|
24.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 163/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-6 ta’ Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE biex tinkludi d-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord, fi Franza, fil-lista ta’ reġjuni ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2387)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/476/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi ta’ saħħa ta’ annimali li jolqtu l-kummerċ intrakomunitarju fil-bovini u s-swini (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula regoli applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali. L-Artikolu 9 ta’ dik id-Direttiva jipprevedi programmi nazzjonali obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed, inkluża l-marda Aujeszky, li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprovdi għall-Istati Membri biex jippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummisjoni li tikkonċerna l-istatus ta’ dak il-mard li jinsab fit-territorju tagħhom. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju ta’ ħnieżer rigward il-marda ta’ Aujeszky u kriterji biex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (2) fiha lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit fl-Anness I inkluż fiha. L-Anness II għad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinkludi lista ta’ Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn huwa stabbilit programm ta’ kontroll ta’ mard għal dik il-marda. |
|
(3) |
Programm għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky kien ġie implimentat fi Franza għal bosta snin u d-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord huma elenkati bħala reġjuni fejn huwa stabbilit programm approvat għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky. |
|
(4) |
Franza ressqet dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-istatus ħieles mill-marda ta’ Aujeszky tad-dipartimenti ta’ Côtes-d'Armor, Finistère, Ille-et-Vilaine, Morbihan u Nord li turi li l-marda ġiet eradikata minn dawk id-dipartimenti. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat id-dokumentazzjoni ppreżentata minn Franza u sabitha konformi ma’ l-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 64/432/KEE. Skond dan, dawk id-dipartimenti għandhom jiġu inklużi fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2008/185/KE jinbidlu bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).
ANNESS
“ANNESS I
Stati Membri jew reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta’ Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
CZ |
Ir-Repubblika Ċeka |
Ir-reġjuni kollha |
|
DK |
Id-Danimarka |
Ir-reġjuni kollha |
|
DE |
Il-Ġermanja |
Ir-reġjuni kollha |
|
FR |
Franza |
Id-dipartimenti ta' Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines |
|
CY |
Ċipru |
It-territorju sħiħ |
|
LU |
Il-Lussemburgu |
Ir-reġjuni kollha |
|
AT |
L-Awstrija |
It-territorju sħiħ |
|
SK |
Is-Slovakkja |
Ir-reġjuni kollha |
|
FI |
Il-Finlandja |
Ir-reġjuni kollha |
|
SE |
L-Iżvezja |
Ir-reġjuni kollha |
|
UK |
Ir-Renju Unit |
Ir-reġjuni kollha fl-Ingilterra, l-Iskozja u Galles |
“ANNESS II
Stati Membri jew reġjuni tagħhom fejn programmi approvati għall-kontroll tal-marda ta’ Aujeszky huma stabbiliti
|
Kodiċi ISO |
Stat Membru |
Reġjuni |
|
BE |
Il-Belġju |
It-territorju sħiħ |
|
ES |
Spanja |
It-territorju tal-Komunitajiet Awtonomi ta' Galicia, País Vasco, Asturias, Cantabria, Navarra, La Rioja It-territorju tal-provinċji ta' León, Zamora, Palencia, Burgos, Valladolid u Ávila fil-Komunità awtonoma ta' Castilla y León. It-territorju tal-provinċja ta' Las Palmas fil-Gżejjer Kanarji |
|
IT |
L-Italja |
Il-provinċja ta' Bolzano |
|
NL |
L-Olanda |
It-territorju sħiħ |