|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1762 |
22.7.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1762
tat-13 ta’ Lulju 2026
li jistabbilixxi regoli, proċeduri u metodoloġiji tal-ittestjar u rekwiżiti amministrattivi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ partikoli tal-brejk ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1257 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2024 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batterija tagħhom (Euro 7), li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(3), il-punt (i) u l-Artikolu 14(4), il-punti (a), (q), (s), (u) u (v), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sistemi tal-ibbrejkjar għal vetturi li għandhom jiġu ddeżinjati bħala vetturi “Euro 7”, vetturi “Euro 7G”, vetturi “Euro 7ext” jew vetturi “Euro 7Gext” f’konformità mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) 2024/1257 u bl-użu tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni, li jinvolvi kombinazzjoni ta’ materjali ta’ frizzjoni niexfa u diska tal-brejk jew tanbur tal-brejk tat-tgħammir jew bl-użu ta’ xi forma ta’ bbrejkjar bil-frizzjoni fis-servizz tagħhom. Tali rekwiżiti tekniċi jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-ħidma mwettqa fil-Forum Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi (2) (UN WP.29) u b’mod aktar speċifiku r-Regolament tan-NU Nru 179 (3). |
|
(2) |
Sabiex jitnaqqsu l-kostijiet tal-ittestjar u l-piżijiet amministrattivi għall-manifatturi, u b’hekk tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija awtomobilistika tal-Unjoni filwaqt li jinżammu l-istandards ambjentali u ta’ sikurezza għoljin tagħha, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri, metodoloġiji u kontrolli tal-ittestjar simplifikati. Sabiex jiġi evitat ittestjar żejjed u tiġi żgurata l-konsistenza mal-aħjar prattiki globali, huwa xieraq li jkun hemm allinjament mar-rekwiżiti tekniċi, it-testijiet u l-metodoloġiji armonizzati internazzjonalment li jirriżultaw mir-Regolamenti tan-NU Nru 83 (4) u Nru 179. |
|
(3) |
Il-proċeduri tal-ittestjar għall-emissjonijiet tas-sistema tal-ibbrejkjar jenħtieġ li jinkludu l-kontribut tal-brejkijiet tal-frizzjoni f’kundizzjonijiet operattivi varjati, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet fil-kundizzjonijiet reali jiġu riflessi b’mod preċiż, u b’hekk jiġu protetti s-saħħa u l-ambjent filwaqt li tiġi pprovduta ċertezza legali għall-manifatturi. Sabiex titħeġġeġ l-innovazzjoni filwaqt li tiġi żgurata l-kisba ta’ standards stretti tal-emissjonijiet, il-proċeduri tal-ittestjar għall-emissjonijiet tal-brejk jenħtieġ li jqisu wkoll materjali u teknoloġiji differenti tal-brejkijiet, inklużi sistemi tal-ibbrejkjar riġenerattivi u ibridi. |
|
(4) |
Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-manifatturi, tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat infurzar effettiv tal-istandards tal-emissjonijiet tal-partikoli tal-brejkijiet, tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, u jiġi ggarantit il-funzjonament xieraq tas-suq intern. Dak jenħtieġ li jinkludi obbligi ta’ dokumentazzjoni għall-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar matul il-ħajja tal-vetturi, il-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet, u l-użu ta’ mudelli standardizzati, inkluż id-Dokument ta’ Informazzjoni dwar il-Mudell, iċ-Ċertifikat tal-Approvazzjoni tat-Tip tal-UE għad-dikjarazzjonijiet tal-konformità, kif stabbilit fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2024/1257, kif ukoll ir-rapporti tat-testijiet applikabbli. Dawk ir-rapporti tat-test jenħtieġ li jkopru l-approvazzjoni tat-tip, u l-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz — inklużi l-proċeduri dettaljati fir-Regolamenti tan-NU Nru 83 u Nru 179. Dan jenħtieġ li jnaqqas il-piżijiet amministrattivi u jimminimizza l-kostijiet tal-konformità, u b’hekk jappoġġa kemm l-innovazzjoni kif ukoll il-protezzjoni ambjentali rigoruża. |
|
(5) |
Sabiex il-manifatturi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fl-Artikolu 7(2) u fl-Anness IV, l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u tal-Anness IV għandha tiġi differita. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom għaldaqstant japplikaw mit-18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Kull meta l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali, jenħtieġ li dak l-ipproċessar jitwettaq f’konformità mar-Regolamenti (UE) 2016/679 (5) u (UE) 2018/1725 (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll mal-liġi nazzjonali rilevanti f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV, Technical Committee – Motor Vehicles), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament japplika għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet b’rabta mas-sistemi tal-ibbrejkjar tal-vetturi bil-mutur li jappartjenu għall-kategoriji ta’ vetturi li ġejjin:
|
(1) |
M1 u N1; |
|
(2) |
N2 iddeżinjati bħala “Euro 7ext” u “Euro 7Gext” f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2024/1257. |
Artikolu 2
Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tas-sistema tal-ibbrejkjar
1. Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2024/1257, il-manifattur għandu juri li s-sistema tal-ibbrejkjar tikkonforma ma’ dawn kollha li ġejjin:
|
(a) |
il-kombinazzjoni tal-familji ta’ emissjonijiet tal-kantunieri tal-brejkijiet fuq fus ta’ quddiem u ta’ wara tifforma parti mill-istess tip ta’ vettura fir-rigward tal-emissjonijiet tal-brejk, kif definit fil-paragrafu 3.0 tar-Regolament tan-NU Nru 179; |
|
(b) |
is-sistema tal-ibbrejkjar tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fi:
|
2. Il-manifattur għandu jittestja s-sistema tal-ibbrejkjar skont l-Anness III.
Artikolu 3
Applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sistema tal-ibbrejkjar
Il-manifattur għandu jissottometti lill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sistema tal-ibbrejkjar skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2024/1257 u t-tabella 11 tal-Anness V tiegħu, imfassla f’konformità mal-mudell tad-dokument ta’ informazzjoni stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet amministrattivi għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ sistema tal-ibbrejkjar
1. Għall-fini tal-ittestjar f’konformità mal-Artikoli 7 (1) u 10 (1) tar-Regolament (UE) 2024/1257, il-manifatturi, is-servizzi tekniċi u l-awtoritajiet tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jużaw il-mudelli u l-mudelli, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rapporti tat-testijiet stabbiliti fl-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament.
2. Għall-fini tal-għoti ta’ approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2024/1257 u tal-ħruġ taċ-ċertifikat korrispondenti, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tuża l-mudell stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
3. L-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandha tassenja numru tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (7) u t-tabella ta’ subkarattri stabbilita fit-Tabella 4 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1706 (8).
Artikolu 5
Emendi tal-approvazzjonijiet tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet
Meta jkunu qed japplikaw l-Artikoli 27, 33 u 34 tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) dwar emendi, reviżjonijiet u estensjonijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip fir-rigward tas-sistemi tal-ibbrejkjar, il-manifatturi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jikkonformaw ukoll mal-paragrafi 9.1 u 9.4 tar-Regolament tan-NU Nru 179.
Artikolu 6
Konformità tal-Produzzjoni
1. Meta japplikaw it-testijiet tal-konformità tal-produzzjoni f’konformità mat-tabelli 11 u 12 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2024/1257, il-manifatturi u l-awtoritajiet tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 10 tar-Regolament tan-NU Nru 179.
2. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiċċekkjaw il-konformità tal-produzzjoni abbażi tad-deskrizzjoni fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness II.
Artikolu 7
Konformità Waqt is-Servizz
1. Meta jwettqu testijiet sabiex jivverifikaw is-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni individwali fl-approvazzjonijiet fejn il-koeffiċjenti tal-ibbrejkjar bis-sehem tal-frizzjoni jkunu tkejlu skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 179 għall-finijiet tal-konformità waqt is-servizz fuq bażi fakultattiva f’konformità mal-Anness V tar-Regolament (UE) 2024/1257, l-Istati Membri u l-partijiet terzi rikonoxxuti għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-konformità waqt is-servizz stabbiliti fl-Anness 12 tar-Regolament tan-NU Nru 83.
2. Għas-sistemi tal-ibbrejkjar bl-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 3, il-manifattur għandu jtella’ fil-pjattaforma elettronika għall-konformità waqt is-servizz (ISC) id-data kollha relatata mal-konformità waqt is-servizz imsemmija fl-Annessi 4 u 12 tar-Regolament tan-NU Nru 83 kif ukoll jilħaq ir-rekwiżiti speċifiċi għal-lista ta’ trasparenza applikabbli għall-emissjoni ta’ partikoli tal-brejkijiet fl-Anness IV.
Artikolu 8
Apparati ta’ manipulazzjoni u strateġiji ta’ manipulazzjoni għas-sistemi tal-ibbrejkjar
Ir-rekwiżit dwar in-nuqqas ta’ apparati u strateġiji ta’ manipulazzjoni relatati mas-sistemi tal-ibbrejkjar stabbilit fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) 2024/1257 għandu jiġi rrispettat jekk id-dokumentazzjoni pprovduta mill-manifattur għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-paragrafu 4.4. tar-Regolament tan-NU Nru 179 dwar il-funzjonijiet tal-ibbrejkjar li jżidu l-emissjonijiet, kif definit fil-punt 3.7.19. tar-Regolament tan-NU Nru 179, tkun approvata mill-awtorità tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika minn dik id-data.
Madanakollu, l-Artikolu 7, il-punt (2) u l-Anness IV għandhom japplikaw 18-il-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1257, 8.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1257/oj.
(2) Fil-każ ta’ Regolament tan-NU, is-serje ta’ emendi indikati tirrifletti l-verżjoni li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Is-supplimenti tas-serje ta’ emendi indikati fil-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali għandhom japplikaw irrispettivament mill-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Serje ġdida ta’ emendi adottati wara s-serje ta’ emendi indikati fil-pubblikazzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali għandhom jiġu aċċettati bħala alternattiva.
(3) Ir-Regolament tan-NU Nru 179 – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi ħfief fir-rigward tal-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejk [2026/1044] (ĠU L, 2026/1044, 18.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1044/oj).
(4) Ir-Regolament tan-NU Nru 83 - Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-emissjoni ta’ inkwinanti skont ir-rekwiżiti tal-fjuwil tal-magna [2026/1086] (ĠU L, 2026/1086, 29.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1086/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/679/oj).
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/683/oj).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/1706 tal-25 ta’ Lulju 2025 li jistabbilixxi regoli, proċeduri u metodoloġiji tal-ittestjar għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1257 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tal-egżost u tal-emissjonijiet evaporattivi ta’ vetturi tal-kategoriji M1 u N1 u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L, 2025/1706, 5.9.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1706/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/858/oj).
ANNESS I
RAPPORTI TAT-TESTIJIET MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4
1. INTRODUZZJONI
|
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali u tekniċi għar-rapporti tat-testijiet relatati mal-emissjonijiet ta’ partikoli tal-brejk. |
2. REKWIŻITI ĠENERALI
|
2.1. |
Ir-Regolament tan-NU Nru 179 (1) għandu japplika għar-rapporti tat-testijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1). |
|
2.2. |
L-informazzjoni speċifikata fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 179, għandha tiġi inkluża fid-diversi stadji tal-approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-brejk kif deskritt fl-Illustrazzjoni A1/1 tiegħu (“Ħarsa ġenerali lejn ir-rapporti differenti matul l-approvazzjoni tal-emissjonijiet tal-brejk”). |
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
|
3.1. |
Ir-rapporti tat-testijiet maħruġa mill-awtorità li tagħti l-approvazzjoni tat-tip u mis-servizz tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet skont l-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. |
(1) Ir-Regolament tan-NU Nru 179 — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi ħfief fir-rigward tal-kejl fil-laboratorju tal-emissjonijiet tal-brejk [2026/1044] (ĠU L, 2026/1044, 18.5.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1044/oj).
Appendiċi 1
Rapport tat-Test tal-Familja ta’ Emissjonijiet tal-Kantuniera tal-Brejk
L-Appendiċi 1 tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 179 għandu japplika għar-rapport tat-test tal-familja tal-emissjonijiet tal-kantuniera tal-brejk.
Ir-rapport tat-test tal-familja tal-emissjonijiet tal-kantuniera tal-brejk għandu jiġi ripetut kemm għall-fus ta’ quddiem kif ukoll għal dak ta’ wara.
Appendiċi 2
Rapport tat-Test tal-Koeffiċjent (fattur c) tas-Sehem tal-Ibbrejkjar tal-Frizzjoni Individwali
L-Appendiċi 2 tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 179 għandu japplika għar-rapport tat-test tal-koeffiċjent tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni individwali (fattur-c).
Ir-rapport tat-test tal-koeffiċjent tas-sehem tal-ibbrejkjar bil-frizzjoni (fattur-c) individwali għandu jiġi ripetut kif applikabbli għal kull kejl ta’ vettura individwali.
Appendiċi 3
Rapport ta’ Dimostrazzjoni tal-Konformità tat-Tip ta’ Vettura
L-Appendiċi 3 tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 179 għandu japplika għar-rapport ta’ dimostrazzjoni tal-konformità tat-tip ta’ vettura.
ANNESS II
Approvazzjoni tat-TIP
1. INTRODUZZJONI
|
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali u tekniċi applikabbli għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-ibbrejkjar. |
2. REKWIŻITI ĠENERALI
|
2.1. |
Il-paragrafi 4 u 7 tar-Regolament tan-NU Nru 179 għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-ibbrejkjar imsemmija fl-Artikolu 4(1). |
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
|
3.1. |
Il-paragrafu 8 tar-Regolament tan-NU Nru 179 għandu japplika għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-ibbrejkjar. |
|
3.2. |
Il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-ibbrejkjar għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċijiet ta’ dan l-Anness. |
Appendiċi 1
MUDELL ta’ Dokument ta’ informazzjoni Nru
dwar l-approvazzjoni tat-tip fir-rigward tal-emissjonijiet tas-sistemi tal-ibbrejkjar
Dan il-Mudell ta’ Dokument ta’ Informazzjoni relatat mal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tas-sistemi tal-ibbrejkjar għandu jirrifletti l-mudell u l-informazzjoni tal-Mudell tad-Dokument ta’ Informazzjoni stabbilita fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 179.
L-informazzjoni stabbilita fl-Anness 1 tar-Regolament tan-NU Nru 179, fejn applikabbli, għandha tiġi pprovduta fi tliet kopji u tinkludi werrej. Kull disinn għandu jiġi pprovdut fi skala xierqa u b’dettall suffiċjenti fuq karta ta’ daqs A4 jew folder ta’ format A4. F’każ li jkun hemm xi ritratti, dawn għandhom ikunu f’dettall suffiċjenti.
Appendiċi 2
MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE
(Format massimu: A4 (210 × 297 mm))
ĊERTIFIKAT TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE SISTEMA TAL-IBBREJKJAR
Timbru tal-amministrazzjoni
Komunikazzjoni li tikkonċerna:
|
— |
l-approvazzjoni tat-tip tal-UE (1), |
|
— |
l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE (1), |
|
— |
ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE (1), |
|
— |
l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE (1), |
in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE: …Raġuni għall-estensjoni: …
TAQSIMA I
|
0.1. |
Marka (l-isem kummerċjali tal-manifattur): … |
|
0.2. |
Tip: … |
|
0.2.1. |
Isem/ismijiet kummerċjali (jekk disponibbli): … |
|
0.3. |
Mezz ta’ identifikazzjoni tat-tip jekk immarkat fuq il-vettura (2) |
|
0.3.1. |
Pożizzjoni ta’ dik il-marka: … |
|
0.4. |
Kategorija tal-vettura (3) |
|
0.5. |
Isem u indirizz tal-manifattur: … |
|
0.8. |
Isem/ismijiet u indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: … |
|
0,9 |
Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur(5): … |
TAQSIMA II
|
0. |
Identifikatur(i) tal-familja ta’ emissjonijiet tal-kantuniera tal-brejk kif definit fil-paragrafu 7. tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
|
1. |
Informazzjoni addizzjonali (fejn applikabbli): |
|
2. |
Is-servizz tekniku responsabbli għall-ħruġ tar-rapport ta’ dimostrazzjoni tal-konformità tat-tip ta’ vettura: … |
|
3. |
Data tar-rapport ta’ dimostrazzjoni tal-konformità tat-tip ta’ vettura: … |
|
4. |
Numru tar-rapport ta’ dimostrazzjoni tal-konformità tat-tip ta’ vettura: … |
|
5. |
Rimarki (jekk ikun hemm): |
|
6. |
Post: … |
|
7. |
Data: … |
|
8. |
Firma: …
Noti ta’ Spjegazzjoni
|
ANNESS III
PROĊEDURI TAT-TEST
1. INTRODUZZJONI
|
1.1. |
Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti ġenerali u tekniċi għall-proċeduri tat-test relatati mal-emissjonijiet ta’ partikoli tal-brejk. |
2. REKWIŻITI ĠENERALI
|
2.1. |
Ir-Regolament tan-NU Nru 179 għandu japplika għall-proċeduri tal-ittestjar imsemmija fl-Artikolu 4(1). |
3. REKWIŻITI TEKNIĊI
|
3.1. |
Il-proċeduri tat-test u l-metodoloġiji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċijiet ta’ dan l-Anness. |
Appendiċi 1
Eventi taċ-Ċiklu tal-Brejk tad-WLTP
L-Eventi taċ-Ċiklu tal-Brejk tad-WLTP għandhom jirriflettu l-Proċedura taċ-Ċiklu tal-Brejk tad-WLTP f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 179.
Appendiċi 2
Eventi tal-Brejkijiet taċ-Ċiklu tal-Brejk tad-WLTP
L-Eventi tal-Brejkijiet taċ-Ċiklu tal-Brejk tad-WLTP għandhom jirriflettu l-Proċedura tal- Eventi tal-Brejkijiet taċ-Ċiklu tal-Brejk tad-WLTP f’konformità mal-Appendiċi 2 tal-Anness 4 tar-Regolament tan-NU Nru 179.
Appendiċi 3
Metodu għall-Kejl u għall-Kalkolu tal-Koeffiċjenti tas-Sehem tal-Ibbrejkjar tal-Frizzjoni Speċifiċi għall-Vettura
Il-metodu għall-Kejl u għall-Kalkolu tal-Koeffiċjenti tas-Sehem tal-Ibbrejkjar tal-Frizzjoni Speċifiċi għall-Vettura għandu jirrifletti l-Metodu għall-Kejl u għall-Kalkolu tal-Koeffiċjenti tas-Sehem tal-Ibbrejkjar tal-Frizzjoni Speċifiċi għall-Vettura f’konformità mal-Anness 5 tar-Regolament tan-NU Nru 179.
ANNESS IV
LISTA TA’ TRASPARENZA
Tabella 1
Lista ta’ trasparenza 1 għas-sistemi tal-ibbrejkjar
|
1 |
Emissjonijiet tal-Kantuniera tal-Brejk (“BCE”) ID tal-fus ta’ quddiem |
test |
-- |
Kif imsemmi fil-paragrafu 7.2 tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
|
2 |
BCE ID tal-fus ta’ wara |
test |
-- |
Kif imsemmi fil-paragrafu 7.2 tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
|
3 |
Koeffiċjent (fattur c) tas-sehem tal-ibbrejkjar tal-frizzjoni individwali |
numru |
-- |
Kif imsemmi fil-paragrafi 7.1. u 7.2. tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
|
4 |
Konfigurazzjonijiet tal-laboratorju |
test |
-- |
Kif imsemmi fil-paragrafu 7.1.3. u fil-paragrafu 8. tar-Regolament tan-NU Nru 179” |
Tabella 2
Lista ta’ trasparenza 2 għas-sistemi tal-ibbrejkjar
|
Kamp |
Tip ta’ data |
Deskrizzjoni |
|
Emissjonijiet tal-Kantuniera tal-Brejk (“BCE”) ID tal-fus ta’ quddiem |
test |
Kif definit fil-paragrafu 7.2. tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
|
BCE ID tal-fus ta’ wara |
test |
Kif definit fil-paragrafu 7.2. tar-Regolament tan-NU Nru 179 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1762/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)