|
18.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/445
tas-17 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(6) u 8(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 (2) jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili. |
|
(2) |
Xi Stati Membri sabu li ċerti rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 iqiegħdu piż amministrattiv jew ekonomiku sproporzjonat u inutli fuqhom infushom jew fuq il-partijiet interessati u nnotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħtu approvazzjoni għal xi derogi minn ċerti rekwiżiti skont l-Artikolu 14(6) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008. |
|
(3) |
Dawk l-approvazzjonijiet proposti għad-derogi ġew analizzati mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u rriżultaw f'rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-konformità tal-approvazzjonijiet proposti mal-kundizzjonijiet applikabbli. |
|
(4) |
L-Istati Membri u l-partijiet involuti tal-avjazzjoni ġenerali identifikaw ukoll ċerti rekwiżiti li huma kkunsidrati bħala sproporzjonati fil-kuntest tal-attivitajiet involuti u r-riskji assoċjati. |
|
(5) |
Ġew identifikati wkoll għadd ta' żbalji editorjali fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li wasslu għal diffikultajiet ta' implimentazzjoni mhux intenzjonati. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandhom jiġu emendati sabiex jiġu introdotti derogi li għandhom effett ta' tfassil ta' regoli ċari, li jintroduċu ċerti dispensi għall-avjazzjoni ġenerali u li jiġu korretti ċerti żbalji editorjali. |
|
(7) |
Barra minn hekk, fuq il-bażi tar- reazzjonijiet mill-Istati Membri u l-partijiet interessati instab li r-rekwiżiti tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 jistgħu ikunu sproporzjonati għall-attività u r-riskju assoċjat ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ li jipprovdu taħriġ biss għal-liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru żgħar, għal-liċenzja ta' bdot privat, għal-liċenzja ta' bdot ta' blalen tal-ajru jew għal-liċenzja ta' bdot ta' gliders. |
|
(8) |
L-Istati Membri u l-partijiet interessati jaqblu li għalhekk hemm ħtieġa ġenerali li jitħalla jgħaddi aktar żmien biex jissawwar sett aktar xieraq ta' regoli għall-attivitajiet tal-avjazzjoni ġenerali li huma adatti aħjar għall-attivitajiet ta' dan is-settur tal-avjazzjoni mingħajr ma jitnaqqsu l-istandards tas-sikurezza. |
|
(9) |
Barra minn hekk, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien sabiex jissawru dawk ir-regoli, id-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għall-organizzazzjonijiet ta' taħriġ li jipprovdu taħriġ biss għal liċenzji nazzjonali li huma eliġibbli għall-konverżjoni f'liċenzji Parti-FCL ta' bdoti ta' inġenji tal-ajru ħfief, liċenzji ta' bdot ta' blalen tal-ajru jew liċenzji ta' bdot ta' gliders għandha tiġi posposta għat-8 ta' April 2018. |
|
(10) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1178/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan. |
|
(11) |
Peress li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 (3), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011, fih dispożizzjoni awtonoma fid-data tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Annessi VI u VII tar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, dan għandu wkoll jiġi emendat sabiex jiżgura ċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-Opinjoni tal-Kumitat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 1 jinbidel b'li ġej: “1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, u meta ma jkun hemm l-ebda ftehim bejn l-Unjoni u pajjiż terz li jkopri l-liċenzjar tal-bdoti, l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw liċenzji, klassifikazzjonijiet jew ċertifikati ta' pajjiżi terzi, u ċertifikati mediċi relatati maħruġa minn pajjiżi terzi jew f'isimhom, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III ta' dan ir-Regolament.” |
|
(2) |
Fl-Artikolu 10a, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. L-organizzazzjonijiet ta' taħriġ konformi mal-JAR għandhom jitħallew jipprovdu taħriġ għal liċenzja Parti-FCL ta' bdot privat (PPL), għal klassifikazzjonijiet assoċjati inklużi fir-reġistrazzjoni u għal liċenzja ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (LAPL) sat-8 ta' April 2018 mingħajr ma jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Anness VI u VII, sakemm ikunu ġew reġistrati qabel it-8 ta' April 2015.” |
|
(3) |
L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
L-Annessi I, II, III, VI u VII huma emendati skont l-Annessi għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012, fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2, il-punt (f) huwa mħassar.
Artikolu 3
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta' April 2015.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-emendi għad-dispożizzjonijiet f'FCL315.A, FCL.410.A, FCL.725.A tal-Anness I għandhom japplikaw mit-8 ta' April 2018.
3. B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet tal-Annessi VI u VII għal organizzazzjoni ta' taħriġ li tipprovdi taħriġ biss għal-liċenzja nazzjonali li hija eliġibbli skont l-Artikolu 4(3) tar Regolament (UE) Nru 1178/2011, għall-konverżjoni f'liċenzja Parti-FCL ta' bdot ta' inġenji tal-ajru ħfief (LAPL), liċenzja ta' bdot ta' gliders (SPL) u liċenzja ta' bdot ta' blalen tal-ajru (BPL) sat-8 ta' April 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1178/2011 tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 25.11.2011, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012 tat-30 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1178/2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġ tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 100, 5.4.2012, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-paragrafu FCL.065 jinbidel b'dan li ġej: “FCL.065 Tnaqqis tal-privileġġi tad-detenturi tal-liċenzja li jkolllhom 60 sena jew aktar fit-trasport kummerċjali bl-ajru
|
|
(2) |
Il-paragrafu FCL.105.B jinbidel b'dan li ġej: “FCL.105.B LAPL(B) — Privileġġi Il-privileġġi tad-detentur ta' LAPL għall-blalen tal-ajru huma li jaġixxi bħala PIC fuq blalen tal-arja sħuna jew żepellini li jaħdmu bl-arja sħuna b'massimu ta' kapaċità tal-envelopp ta' 3 400 m3 jew blalen tal-gass b'massimu ta' kapaċità tal-envelopp ta' 1 260 m3, li jġorru mhux aktar minn tliet (3) passiġġieri, b'tali mod li qatt ma jkun hemm aktar minn erba' (4) persuni abbord il-ballun tal-ajru.” |
|
(3) |
F'FCL.210.A, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(4) |
FCL.230.B jinbidel b'dan li ġej: “FCL.230.B BPL — Rekwiżiti riċenti
|
|
(5) |
Fit-Taqsima 2 “Rekwiżiti speċifiċi għall-kategorija tal-ajruplan” fis-subparti D, il-punt li ġej FCL.315.A CPL — Kors ta' taħriġ jinżied dan li ġej: “FCL.315.A CPL — Kors ta' taħriġ Għarfien teoriku u tagħlim fit-titjir għall-ħruġ ta' CPL(A) għandu jinkludi taħriġ ta' prevenzjoni ta' disturbi u taħriġ dwar l-irkupru.” |
|
(6) |
Fl-FCL.410.A, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(7) |
Fl-FCL.725.A, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(8) |
Fil-paragrafu FCL.740.A, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(9) |
Fl-FCL.825 il-punt (g), paragrafu (6) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(10) |
Fl-FCL.915, jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
|
(11) |
Il-punt FCL.945 li ġej hu miżjud: “FCL. 945 Obbligi għall-istruttur Mat-tlestija tat-taħriġ fit-titjir għal validazzjoni mill-ġdid ta' SEP jew klassifikazzjoni tal-klassi jew TMG skont FCL.740.A (b)(1) u biss f'każ ta' ssodisfar tal-kriterji ta' validazzjoni mill-ġdid l-oħrajn kollha meħtieġa skont FCL.740.A (b)(1) l-istruttur għandu japprova l-liċenzja tal-applikant bid-data ta' skadenza l-ġdida tal-klassifikazzjoni jew taċ-ċertifikat, jekk ikun awtorizzat speċifikament għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti responsabbli mill-liċenzja tal-applikant.” |
|
(12) |
FCL.910.TRI huwa emendat kif ġej:
|
|
(13) |
Fl-FCL.905.CRI, fil-punt (a), jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:
|
|
(14) |
Fl-FCL.1005, fil-punt (a), paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(15) |
Fl-FCL.1005.CRE, jiżdied il-punt (c) li ġej:
|
|
(16) |
It-Taqsima A tal-Appendiċi 1 tiġi emendata kif ġej:
|
|
(17) |
Fl-Appendiċi 6 it-Taqsima A hija emendata kif ġej:
|
|
(18) |
Fit-Taqsima A tal-Appendiċi 9, il-paragrafi 4 u 5 huma mibdula b'dan li ġej:
|
ANNESS II
Fit-Taqsima A tal-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, il-punt (d) tal-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:
|
“(d) |
jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fit-tabella ta' hawn taħt:
|
(*1) Id-detenturi ta' CPL li diġà jkollhom klassifikazzjoni tat-tip għal ajruplan b'aktar minn bdot wieħed ma jkunx jeħtiġilhom li jkunu għaddew minn eżami ta' għarfien teoriku fuq ATPL(A) waqt li jkomplu jħaddmu dak l-istess tip ta' ajruplan, iżda ma jingħatawx krediti fit-teorija ATPL(A) għal liċenzja tal-Parti FCL. Jekk ikunu jeħtieġu klassifikazzjoni oħra tat-tip għal ajruplan differenti b'aktar minn bdot wieħed, għandhom jikkonformaw mal-kolonna (3), linja (e)(i) tat-tabella ta' hawn fuq.”
ANNESS III
L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 hu emendat kif ġej:
|
(1) |
Fit-Taqsima A “VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI”, il-paragrafu 3, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Fit-Taqsima A “VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI”, il-paragrafu 6, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
Fit-Taqsima A “VALIDAZZJONI TA' LIĊENZJI”, jiżdiedu l-paragrafi 7 u 8 li ġejjin:
|
(*1) Id-detenturi ta' CPL(H)/IR fuq ħelikopters b'aktar minn bdot wieħed għandhom ikunu wrew għarfien ta' livell ATPL tal-ICAO qabel l-aċċettazzjoni.”
ANNESS IV
L-Anness VI għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-ARA.GEN.305 għandu jiddaħħal il-punt (ca) li ġej:
|
|
(2) |
Fl-ARA.FCL.200, jiżdied il-punt (d) li ġej:
|
|
(3) |
Il-punt ARA.MED.330 li ġej hu miżjud: “ARA.MED. 330 Ċirkostanzi mediċi speċjali
|
|
(4) |
Appendiċi I huwa mibdul b'li ġej: “Appendiċi I Liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira Il-liċenzja tal-ekwipaġġ tat-titjira maħruġa minn Stat Membru skont il-Parti-FCL għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:
Qoxra
Paġna 2
Paġna 3
Paġni addizzjonali — Rekwiżiti Il-paġni 1, 2 u 3 tal-liċenzja għandhom ikunu konformi mal-format stabbilit fil-mudell f'dan il-punt. L-awtorità kompetenti għandha tinkludi paġni supplementari personalizzati li jkun fihom tabelli li għandu jkun fihom mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:
Dawn il-paġni huma intiżi biex jintużaw mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku. Kwistjonijiet tal-bidu rigward il-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati għandhom jiddaħħlu mill-awtorità kompetenti. Il-validazzjoni mill-ġdid jew it-tiġdid ta' klassifikazzjonijiet jew ċertifikati jista' jiddaħħal mill-awtorità kompetenti jew minn eżaminaturi jew strutturi li jkunu awtorizzati b'mod speċifiku. Ir-restrizzjonijiet operattivi għandhom jitniżżlu taħt ‘Rimarki u Restrizzjonijiet’ skont il-privileġġ ristrett xieraq, eż. eżami tal-ħiliet fl-IR imwettaq ma' kopilota, privileġġi ta' tagħlim ristretti għat-tip ta' inġenju tal-ajru 1. Klassifikazzjonijiet li ma jkunux ivvalidati jistgħu jitneħħew mil-liċenzja mill-awtorità kompetenti.” |
|
(5) |
Fl-Appendiċi II, l-Intestatura 9 tal-istruzzjonijiet dwar il-format Standard tal-EASA għall-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina huwa sostitwit b'dan li ġej: “Il-punt 9: Jekk l-awtorità kompetenti tkun l-entità li toħroġ l-attestazzjoni, għandhom jiddaħħlu t-terminu ‘awtorità kompetenti’ u s-siġill, it-timbru jew il-logo uffiċjali. F'dan il-każ biss, l-awtorità kompetenti tista' tiddetermina jekk siġill uffiċjali, timbru jew logo uffiċjali għandux jiddaħħal ukoll taħt l-Intestatura 8.” |
ANNESS V
Fl-Anness VII għar-Regolament (UE) Nru 1178/2011, fl-ORA.GEN.200, il-punt (c) li ġej hu miżjud:
|
“(c) |
Minkejja l-punt (a), f'organizzazzjoni li tipprovdi taħriġ għal LAPL, PPL, SPL jew BPL biss u l-klassifikazzjonijiet jew iċ-ċertifikati assoċjati, il-ġestjoni tar-riskju tas-sikurezza u s-sorveljanza tal-konformità definita fil-punti (a)(3) u (a)(6) tista' ssir b'analiżi organizzattiva, li għandha ssir mill-inqas darba kull sena kalendarja. L-awtorità kompetenti għandha tiġi nnotifikata dwar ir-riżultati ta' din ir-reviżjoni mill-organizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed.” |