ressaq l-ilment oġġezzjona b'saħħa għall-għoti ta' trattament individwali lil dan il-produttur fl-istadju definittiv, meta wieħed jikkunsidra li l-Kummissjoni rrifjutat it-talba fl-istadju proviżorju fuq il-bażi li din ma kienetx "libera biżżejjed minn indħil mill-Istat". Dan il-fatt waħdu kellu jkun biżżejjed biex iwaqqaf lill-Kummissjoni milli iddawwar id-deċiżjoni tagħha. Din argumentat li l-it-tnaqqis fuq il-prezzijiet tal-gas mogħtija mill-Istat Russu taw vantaġġ kompetittiv inġust lill-produtturi tal-fertilizzant tiegħu u li l-bejgħ ta' prodotti esportati setgħu għalhekk jiġu meqjusa li ma' kienux transazzjonijiet tassew bażati fuq is-suq. Din esprimiet ukoll tħattivib dwar iż-żjieda fil-potenzal ta' evażjoni tad-dazji, għaliex il-marġini individwali kien kemm kemm anqas mill-marġini tal-pajjiż kollu. Għandu jiġi emfasizzat li d-deċiżjonijiet meħuda fl-istadju proviżorju jiġu dejjem riveduti fid-dawl tal-kummenti magħmula u jistgħu jiġu modifikati qabel ma'jsiru sejbiet definittivi. Filwaqt li huwa fatt li l-Istat kellu influwenza fl-iffissar tal-prezzijiet tal-gas, l-iffissar tal-valur normali fuq il-bażi ta' valur li wieħed ikun wasal għalih fil-pajjiż analogu jagħmel dan l-argument irrelevanti. Barra minn hekk, il-kumpannija nstabet li kienet libera li tiddeċiedi liema kwantitajiet tesporta u għal liema prezz. F'kull każ, jekk wieħed jaċċetta dan l-argument ikun qed jiċħad trattament individwali lill-kumpanniji kollha li ma kkwalifikawx għall-istatus ta' ekonomija tas-suq (i.e. minħabba li ma laħqux il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament Bażiku). Fir-rigward tar-riskju akbar ta' evażjoni, referenza qed issir għall-premessaa 23 li titratta dwar l-indipendenza mill-Istat tal-kumpannija Russa konċernata. (ii) Paragun (24) Min ressaq l-ilment staqsa ukoll fuq liema bażi l-valur normali ġie mqabbel mal-prezz ta' l-esportazzjoni, i.e. fuq bażi fob (fruntiera ta' pajjiż li kien jesporta). Din argumentat li l-użu ta' dan il-metodu biddel ir-riżultati tas-sejbiet għaliex din ma kkunsidratx b'mod adekwat id-differenzi fl-ispejjeż tat-trasport interni f'pajjiżi b'ekonomiku tas-suq jew mingħajr, u jekk il-paragun sar fuq il-bażi frank mill-fabbrika, il-marġini tad-dumping kien ikun ferm ikbar. Il-paragun tal-valur normali mal-prezz ta' l-esportazzjoni għandu jsir fl-istadju kummerċjali li jkun simili b'mod ġenwin, sew jekk ikun fob jew farnk mill-fabbrika. Fil-każ preżenti, il-prodott kkonċernat huwa prodott ta' daqs kbir, li l-ispejjeż ta' trasport tiegħu jammontaw għall-proporzjon għoli ħafna tal-prezz tal-bejgħ. Wara li l-argumenti ġew eżaminati bir-reqqa, il-paragun mal-fob ġie meqjus li tabilħaqq jagħti vantaġġ mhux xieraq lill-kumpanniji li l-lokalità ġeografika tagħhom, jekk dawn kienu qegħdin f'pajjiż b'ekonomija tas-suq, ma' tippermettilhomx li jesportaw prodotti ta' daqs kbir, u għalhekk, għall-finijiet tad-determinazzjoni definittiva, bidlet il-bażi tal-paragun minn fob għall-frank mill-fabbrika. L-arranġamenti xierqa ġew għalhekk magħmula fuq il-prezz ta' l-esportazzjoni dwar l-ispejjeż tat-trasport minn frank mill-fabbrika għall-port u għas-servizzi tal-port. (iii) Marġini ta' dumping (25) Il-marġini ta' dumping għall-produttur esportatur li qed jikkopera ta' trattament individwali, u l-marġini ta' dumping tal-pajjiż kollu għall-produtturi kollha l-oħra ġew ikkalkolati mill-ġdid billi ġie użat il-valur normali rivedut tal-produttur mill-Lituwanja (ara l-premessi 13 sa 15). Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping , mogħti bħala perċentaġġ tal-prezz cif tal-fruntiera tal-Komunità, huma: Għall-JSC Nevinnomyssky Azot: | 28,5 % | Għall-kumpanniji kollha l-oħra: | 41,0 %. | (ċ) il-Belarus (i) Paragun (26) Minħabba t-tibdil fil-bażi ta' paragun minn fob għal frank mill-fabbrika (ara l-premessaa 24), saru l-aġġustamenti xierqa fuq il-prezz ta' l-esportazzjoni fir-rigward ta' l-ispejjeż tat-trasport minn frank mill-fabbrika għall-port u għas-servizzi tal-port. (ii) Marġini ta' dumping (27) Il-marġini ta' dumping għall-Belarus ġie kkalkolat mill-ġdid billi ġie użat il-valur normali rivedut tal-produttur Litwan (ara l-premessi 13 sa 15). (28) Il-produttur esportatur kkopera argumenta li ma ngħatax li-s-sejbiet proviżorji ma' ġewx svelati lilhu b'mod xieraq u għalhekk kien miżmum milli jgħaddi xi kumment sostantiv jew bis-sens dwar il-kalkolazzjoni tal-marġini ta' dumping. Barra minn hekk, dan argumenta li l-kwantitajiet esportati ġew ikkalkolati b'mod ħażin għaliex il-prodotti li jiġu lura ma ġewx ikkunsidrati u għaliex xi ftit mill-UAN esportati għandhom kontenut ta' nitroġenu ta' 30 % minflok it-32 % kif soltu jsir aktar spiss. Fl-aħħar, dan argumenta li l-valur cif ġie kkalkolat b'mod ħażin. (29) Sa fejn l-ammont ta' informazzjoni li tinsab fid-dokument ta' l-isvelar dwar is-sejbiet proviżorji huwa kkonċernat, huwa meqjus li l-informazzjoni mogħtija kienet il-massimu possibbli li setgħet tingħata mingħajr ma' jinkiser l-obbligu tal-kunfidenzalità ta' l-uniku produttur Litwan fir-rigward tal-valur normali tiegħu. (30) Fir-rigward tal-argumenti l-oħra, l-informazzjoni disponibbli ġiet riveduta u l-kwantitajiet ta' l-esportazzjoni ġew aġġustati. Rigward il-kalkolazzjoni tal-valur cif, il-metodoloġija adottata fir-Regolament proviżorju hija konfermata. (31) Fin-nuqqas ta' xi kummenti dwar id-determinazzjoni tal-marġini ta' dumping, il-metodoloġija kif deskritta fil-premessa 31 tar-Regolament proviżorju hija konfermata. Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping tal-pajjiż kollu, mogħti bħala perċentaġġ tal-prezz cif tal-fruntiera tal-Komunità, huwa ta' 55,0 %. (d) L-Ukrajna (i) Paragun (32) Minħabba t-tibdil fil-bażi ta' paragun minn fob għall-frank mill-fabbrika (ara l-premessa 24), saru l-arranġamenti xierqa fuq il-prezz ta' l-esportazzjoni rigward l-ispejjeż tat-trasport minn frank mill-fabbrika għall-port u għas-servizzi tal-port. (ii) Marġini ta' dumping (33) Il-Kummissjoni kkalkolat mill-ġdid il-marġini ta' dumping ta' l-Ukrajna billi ġie użat il-valur normali rivedut tal-produttur mill-Lituwanja (ara l-premessi 13 sa 15). Fuq din il-bażi, il-marġini ta' dumping tal-pajjiż kollu, mogħti bħala perċentaġġ tal-prezz cif tal-fruntiera tal-Komunità, huwa ta' 50,4 %. E. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ (34) Fin-nuqqas ta' kummenti jew informazzjoni ġdida is-sejbiet proviżorji kif deskritti fil-premessi 35 u 36 tar-Regolament proviżorju, huma konfermati. F. ĦSARA 1. Akkumulazzjoni (35) Min ressaq l-ilment staqsa dwar it-tnaqqis tar-Repubblika ta' l-Islovakkja, mingħajr madankollu ma ssottometta xi informazzjoni ġdida. Dwar dan qed issir emfasi, b'mod partikolari, li kemm il-volumi u l-ishma fis-suq ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Islovakkja Repubblika kienu l-anqas mill-pajjiżi kollha kkonċernati u li l-prezzijiet tagħhom ma tnaqqsux taħt dawk ta' l-industrija tal-Komunità. Is-sejbiet proviżorji dwar kemm hu xieraq it-tnaqqis ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Slovakka huma għalhekk konfermati. (36) Il-produttur esportatur Alġerin qal li l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Alġerija għandhom jiġu indirizzati separatament, fuq il-bażi li l-marġini ta' dumping huwa baxx, medja ta' sehem tas-suq zgħira u marġini ta' tnaqqis fil-prezz baxx. Dwar dan, għandha ssir emfasi li l-marġini ta' -dumping fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Alġerija huwa aktar mill-livell de minimis u li l-volum ta' dawn l-importazzjonijiet waqt il-perjodu taħt investigazzjoni mhuwiex negliġibbli. Barra minn hekk, dwar il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, kien hemm tendenza ‘l fuq fil-volum ta' importazzjonijiet, l-imġieba tal-prezzijiet tal-produttur esportatur mill-Alġerija kienet komparabbli ma' dik tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi l-oħra kkonċernati u t-tnaqqis fil-prezzijiet nstabu għal dawk l-importazzjonijiet li jużaw l-istess mezzi ta' kummerċ. Għal dawn ir-raġunijiet, u skond l-Artikolu 3(4) tar-Regolament Bażiku, is-sejbiet proviżorji kif deskritti fil-premessa 41 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. 2. Tnaqqis fil-prezz (37) Il-produttur esportatur mill-Belarus qal li r-rata tad-dazju doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Belarus kienet ta' 6,8 % fl-1998 u ta' 6,5 % fl-1999 filwaqt li l-Kummissjoni, fil-kalkolazzjoni tal-valur cif fil-fruntiera tal-Komunità, frank fix-xatt, dazju mħallas, użat ir-rata ta' 6,5 % fuq l-importazzjonijiet kollha. Il-valur cif ġie kkalkolat mill-ġdid skond hekk, li madankollu ma' bidilx il-firxa tal-marġinu għat-tnaqqis fil-prezz fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Belarus imsemmija fil-premessa 46 tar-Regolament proviżorju. (38) Billi d-dazju doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja nbidlu ukoll fl-1999, il-marġini ta' tnaqqis fil-prezz fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja ġie ukoll ikkalkolat mill-ġdid skond il-bżonn. Il-medja riveduta tat-tnaqqis fil-prezz rivedut mogħtija bħala perċentaġġ tal-prezzijiet ta' l-industrija tal-Komunità tammonta għal 6,5 %. Inkella, il-metodoloġija kif speċifikata fil-premessa 46 tar-Regolament proviżorju hija konfermata. 3. Sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità (39) Ċerti partijiet qalu li għall-analiżi tal-ħsara s-sitwazzjoni fl-1995 għandha tiġi mqabbla ma' dik fil-perjodu ta' l-investigazzjoni, u mhux is-sitwazzjoni fl-1997 ma' dik waqt il-perjodu taħt investigazzjoni. Dwar dan għandha jkun iċċarat jekk il-ħsara materjali waqt il-perjodu taħt investigazzjoni hijiex waħda mill-kondizzjonijiet li trid titwettaq qabel jittieħdu l-miżuri kontra d-dumping. Wieħed għandu jinnota li r-Regolament Bażiku ma jeħtieġx li l-ħsara ssir waqt il-perjodu sħiħ li jkopri l-eżami tal-ħsara. Tabilħaqq dan kieku jirriżulta fi ħtieġa li s-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità kienet qed tiddeterjora kontinwament matul il-perjodu ta' minn erba' sa ħames snin qabel ma l-miżuri setgħu jiġu imposti. Sabiex jiġi stabbilit jekk din il-ħsara teżistix jew le, fost affarijiet oħra, is-snin preċedenti u l-iżviluppi u tendenzi misjuba bejniethom u l-perjodu taħt investigazzjoni iservu ta' referenza. Fil-każ kurrenti, l-investigazzjoni kopriet il-perjodu bejn l-1995 u l-perjodu taħt investigazzjoni u mhux biss l-1995 u l-perjodu taħt investigazzajoni kif suġġerit minn dawn il-partijiet. Meta wieħed jikkunsidra l-iżviluppi waqt dan il-perjodu, nstabet deterjorazzjoni evidenti tas-sitwazzjoni ta' l-industrija tal-Komunità b'mod partikolari bejn l-1997 u l-perjodu taħt investigazzjoni. Fid-dawl ta' dan kollu, is-sejbiet proviżorji rigward il-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Komunità huma għalhekk konfermati. G. L-ATT TAL-KAWŻA (40) Ċerti produtturi esportaturi qalu li l-Kummissjoni stmat anqas milli kien ħaqqa l-impatt tad-deċiżjoni Ċiniża li tipprojbixxi l-importazzjonijiet ta' urea minn April 1997 ta' provvisti żejda mid-dinja kollha. Dwar dan wieħed għandu jinnota li l-eżistenza jew le ta' sitwazzjoni ta' provvisti żejda, tkun xi tkun l-importanza tagħha, ma jipprovdux ġustifikazzjoni għall-importazzjonijiet li jikkostitwixxu dumping li jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Komunità. Għalhekk, fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida, is-sejbiet proviżorji kif deskritti fil-premessi 62 u 63 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. H. INTERESS TAL-KOMUNITÀ (41) Fin-nuqqas ta' xi informazzjoni ġdida is-sejbiet proviżorji kif deskritti fil-premessi 64 u 69 tar-Regolament proviżorju huma konfermati. I. MIŻURI ANTI-DUMPING 1. Terminazzjoni tal-proċedura rigward ir-Repubblika Slovakka (42) Sabiex jiġu kkunsidrati il-konklużjonijiet kif speċifikati fil-premessa 60 tar-Regolament proviżorju, i.e. li l-ebda tnaqqis fil-prezz ma nstab, li l-volum ta' l-importazzjoni kien relattivament baxx u s-sehem mis-suq żgħir u stabbli, il-proċedura dwar l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Islovakkja hija hawnhekk mitmuma mingħajr l-imposizzjoni ta' miżuri. 2. Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara (43) Sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' miżuri definittivi li għandhom jiġu imposti, huwa kkonfermat li l-prezzijiet ta' importazzjoni li jikkostitwixxu dumping għandu jiżdied għall-livell fejn il-dumping li jagħmel il-ħsara jiġi eliminat. (44) Min ressaq l-ilment argumenta li l-marġini tal-profitt ta' 5 % ma kienx realistiku u li livell għola ta' profitt għandu jintuża sabiex jiġi stabbilit livell ta' prezz li ma jagħmilx ħsara. Madankollu, billi marġini ta' profitt ta' 5 % intuża fil-każijiet kontra d-dumping preċedenti dwar soluzzjonijiet ta' l-UAN u fin-nuqqas ta' elementi li jwasslu għall-tibdil fiċ-ċirkustanzi li jeħtieġu evalwazzjoni ġdida, ġie konkluż li l-marġini ta' 5 % jibqa' livell xieraq ta' profitt. (45) Barra minn hekk, il-metodoloġija użata sabiex jiġi stabbilit il-marġini tal-ħsara kif deskritta fil-premessa 70 tar-Regolament proviżorju hija konfermata. (46) Il-marġini tal-ħsara għall-Belarus kien rivedut sabiex jiġi kkunsidrat il-fatt li d-dazju doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Belarus kien ta' 6,8 % fl-1998 u ta' 6,5 % fl-1999 filwaqt, kif imsemmi fuq, il-Kummissjoni, fil-kalkolazzjoni tal-valur cif tal-fruntiera tal-Komunità, frank fix-xatt, dazju mħallas, użat ir-rata ta' 6,5 % fuq l-importazzjonijiet kollha. Il-valur cif ġie kkalkolat mill-ġdid skond hekk. Il-marġini tal-ħsara ġdid fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Belarus huwa ta' 27,5 %. (47) Billi d-dazju doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja nbidel ukoll fl-1999, il-marġini tal-ħsara fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja ġew ikkalkolati mill-ġdid skond il-bżonn. Barra minn hekk, billi trattament individwali ġie mogħti lil wieħed mill-produtturi esportaturi mir-Russja, il-marġini tal-ħsara individwali ġie kkalkolat skond hekk. Il-marġini tal-ħsara ġodda fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Russja madankollu baqgħu taħt il-marġini ta'dumping misjuba. 3. Garanziji (48) Il-garanzija aċċettata fl-istadju proviżorju mill-produttur esportatur mill-Alġerija ġiet riveduta sabiex jiġi irranġat il-prezz minimu ta' l-esportazzjoni fuq il-bażi ta' l-sejbiet definittivi għall-produttur (ara l-premessi 9 sa 12 hawn aktar fuq). Garanziji offruti minn żewġ kumpanniji Russi f'koperazzjoni bejniethom kienu rifjutati. Waħda kienet rifjutata għaliex il-kumpannija kkonċernata ma kienetx produttur esportatur li mingħandu setgħet tiġi aċċettata din il-garanzija, iżda negozjant intermedjarju, li jixtri l-prodott ikkonċernat mingħand produttur li ma kienx f'koperazzjoni bejniethom u jbiegħu lil kumpannija relatata għall-esportazzjoni. L-offerta ta' garanzija l-oħra kienet rifjutata għaliex il-kumpannija hija produttur integrat tal-fertilizzanti, u għalhekk għandha firxa kbir ta' għażliet ta' marketing miftuħa għaliha meta iffaċċjata b'miżuri fuq wieħed mill-prodotti tagħha. Għandha ssir emfasi li f'dawn iċ-ċirkostanzi, il-monitoraġġ tal-garanziji ma kienx prattiku. Il-garanzija offruta mill-produttur esportatur li f'koperazzjoni mill-Belarus ġiet rifjutata għal raġunijiet simili. 4. Forma u livell tal-miżuri definittivi (49) Fid-dawl ta' dak li għadu kemm intqal, huwa kkunsidrat li, skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Bażiku, għandhom jiġu imposti dazji definittivi kontra d-dumping għall-livelli tal-marġini tal-ħsara li nstabu, li huma aktar baxxi mill-marġini tad-dumping. Għar-raġunijiet speċifikati fil-premessi 15 u 19 tar-Regolament proviżorju, huwa kkonfermat li d-dazji residwali għall-Alġerija u l-Lituwanja għandhom ikunu iffissati fil-livell stabbilit rispettivament għall-uniku produttur f'kull pajjiż. (50) Sabiex tkun garantita l-effiċjenza tal-miżuri u tiġi skoraġġita l-manipulazzjoni tal-prezz li ġiet osservata f'xi ftit mill-proċeduri li jinvolvu fertilizzanti, huwa kkonfermat li d-dazji għandhom jiġu imposti fil-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata metrika. Dawn id-dazji jammontaw għal: Pajjiż | Marġini ta' dumping | Bażi għal dazju kontra d-dumping | Ammont ta' dazju (għal kull tunnellata metrika) | l-Alġerija — Fertalge Industries | 9,7 | 9,7 | EUR 6,88 | il-Belarus | 55,0 | 27,5 | EUR 17,86 | il-Lituwanja — JSC Achema | 5,8 | 5,8 | EUR 3,98 | ir-Russja — JSC Nevinnomyssky Azot | 28,5 | 27,4 | EUR 17,80 | — Il-kumpanniji kollha l-oħra | 41,0 | 32,0 | EUR 20,11 | l-Ukrajna | 50,4 | 45,7 | EUR 26,17 | (51) Ir-rata tad-dazju kontra d-dumping individwali ta' kull kumpannija speċifikata f'dan ir-Regolament kienet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni tal-preżent. Għalhekk, din tirrifletti s-sitwazzjoni misjuba waqt dik l-investigazzjoni rigward din il-kumpannija. Ir-rata tad-dazju (b'kuntrast mad-dazju applikabbli fil-pajjiżi kollha tal-"kumpanniji kollha l-oħra") hija għaldaqstant esklużivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u maħduma mill-kumpannija u għaldaqstant mill-imsemmija entità legali speċifika. Prodotti importati li jkunu maħduma minn xi kumpannija oħra li mhijiex imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inkluż entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn din ir-rata u għandhom ikunu suġġetti għal rata ta' dazju applikappli għall-"kumpanniji l-oħra kollha'." (52) Kull talba għall-applikazzjoni ta' din ir-rata tad-dazju kontra d-dumping individwali ta' kull kumpannija (per eżempju, wara li jinbidel l-isem ta' l-entità jew wara li jiġu mwaqqfa entitajiet ġodda li jipproduċu jew li jbiegħu) għandhom jiġu indirizzati lill-Kummissjoni [3] bla telf ta' żmien bl-informazzjoni kollha relevanti, b'mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija marbutin mal-produzzjoni, bejgħ domestiku jew mill-esportazzjoni assoċjat ma' per eżempju dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet li jipproduċu u li jbiegħu. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, tista', wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament skond il-bżonn billi tirranġa l-lista tal-kumpanniji li qed jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali. J. ĠBIR TA' DAZJI PROVIŻORJI (53) Minħabba l-firxa tal-marġini tad-dumping misjuba u fid-dawl tal-livell ta' ħsara kkawżata lill-industrija tal-Komunità, huwa kkunsidrat neċessarju li l-ammonti assigurati permezz ta' dazji proviżorji kontra d-dumping, imposti bir-Regolament (KE) Nru 617/2000, għandhom jinġabru b'mod definittiv bir-rata li ġiet imposta b'mod definittiv, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Dazju definittiva kontra d-dumping qiegħda hawnhekk jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u nitrati ta' l-ammonja li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 31028000 u li joriġinaw mill-Alġerija, il-Belarus, il-Lituwanja, ir-Russja u l-Ukrajna. 2. L-ammont ta' dazju f'EUR għal kull tunnellata metrika għandu jkun kif muri hawn aktar taħt għall-pajjiżi kkonċernati: Pajjiż | Kumpannija | Ammont ta' dazju (għal kull tunnellata metrika) | Kodiċi addizzjonali tat-TARIC | l-Alġerija | Il-kumpanniji kollha | EUR 6,88 | A999 | il-Belarus | Il-kumpanniji kollha | EUR 17,86 | — | il-Lituwanja | Il-kumpanniji kollha | EUR 3,98 | — | ir-Russja | JSC Nevinnomyssky Azot 357030 Russian Federation, Stavropol region | EUR 17,80 | A176 | Il-kumpanniji kollha l-oħra | EUR 20,11 | A999 | L-Ukrajna | Il-kumpanniji kollha | EUR 26,17 | — | 3. F'każijiet fejn il-merkanzija saritilha ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz li attwalment tħallas jew pagabbli huwa maqsum sabiex jiġi determinat il-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 [4], l-ammont ta' dazju kontra d-dumping, kkalkolat fuq il-bażi ta' l-ammonti iffissati hawn aktar fuq, għandhom jiġu mnaqqsa b'perċentaġġ li jikkorrespondi mal-parti tal-prezz li attwalment tħallas jew pagabbli. 4. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju definittiv ma għandux japplika fuq l-importazzjonijiet rilaxxati fiċ- ċirkolazzjoni libera skond id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2. 5. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-disposizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw. 6. Il-proċedura dwar l-importazzjonijiet ta' soluzzjoniiet ta' urea u nitrati ta' l-ammonja li joriġinaw mir-Repubblika ta' l-Islovakkja għandha tkun mitmuma. Artikolu 2 1. Importazzjonijiet skond il-garanzija offruta minn: Kumpannija | Pajjiż | Kodiċi addizzjonali TARIC | Fertalge Industries spa 12, Chemin AEK Gadouche Hydra Alger | l-Alġerija | A107 | u aċċettata mill-Kummissjoni, meta jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, għandhom ikunu eżenti mid-dazju kontra d-dumping iffissata fl-Artikolu 1(2) meta dawn ġew manifatturati u esportati direttament u mibjugħa lill-kumpannija li qed timporta fil-Komunità mill-kumpannija msemmija hawn aktar fuq u ddikjarati taħt il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC xieraq. 2. L-eżenzjoni għandha tkun bil-kondizzjoni li ssir preżentazzjoni lis-servizzi doganali ta' l-Istat Membru relevanti ta' fattura ggarantita maħruġa mill-kumpannija li qed tesporta u li jkunu jinsabu fiha l-elementi essenzali mniżżla fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 617/2000. Artikolu 3 L-ammonti garantiti permezz ta' dazji proviżorji kontra d-dumping skond ir-Regolament (KE) Nru 617/2000 fuq l-importazzjonijiet ta' soluzzjonijiet ta' urea u nitrati ta' l-ammonja li joriġinaw mill-Alġerija, il-Belarus, il-Lituwanja, ir-Russja u l-Ukrajna għandhom jinġabru bir-rata ta' dazju li ġiet imposta b'mod definittiv. L-ammonti assiikurati li huma ogħla mir-rata ta' dazju definittiva kontra d-dumping għandhom jiġu rilaxxati. Billi r-rata ta' dazju definittiva imposta hija ogħla mir-rata tad-dazju proviżorju, l-ammont garantit fil-livell tad-dazju proviżorju biss għandu jinġabar b'mod definittiv. Artikolu 4 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fil-kumplessità tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-18 ta' Settembru 2000. F'isem il-Kunsill Il-President H. Védrine [1] ĠU L 56, tas-06.03.96, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 905/98 (ĠU L 128, tat-30.04.98, p. 18). [2] ĠU L 75, tal-24.03.00, p. 3. [3] Il-Kummissjoni EwropeaId-Direttorat Ġenerali tal-KummerċId-Direttorat ĊDEM 24 - 8/38 Rue de la Loi/Wetstraat 200B - 1049 Bruxelles/Brussel [4] ĠU L 253, tal-11.10.93, p. 40. --------------------------------------------------