|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2830 |
26.5.2026 |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta’ Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2025-2027
(C/2026/2830)
IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL,
FILWAQT LI JFAKKRU LI:
|
1. |
L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (1) tistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, fl-oqsma ta’ kompetenza rispettivi tagħhom, jimplimentaw l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ b'mod effettiv fl-UE kollha u fl-Istati Membri permezz ta' strumenti speċifiċi, inkluż il-Pjanijiet ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
|
2. |
L-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ hija bbażata fuq perjodi ta’ ħidma ta’ tliet snin li kull wieħed minnhom ikopri żewġ Triji ta’ Presidenzi. Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet għall-perjodi ta' ħidma rispettivi huma ppreżentati fil-Pjanijiet ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Dawk il-pjanijiet għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji gwida u l-prijoritajiet tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, kif ukoll jindirizzaw kwistjonijiet relatati maż-żgħażagħ f'konfigurazzjonijiet u korpi preparatorji oħra tal-Kunsill fl-oqsma politiċi rilevanti. |
|
3. |
Il-Pjanijiet ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ huma strumenti maħsuba biex jiggwidaw lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati kollha lejn il-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, inkluż id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (EUYD) u l-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ, li huma parti integrali mill-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
JIEĦDU NOTA LI:
|
4. |
Il-Kunsill ifassal il-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2025-2027) abbażi tal-informazzjoni li jirċievi mit-Triju ta' Presidenzi attwali: il-Polonja, id-Danimarka u Ċipru, u t-Triju suċċessiv l-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja. |
|
5. |
Il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ippreżentati f’dan il-Pjan ta’ Ħidma rivedut tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħta' tliet snin jirriflettu l-ħidma tat-Triju ta' Presidenzi attwali (il-Polonja, id-Danimarka u Ċipru) kif ukoll il-ħidma tat-Triju ta' Presidenzi li jmiss (l-Irlanda, il-Litwanja u l-Greċja). Dan il-pjan ta’ ħidma jkopri l-bqija tal-fażi ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027. |
|
6. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022 (2), flimkien mal-konklużjonijiet tal-Kunsill (3) adottati b'rispons għal dik il-Komunikazzjoni, u r-rapport tal-Kummissjoni (4) dwar l-evalwazzjoni interim tal-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019 – 2027 ikkontribwew għat-tisħiħ ulterjuri tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, b'mod partikolari billi aċċelleraw aktar il-ħidma favur il-kisba tal-objettivi ta' integrazzjoni taż-żgħażagħ u parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, fost oħrajn permezz tal-EUYD u bl-implimentazzjoni tal-verifika taż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. |
|
7. |
L-evalwazzjoni finali tal-programm Erasmus+ 2014-2020 u l-evalwazzjoni interim tal-programm Erasmus+ 2021-2027 (5) jenfasizzaw il-prestazzjoni tajba tal-programm fis-settur taż-żgħażagħ, fejn il-programm ikkontribwixxa għall-iżvilupp tal-ħiliet soċjali, ċiviċi u intraprenditorjali tal-parteċipanti u uża appoġġ immirat lejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, bis-saħħa ta’ strateġija ta’ inklużjoni ddedikata fil-perjodu 2014-2020 u tal-qafas tiegħu ta’ miżuri ta’ inklużjoni fil-perjodu 2021-2027. |
|
8. |
L-evalwazzjoni interim tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà 2021-2027 (6) tissottolinja l-impatt qawwi tiegħu f’termini tal-promozzjoni tal-inklużjoni, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ b’inqas opportunitajiet, id-diversità u l-parteċipazzjoni demokratika, u b'hekk isaħħaħ il-valuri Ewropej u s-sens ta’ identità Ewropea. |
|
9. |
Dawn is-sejbiet tal-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu taż-żewġ programmi kkontribwew għat-tħejjijiet għall-proposta Erasmus+ 2028-2034. |
|
10. |
Il-Kummissjoni tista’ tappoġġa u tikkomplementa l-azzjonijiet mill-Istati Membri li jinsabu f’dan il-Pjan ta’ Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ billi:
|
|
11. |
L-EUYD jeħtieġ li jkompli jevolvi u jikber f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar il-governanza tal-EUYD (10), l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u l-proposti mill-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ, b’mod partikolari billi:
|
|
12. |
Fl-2025 u l-2026, il-Kummissjoni qed tmexxi proċess ta’ smigħ u kokreazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha taż-żgħażagħ għat-tħejjija tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ lil hinn mill-2027, inkluż rieżami tal-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ. Dan il-proċess ser jinvolvi l-mobilizzazzjoni tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ, u ta' gruppi oħra, laqgħat u avvenimenti bħall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2026 u konsultazzjoni pubblika online, kif ukoll il-konsultazzjonijiet tal-11-il ċiklu tal-EUYD u l-11 u t-12-il ċiklu tal-Konferenzi tal-UE dwar iż-Żgħażagħ. |
|
13. |
L-eżiti tar-raba' Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (11) ospitata mill-Gvern ta' Malta f'Mejju 2025 – Aġenzija Żgħażagħ (l-aġenzija nazzjonali ta' Malta għaż-żgħażagħ) – u mill-Aġenzija għall-Programmi tal-Unjoni Ewropea (EUPA) għal Malta, flimkien mas-Sħubija taż-Żgħażagħ UE-Kunsill tal-Ewropa, jissottolinjaw il-valur u l-effettività tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u jirrikonoxxuha bħala pilastru ewlieni għall-futur tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
JISTIEDNU LILL-PRESIDENZI TAL-KUNSILL TAL-11 U T-12-IL ĊIKLI TAL-EUYD:
|
14. |
Jipprovdu opportunitajiet għall-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati fil-qasam taż-żgħażagħ biex jiddiskutu l-futur tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ wara l-2027, anke permezz tal-EUYD u b'appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea, sabiex ikun hemm l-aħjar sinerġiji possibbli mal-ġenerazzjoni l-ġdida ta' programmi u biex jintlaħqu l-objettivi doppji ta' parteċipazzjoni sinifikattiva taż-żgħażagħ u l-integrazzjoni taż-żgħażagħ. |
|
15. |
Filwaqt li jibnu fuq l-istrutturi u l-għarfien espert eżistenti, jappoġġaw Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li tkun sempliċi, immirata u komprensiva għall-ministeri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż iż-żgħażagħ infushom, filwaqt li jiżguraw effettività trażversali u jsejsuha fil-prinċipji tal-aċċessibbiltà, ir-rispett għad-diversità, l-inklużività, il-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika u l-involviment ċiviku. |
JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA BIEX, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FL-ISFERI TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM:
|
16. |
Jiżguraw konsultazzjoni transsettorjali, meta jkun possibbli, fl-istadju bikri tat-tfassil tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss u tal-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ, sabiex jiġi appoġġat aktar l-objettiv tal-integrazzjoni taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta’ politika bħala pilastru ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ tal-futur. |
|
Reviżjoni tal-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2025-2027 (1) |
|||||
|
Data |
Metodu ta' ħidma / strument |
Mira indikattiva u riżultati |
Għanijiet dwar iż-Żgħażagħ Relatati |
Rabta mal-Qafas li jistabbilixxi Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (2) |
Propost minn |
|
PL, DK, CY Suġġett ġenerali: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1 |
|||||
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar komunità ta’ żgħażagħ fl-Ewropa bbażata fuq il-valuri Ewropej għal Ewropa komuni u sikura |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
fost oħrajn: § 2, § 4, § 5 |
PL |
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Riżoluzzjoni tal-Kunsill li tirrieżamina l-linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ |
|
PL |
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Lublin, 2-5 ta' Marzu, 2025) |
Tisħiħ tal-identità Ewropea fost iż-żgħażagħ Ewropej abbażi tal-valuri tat-Trattat, twettiq tal-proċess ta’ konsultazzjoni tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ kif ukoll promozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet minn delegati taż-żgħażagħ |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
|
PL |
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Laqgħa tad-DĠ għaż-Żgħażagħ (Lublin, 5-6 ta' Marzu, 2025) |
Diskussjonijiet dwar il-futur tal-programmi tal-UE għaż-żgħażagħ, jiġifieri l-Erasmus+ u l-KES; rieżami tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027; integrazzjoni tal-perspettivi taż-żgħażagħ fit-tfassil ta' politika f'livell lokali, nazzjonali u Ewropew |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
|
PL |
|
27-28 ta’ Marzu 2025, Brussell |
L-ewwel laqgħa tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ |
Faċilitazzjoni tal-iskambji u l-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ dwar l-inizjattivi ta' politika li ġejjin. Matul l-ewwel laqgħa ta’ jumejn, il-parteċipanti tgħallmu dwar inizjattivi ewlenin għaż-żgħażagħ u tal-ħiliet, qasmu prattiki tajbin, u kkontribwew għall-iżvilupp tal-Istrateġija li jmiss għall-Ekwità Interġenerazzjonali u għall-futur tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
|
KUMM |
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Adozzjoni tar-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ |
|
|
§ 35 |
KUMM |
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Attività ta' tagħlim bejn il-pari dwar l-integrazzjoni taż-żgħażagħ |
Tqajjim ta' kuxjenza u skambju ta' esperjenzi dwar approċċi u mekkaniżmi għall-integrazzjoni taż-żgħażagħ, u r-rabta ma' Djalogu tal-UE msaħħaħ maż-Żgħażagħ |
|
§ 28 |
KUMM |
|
2025 (l-ewwel nofs) |
Ir-raba' Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ “Youthwork Xcelerate” (Malta, 28-30 ta' Mejju 2025) |
Ħidma favur proposta għal qafas strateġiku Ewropew biex tiġi implimentata l-politika dwar il-ħidma fost iż-żgħażagħ u tiġi rikonoxxuta l-prattika ta' kwalità għolja fil-ħidma fost iż-żgħażagħ |
|
§ 31 |
MT, Sħubija taż-Żgħażagħ UE-KtE, KUMM |
|
2025 (it-tieni nofs) |
Seminar/sessjoni ta' ħidma/webinar dwar ir-Rapport tal-UE dwar iż-Żgħażagħ |
Tqajjim ta' kuxjenza dwar informazzjoni ewlenija dwar il-progress tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ u s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ |
|
§ 35 |
KUMM |
|
8 ta’ Lulju 2025, Online |
It-tieni laqgħa tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ |
It-tieni laqgħa aġġornata dwar l-inizjattivi tal-UE għaż-żgħażagħ, inkluż id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ, il-verifika taż-żgħażagħ tal-Kummissjoni, id-Djalogi ta’ Politika maż-Żgħażagħ u l-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-President, filwaqt li jinġabar kontribut dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Istrateġija tal-UE għas-Soċjetà Ċivili. |
|
|
KUMM |
|
2025 (it-tieni nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ li tiffoka fuq il-programm Erasmus+ għall-perjodu 2028-2034 u fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-demokrazija (Copenhagen, 21-23 ta’ Settembru 2025) |
Żieda fil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-demokrazija |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #9: Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #11: Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u programmi Ewropej |
§ 33 |
DK |
|
2025 (it-tieni nofs) |
Laqgħa tad-DĠ għaż-Żgħażagħ li tiffoka fuq il-programm Erasmus+ li jmiss (2028-2034) u fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-demokrazija (Copenhagen, 22-23 ta’ Settembru 2025) |
Żieda fil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fid-demokrazija |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #9: Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #11: Organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u programmi Ewropej |
|
DK |
|
2025 (it-tieni nofs) |
Ħolqien ta’ taskforce mmexxija miż-żgħażagħ għar-reviżjoni tal-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ |
Żgurar li l-proċess tar-reviżjoni tal-Għanijiet Ewropej dwar iż-Żgħażagħ jitmexxa miż-żgħażagħ fl-istadji kollha, inkluż kemm l-abbozzar kif ukoll id-deċiżjonijiet dwar il-metodoloġija. It-taskforce inħolqot permezz ta’ sejħa miftuħa ġestita mill-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ. Il-Kummissjoni tipprovdi finanzjament u appoġġ loġistiku. L-ewwel laqgħa saret f’Diċembru 2025. |
L-Għanijiet kollha dwar iż-Żgħażagħ L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
§ 29, § 36 |
KUMM |
|
6 ta’ Novembru 2025, Online |
It-tielet laqgħa tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ |
Konsultazzjoni fil-qafas tal-proċess ta' kokreazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha għat-tħejjija tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss. It-tielet laqgħa rrieżaminat il-progress fl-inizjattivi ewlenin tal-UE għaż-żgħażagħ u l-prijoritajiet li ġejjin, inkluż it-tħejjijiet għall-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ għal wara l-2027. Il-partijiet ikkonċernati tgħallmu dwar il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE u ġew ikkonsultati dwar l-Inizjattiva dwar it-Trasferibbiltà tal-Ħiliet, li bħalissa għaddejja mill-proċess tal-Verifika taż-Żgħażagħ. |
|
|
KUMM |
|
2026 (l-ewwel nofs) April |
Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ 2026 |
Il-Kummissjoni Ewropea torganizza l-avveniment tal-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ kull sentejn biex tiċċelebra u tippromwovi l-involviment, il-parteċipazzjoni u ċ-ċittadinanza attiva taż-żgħażagħ. Din ser tinkludi wkoll laqgħa bi preżenza fiżika tal-gruppi ta’ ħidma nazzjonali għad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ. |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ |
§ 28 |
KUMM |
|
2026 (l-ewwel nofs) |
Riżoluzzjoni dwar il-Pjan ta' Ħidma tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2025-2027 (reviżjoni) |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ |
§ 36 |
CY |
|
2026 (l-ewwel nofs) |
Riżoluzzjoni dwar l-eżiti tal-11-il ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
§ 13a, § 14, § 29, § 36 |
CY |
|
2026 |
Laqgħa tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ (mill-inqas laqgħa waħda f'sena) |
Faċilitazzjoni tal-iskambji u l-konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ dwar l-inizjattivi ta' politika li ġejjin |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
|
KUMM |
|
2026 (l-ewwel nofs) |
Djalogu ta’ Politika maż-Żgħażagħ “Young Voices for the Ocean” (Ayia Napa, 19 ta’ Marzu 2026) |
Djalogu ta’ Politika maż-Żgħażagħ “Young Voices for the Ocean” mal-Kummissarji Kadis u Micallef fil-qafas tal-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
|
KUMM |
|
2026 (l-ewwel nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ (Nikosija, 17-20 ta’ Marzu 2026 u online) |
Konklużjoni tal-11-il ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ; diskussjoni dwar il-prijorità ta' CY (jiġifieri l-iżgurar li l-politiki jkunu adattati għaż-żgħażagħ) u l-futur tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ. Il-parteċipazzjoni tal-Kummissarji Kadis u Micallef tirrifletti l-objettivi tal-Għan dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ. |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
§ 10d, § 26 |
CY |
|
2026 (l-ewwel nofs) |
Laqgħa tad-DĠ għaż-Żgħażagħ (Nikosija, 19-20 ta’ Marzu 2026 u online) |
Diskussjonijiet dwar l-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ, u primarjament kif jista' jiġi żgurat li l-politiki fil-livell nazzjonali u tal-UE, kif ukoll il-futur tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, ikunu adattati għaż-żgħażagħ |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #1: Konnessjoni bejn l-UE u ż-żgħażagħ |
|
CY |
|
2026 (l-ewwel u t-tieni nofs) |
Konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ li jmiss |
Diversi konsultazzjonijiet maż-żgħażagħ huma ppjanati għal Marzu-Ottubru 2026 biex jiggwidaw il-ħidma fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ wara l-2027, billi jintuża wkoll il-proċess tal-EUYD |
|
§ 36 |
KUMM |
|
IE, LT, EL Suġġett ġenerali: Informazzjoni u djalogu kostruttiv Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4 |
|||||
|
2026 (it-tieni nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għoti ta' setgħa liż-żgħażagħ biex jinnavigaw u jirnexxu f’ambjent saturat bl-informazzjoni li qed jevolvi u li jippreżenta sfida |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv |
§ 29 |
IE |
|
2026 (it-tieni nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżgurar li ż-żgħażagħ fl-Ewropa jkollhom spazji sikuri u aċċessibbli biex jiltaqgħu, jinvolvu ruħhom u jagħmlu konnessjonijiet |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv |
§ 29 |
IE |
|
2026 (it-tieni nofs) |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ 27-30 ta’ Settembru 2026 |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u laqgħa tad-DĠ (poss.) Rakkomandazzjonijiet politiċi Skambju tal-aħjar prattiki |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ |
§ 26, § 28, § 34 |
IE, KUMM |
|
2026 (it-tieni nofs) |
Attività ta' tagħlim bejn il-pari dwar il-politika lokali dwar iż-żgħażagħ |
Sensibilizzazzjoni u skambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki dwar il-politika lokali dwar iż-żgħażagħ |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #3: Soċjetajiet inklużivi |
§ 28 |
BG |
|
2027 (l-ewwel nofs) |
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Għoti ta' Setgħa liż-Żgħażagħ fl-Era Diġitali: Żvilupp ta' Reżiljenza Psikoloġika, Ċivika u Demokratika fl-Ewropa |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv |
§ 6, § 34 |
LT |
|
2027 (l-ewwel nofs) |
Konferenza dwar l-iżgurar tar-reżiljenza taż-żgħażagħ fil-kuntest tad-diġitalizzazzjoni. |
Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ u laqgħa tad-DĠ (poss.) Rakkomandazzjonijiet politiċi Skambju tal-aħjar prattiki |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv |
§ 6, § 34 |
LT |
|
2027 |
Laqgħa tal-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ (mill-inqas laqgħa waħda f'sena) |
|
|
|
KUMM |
|
2027 (l-ewwel nofs) |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ wara l-2027 |
|
|
§ 11, § 13(a), § 15, § 26, § 36 |
KUMM |
|
2027 |
Attività ta' tagħlim bejn il-pari (is-suġġett għad irid jiġi deċiż) |
|
|
§ 29 |
KUMM |
|
2027 (it-tieni nofs) |
(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar it-12-il ċiklu tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv Għanijiet sekondarji li għandhom jiġu deċiżi mill-ESG tat-12-il ċiklu |
|
EL |
|
2027 (it-tieni nofs) |
Konferenza dwar l-għoti ta' setgħa liż-żgħażagħ biex ikunu utenti u produtturi kritiċi u responsabbli tal-informazzjoni (is-suġġett tal-konferenza għandu jiġi deċiż skont l-għanijiet sekondarji li għandhom jintgħażlu f’kollaborazzjoni mal-ESG tat-12-il ċiklu) |
Rakkomandazzjonijiet politiċi Skambju tal-aħjar prattiki |
L-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv Għanijiet sekondarji li għandhom jiġu deċiżi mill-ESG tat-12-il ċiklu |
§ 6, § 10(a), § 21 |
EL |
|
2027 (it-tieni nofs) |
Konferenza ministerjali informali jew laqgħa ta' livell għoli jew laqgħa tad-DĠ għaż-Żgħażagħ |
Skambju ta' ideat bejn id-DĠs dwar il-prijoritajiet EL |
It-tema tal-laqgħa tad-DĠ għandha tiġi deċiża skont il-prijoritajiet tal-Presidenza EL u tal-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #4: Informazzjoni u djalogu kostruttiv (12-il ċiklu) |
|
EL |
|
2027 (it-tieni nofs) |
(poss.) Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ wara l-2027 |
Approvazzjoni mill-Kunsill |
L-Għanijiet Ewropej kollha dwar iż-Żgħażagħ |
§ 6, § 10(a), § 11, § 13(a), § 15, § 21,§ 26, § 36 |
EL |
|
(1) Ikkompilata mill-Presidenza CY abbażi tal-informazzjoni preliminari li rċeviet mill-Kummissjoni u mit-Triji ta' Presidenzi PL-DK-CY u IE-LT-EL. (2) Ara r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 1). |
|||||
(1) Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1).
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, COM(2024) 1 final.
(3) Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-legat tas-Sena Ewropea taż-Żgħażagħ 2022, (ĠU C, C/2024/3543, 31.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3543/oj).
(4) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ 2019-2027, COM(2024) 162 final.
(5) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni interim tal-programm Erasmus+ 2021-2027 u l-evalwazzjoni finali tal-programm Erasmus+ 2014-2020, COM(2025) 395 final; Id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-evalwazzjoni interim tal-programm Erasmus+ 2021-2027 u l-evalwazzjoni finali tal-programm Erasmus+ 2014-2020, SWD(2025) 186 final.
(6) Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-evalwazzjoni interim tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 2021-2027 u l-evalwazzjoni finali tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà 2018-2020, COM/2025/144 final.
(7) Il-Grupp tal-Partijiet Ikkonċernati tal-UE fil-Qasam taż-Żgħażagħ - Portal Ewropew taż-Żgħażagħ - https://youth.europa.eu/strategy/euyouthstakeholdersgroup_mt
(8) Il-Bord Konsultattiv taż-Żgħażagħ għall-President - Portal Ewropew taż-Żgħażagħ - https://youth.europa.eu/strategy/pyab_mt
(9) Eurostat, Tfal u żgħażagħ, Tabella tal-Indikaturi taż-Żgħażagħ tal-UE.
(10) Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tirrieżamina l-linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (ĠU C, C/2025/3130, 2.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/rd/C/2025/3130/oj).
(11) https://pjp-eu.coe.int/en/web/youth-partnership/4th-european-youth-work-convention-
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2830/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)