|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3245 |
31.12.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3245
tad-19 ta’ Diċembru 2024
li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2976 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Ġermanja
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 71(3) u 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-deni tal-ħnieżer Afrikan huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali porċini miżmuma u selvaġġi u jista’ jkollu impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernata u fuq il-profittabbiltà tal-biedja li jikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu ċerti miżuri li jridu jittieħdu fil-każ ta’ konferma uffiċjali ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fl-annimali selvaġġi, inkluż id-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi. B’mod partikolari, dawk id-dispożizzjonijiet jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona infettata u l-projbizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali selvaġġi tal-ispeċijiet elenkati u tal-prodotti li joriġinaw minnhom. |
|
(3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 (4) jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, li jridu jiġu applikati għal perjodu ta’ żmien limitat mill-Istati Membri li huma elenkati, jew li għandhom żoni elenkati, fl-Annessi I u II tiegħu (l-Istati Membri kkonċernati). Dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistabbilixxi regoli dwar l-elenkar fil-livell tal-Unjoni taż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tiegħu wara t-tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, u regoli dwar l-elenkar fil-livell tal-Unjoni fl-Anness II tiegħu, wara tifqigħa ta’ dik il-marda fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard. |
|
(4) |
Barra minn hekk, fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru, l-Artikolu 3, il-punt (b), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-istabbiliment ta’ żona infettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 63 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(5) |
Il-Ġermanja infurmat lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni attwali tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fit-territorju tagħha, wara l-konferma ta’ tifqigħa ta’ dik il-marda f’annimal porċin selvaġġ fl-Istat ta’ Brandenburg fit-22 ta’ Novembru 2024 f’żona preċedentement ħielsa mill-mard. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 u mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, il-Ġermanja stabbiliet żona infettata, li fiha jiġu applikati l-miżuri ġenerali ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, biex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2976 (5) ġiet adottata malli waslet l-informazzjoni mingħand il-Ġermanja dwar dik it-tifqigħa fl-annimal porċin selvaġġ fl-istat ta’ Brandenburg ta’ dak l-Istat Membru. Fost l-oħrajn tipprevedi li l-Ġermanja trid tapplika l-miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard applikabbli għaż-żoni ristretti II kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u l-miżuri previsti fl-Artikolu 8(3) u (4) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fiż-żoni elenkati bħala żona infettata fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2976, flimkien mal-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikoli 63 sa 66 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2976 tapplika sal-21 ta’ Frar 2025. |
|
(7) |
Fil-każ tal-ewwel tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard, l-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jipprevedi l-elenkar ta’ dik iż-żona bħala żona infettata fil-Parti A tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Minħabba f’hekk, iż-żona infettata stabbilita mill-awtorità kompetenti tal-Ġermanja fl-Istat ta’ Bradenburg fil-Ġermanja jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2976 jenħtieġ li titħassar. |
|
(8) |
L-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 ġie emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2928 (6) wara l-bidliet fis-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Kroazja, il-Ġermanja, l-Italja, il-Litwanja u l-Polonja. Mid-data tal-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward ta’ dik il-marda f’ċerti Stati Membri evolviet. |
|
(9) |
Mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2928 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, kien hemm tifqigħa ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fil-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja u s-Slovakkja. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi tjiebet f’ċerti żoni tal-Latvja u tal-Polonja. |
|
(10) |
Wara dawn it-tifqigħat riċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimali porċini selvaġġi fil-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja u s-Slovakkja u filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, it-tqassim f’żoni f’dawn l-Istati Membri ġie vvalutat mill-ġdid u aġġornat f’konformità mal-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jistabbilixxi regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti I fil-każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma jew selvaġġi f’żona ta’ Stat Membru li tmiss ma’ żona fejn ma tkun ġiet ikkonfermata uffiċjalment l-ebda tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan. L-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi regoli speċjali għall-elenkar taż-żoni ristretti II jew taż-żoni infettati f’każ ta’ tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru. Barra minn hekk, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju li hemm fis-seħħ f’dawn l-Istati Membri ġew ivvalutati mill-ġdid u aġġornati. Dawn il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(11) |
Kull emenda fiż-żoni ristretti I, II u III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u fuq is-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Istat Membru kkonċernat, il-livell tar-riskju ta’ tixrid ulterjuri ta’ dik il-marda, kif ukoll il-prinċipji u l-kriterji bbażati fuq ix-xjenza għad-definizzjoni ġeografika tat-tqassim f’żoni minħabba d-deni tal-ħnieżer Afrikan kif stabbilit fil-linji gwida dwar id-deni tal-ħnieżer Afrikan żviluppati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri (7). Dawn l-emendi jenħtieġ li jqisu wkoll l-istandards internazzjonali, bħall-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (8) tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH, World Organisation for Animal Health) u l-ġustifikazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għat-tqassim f’żoni. |
|
(12) |
F’Diċembru 2024, ġiet osservata tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ fl-Istat ta’ Hessen fil-Ġermanja, f’żona elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità territorjali, f’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, din iż-żona tal-Ġermanja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I u hija affettwata b’din it-tifqigħa riċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness u hemm bżonn li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II ukoll jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(13) |
F’Novembru 2024 wkoll ġiet osservata tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ fir-Reġjun tal-Liguria fl-Italja, f’żona elenkata bħala żona ristretta II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Din iż-żona tal-Italja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, u hemm bżonn li l-konfini attwali taż-żona ristretta II u I ukoll jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(14) |
Barra minn dan, f’Novembru 2024, ġew osservati diversi tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi fir-Reġjun ta’ Opolskie fil-Polonja, f’żoni elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Dawn it-tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità territorjali, f’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dawn iż-żoni tal-Polonja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I affettwati b’dawk it-tifqigħat riċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, jenħtieġ li jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness u hemm bżonn li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II ukoll jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawn it-tifqigħat. |
|
(15) |
Barra minn hekk, f’Novembru 2024, ġew osservati żewġ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fir-reġjuni ta’ Pomorskie u ta’ Świętokrzyskie fil-Polonja, f’żoni li huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda li jinsabu qrib ħafna ta’ żoni li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness. Dawn it-tifqigħat ġodda tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f’annimali porċini selvaġġi jikkostitwixxu żieda fil-livell tar-riskju li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Dawk iż-żoni tal-Polonja li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, jenħtieġ li jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, u hemm bżonn li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II ukoll jiġu definiti mill-ġdid biex jitqiesu dawk it-tifqigħat. |
|
(16) |
Barra minn hekk, f’Diċembru 2024, ġiet osservata tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ fil-Kontea ta’ Nitriansky fis-Slovakkja, f’żona li hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Sabiex tkun żgurata l-kontinwità territorjali, f’konformità mal-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, din iż-żona tas-Slovakkja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I u hija affettwata b’din it-tifqigħa riċenti tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness u hemm bżonn li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II ukoll jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(17) |
Fl-aħħar, f’Diċembru 2024 ġiet osservata tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ fil-Kontea ta’ Nitriansky fis-Slovakkja, f’żona li hija elenkata bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, iżda qrib ħafna ta’ żona li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I f’dak l-Anness. Din it-tifqigħa l-ġdida tad-deni tal-ħnieżer Afrikan f’annimal porċin selvaġġ tikkostitwixxi żieda fil-livell tar-riskju, li jenħtieġ li tiġi riflessa f’dak l-Anness. Din iż-żona tas-Slovakkja li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, jenħtieġ li tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, u hemm bżonn li l-konfini attwali taż-żoni ristretti I u II ukoll jiġu definiti mill-ġdid biex titqies din it-tifqigħa. |
|
(18) |
Abbażi tal-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni pprovduti mil-Latvja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’ċerti żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Latvja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, iż-żona fil-kontea tal-Valkas fil-Latvja, li bħalissa hija elenkata bħala żona ristretta III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa tiġi elenkata bħala żona ristretta II f’dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’dawn iż-żoni ristretti III għal dawn l-aħħar tliet xhur, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. |
|
(19) |
Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni pprovduti mill-Polonja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’żoni ristretti III elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 22, 25 u 40 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, iż-żoni fil-Pomorskie u l-Kujawsko — ir-Reġjuni ta’ Pomorskie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti III fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti II f’dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma f’dawn iż-żoni ristretti III fl-aħħar tliet xhur, filwaqt li l-marda għadha preżenti fl-annimali porċini selvaġġi. |
|
(20) |
Minbarra dan, mill-informazzjoni u l-ġustifikazzjoni pprovduti mill-Polonja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri tal-kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi f’żoni ristretti II elenkati fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, iż-żoni fir-Reġjuni ta’ Podkarpackie u ta’ Mazowieckie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jiġu elenkati bħala żoni ristretti I f’dak l-Anness minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawk iż-żoni ristretti II għal dawn l-aħħar tnax-il xahar u għax dawk iż-żoni għadhom imissu maż-żoni ristretti II. |
|
(21) |
Apparti dan, abbażi tal-informazzjoni u tal-ġustifikazzjoni pprovduti mill-Polonja, u filwaqt li titqies l-effettività tal-miżuri ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan għall-annimali porċini selvaġġi f’żona ristretta I elenkata fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li qed jiġu applikati fil-Polonja f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64, 65 u 67 tiegħu, u f’konformità mal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji għad-deni tal-ħnieżer Afrikan stabbiliti fil-Kodiċi WOAH, ċerti żoni fir-Reġjuni Mazowieckie u Podkarpackie fil-Polonja, li bħalissa huma elenkati bħala żoni ristretti I fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 jenħtieġ li issa jitneħħew mil-lista ta’ dak l-Anness, minħabba n-nuqqas ta’ tifqigħat tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma u selvaġġi f’dawn iż-żoni ristretti I għal dawn l-aħħar tnax-il xahar. |
|
(22) |
Biex jitqiesu l-iżviluppi riċenti fis-sitwazzjoni epidemjoloġika tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni, u biex jiġu miġġielda b’mod proattiv ir-riskji assoċjati mat-tixrid ta’ dik il-marda, jenħtieġ li jiġu demarkati żoni ristretti ġodda ta’ daqs suffiċjenti għall-Ġermanja, l-Italja, il-Latvja, il-Polonja u s-Slovakkja u jiġu elenkati bħala żoni ristretti I u II fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594, u ċerti żoni ristretti I jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta’ dak l-Anness għall-Polonja. |
|
(23) |
Barra minn hekk, iż-żona infettata, fl-Istat ta’ Brandenburg fil-Ġermanja jenħtieġ li tiġi elenkata fil-Parti A tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594. |
|
(24) |
Peress li s-sitwazzjoni tad-deni tal-ħnieżer Afrikan hija dinamika ħafna fl-Unjoni, meta ġew demarkati dawn iż-żoni ristretti ġodda, tqieset ukoll is-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żoni tal-madwar. |
|
(25) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tad-deni tal-ħnieżer Afrikan, hu importanti li l-emendi li jridu jsiru fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 b’dan ir-Regolament jidħlu fis-seħħ mill-aktar fis possibbli. |
|
(26) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Tħassir tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2976
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2976 titħassar.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/594 tas-16 ta’ Marzu 2023 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll tal-mard għad-deni tal-ħnieżer Afrikan u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/605 (ĠU L 79, 17.3.2023, p. 65, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/594/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2976 tas-27 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim b’rabta mad-deni tal-ħnieżer Afrikan fil-Ġermanja (ĠU L, 2024/2976, 28.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2976/oj).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2928 tal-20 ta’ Novembru 2024 li jemenda l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 li jistabbilixxi miżuri speċjali ta’ kontroll għad-deni tal-ħnieżer Afrikan (ĠU L, 2024/2928, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2928/oj).
(7) L-Avviż tal-Kummissjoni rigward il-linji gwida dwar il-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-Unjoni (“linji gwida tal-ASF”) C/2023/7855 (ĠU C, C/2023/1504, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1504/oj).
(8) Il-Kodiċi Terrestri tal-WOAH, il-31 Edizzjoni, 2023. Il-Volumi I u II, ISBN 978-92-95121-74-4 https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
ANNESS
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/594 huma sostitwiti b’dan li ġej:
“ANNESS I
ŻONI RISTRETTI I, II U III
PARTI I
1. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Mecklenburg-Vorpommern:
|
|
Bundesland Hessen:
|
|
Bundesland Rheinland-Pfalz:
|
|
Bundesland Baden-Württemberg:
|
2. L-Estonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Hiiu maakond. |
3. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dienvidkurzemes novada, Nīcas pagasta daļa uz ziemeļiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Otaņķu pagasts, |
|
— |
Ropažu novada Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz rietumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes. |
4. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Békés vármegye 950150, 950250, 950350, 950450, 950550, 950650, 950660, 950750, 950850, 950860, 951050, 951150, 951250, 951260, 951350, 951450, 951460, 951550, 951650, 951750, 952150, 952250, 952350, 952450, 952550, 952650, 953250, 953260, 953270, 953350, 953450, 953550, 953560, 953950, 954050, 954060, 954150, 954950, 955050, 955550, 955650, 955750, 955760, 955950, 956050, 956060, 956150, 956160, 956250, 956350, 956450, 956550, 956650 és 956750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Bács-Kiskun vármegye 600150, 600850 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Budapest 1 kódszámú, vadgazdálkodási tevékenységre nem alkalmas területe, |
|
— |
Fejér vármegye 400150, 400250, 400351, 400352, 400450, 400550, 401150, 401250, 401350, 402050, 402350, 402360, 402850, 402950, 403050, 403450, 403550, 403650, 403750, 403950, 403960, 403970, 404650, 404750, 404850, 404950, 404960, 405050, 405750, 405850, 405950, |
|
— |
406050, 406150, 406550, 406650 és 406750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Győr-Moson-Sopron vármegye 100550, 100650, 100950, 101050, 101350, 101450, 101550, 101560 és 102150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye 750150, 750160, 750260, 750350, 750450, 750460, 750850, 750970, 750980, 751050, 751150, 751160, 751250, 751260, 751350, 751360, 751450, 751460, 751470, 751550, 751650, 751750, 751850, 751950, 752250, 752350, 752650, 752750, 752850, 752950, 753070, 753060, 753150, 753250, 753310, 753450, 753550, 753650, 753660, 753750, 753850, 753950, 753960, 754050, 754150, 754250, 754360, 754370, 754850, 755550, 755650 és 755750 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom vármegye 250150, 250250, 250450, 250460, 250550, 250650, 250750, 251050, 251150, 251250, 251350, 251360, 251650, 251750, 251850, 252250, kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest vármegye 571550, 572150, 572250, 572350, 572550, 572650, 572750, 572850, 572950, 573150, 573250, 573260, 573350, 573360, 573450, 573850, 573950, 573960, 574050, 574150, 574350, 574360, 574550, 574650, 574750, 574850, 574860, 574950, 575050, 575150, 575250, 575350, 575550, 575650, 575750, 575850, 575950, 576050, 576150, 576250, 576350, 576450, 576650, 576750, 576950, 577050, 577150, 577250, 577350, 577450, 577650, 578050, 578150, 578250, 578350, 578360, 578450, 578550, 579050, 580250 és 580450 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe. |
5. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
|
|
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie łódzkim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
6. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
in the district of Nové Zámky, the municipalities of Sikenička, Pavlová, Bíňa, Kamenín, Bruty, Salka, Malé Kosihy, Veľký Kýr, Černík, Michal nad Žitavou, Kmeťovo, Maňa, Trávnica, Bardoňovo, Pozba, Dedinka, Svodín, Strekov, Rúbaň, Dubník, |
|
— |
in the district of Komárno the municipalities of Svätý Peter, Hurbanovo, Dulovce, Pribeta, Bajč, Patince, Iža, Chotín, Marcelová, |
|
— |
in the district of Levice, the municipalities of Keť, Čata, Pohronský Ruskov, Hronovce, Zalaba, Malé Ludince, Šalov, Pastovce, Bielovce, Preseľany nad Ipľom, Slatina, Tešmak, Tehla, Lula, Veľký Ďur Plavé Vozokany, Málaš, Čaka, Farná, Veľké Ludince, Kuraľany, |
|
— |
the whole district of Ružomberok except municipalities included in zone II |
|
— |
in the district of Martin, municipalties of Blatnica, Folkušová, Necpaly, Belá-Dulice, Ďanová, Karlová, Laskár, Rakovo, Príbovce, Košťany nad Turcom, Socovce, Turčiansky Ďur, Kláštor pod Znievom, Slovany, Ležiachov, Benice, Vrícko, |
|
— |
in the district of Dolný Kubín, the municipalities of Kraľovany, Žaškov, Jasenová, Vyšný Kubín, Oravská Poruba, Leštiny, Osádka, Malatiná, Chlebnice, Krivá, |
|
— |
in the district of Tvrdošín, the municipalities of Oravský Biely Potok, Habovka, Zuberec, |
|
— |
in the district of Prievidza, the municipalities of Kľačno, Tužina, Nováky, Zemianske, Kostoľany, Nitrianske Sučany, Nitrica, Horné Vestenice, Dolné Vestenice, Nitrianske Pravno, Malinová, Lazany, Prievidza, Sebedražie, Koš, Bojnice, Kanianka, Poruba, |
|
— |
in the district of Nitra, the municipalities of Bádice, Žirany, Podhorany, Nitrianske Hrnčiarovce, Štitáre, Čechynce, Malý Cetín, Veľký Cetín, Vinodol, Branč, Ivánka pri Nitre, Ľudovítová, Kapince, Malé Zálužie, Hruboňovo, Šurianky, Výčapy-Opatovce, |
|
— |
in the district of Bánovce nad Bebravou, the municipalities of Chudá Lehota,Uhrovec, Miezgovce, Brezolupy, Dolné Naštice, Rybany, Pečeňany, Borčany, Šišov, Libichava, Veľké Hoste, Malé Hoste, Pochabany, Zlatníky, |
|
— |
in the district of Nové Mesto nad Váhom, the municipalities of Kálnica, Hôrka nad Váhom, Hrádok, Nová Lehota, Stará Lehota, Modrová, |
|
— |
in the district of Piešťany, the municipalities of Hubina, Morava nad Váhom, Banka, Ratnovce, Sokolovce, Piešťany, Drahovce, |
|
— |
in the district of Hlohovec, the municipalities of Jalšové, Horné Otrokovce, Horné Trhovište, Tekoľdany, Dolné Otrokovce, Dolné Trhovište, Merašice, |
7. L-Italja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Emilia-Romagna Region:
|
|
Toscana Region:
|
|
Lombardia Region:
|
|
Lazio Region:
|
|
Calabria Region:
|
|
In Basilicata Region:
|
|
In Campania Region:
|
8. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký kraj:
|
9. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Drama:
|
|
— |
in the regional unit of Kavala:
|
|
— |
in the regional unit of Xanthi:
|
|
— |
in the regional unit of Rodopi:
|
|
— |
in the regional unit of Evros:
|
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki:
|
|
— |
in the regional unit of Chalkidiki:
|
|
— |
in the regional unit of Pella:
|
|
— |
in the regional unit of Imathia:
|
|
— |
in the regional unit of Kozani:
|
|
— |
in the regional unit of Florina:
|
|
— |
in the regional unit of Kastoria:
|
|
— |
in the regional unit of Ioannina:
|
|
— |
in the regional unit of Thesprotia:
|
10. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Kroazja:
|
Karlovačka županija:
|
|
Sisačko-moslavačka županija:
|
|
Brodsko-posavska županija:
|
|
Osječko-baranjska županija:
|
11. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti I li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Joniškio rajono savivaldybės: Gaižaičių, Gataučių, Joniškio, Kriukių, Rudiškių, Satkūnų, Saugėlaukio, Skaistgirio, Žagarės seniūnijos, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybės: Ceikinių, Dūkšto, Ignalinos, Ignalinos miesto, Kazitiškio sen. rytinė dalis nuo 102 kelio, Linkmenų, Naujojo Daugėliškio, Mielagėnų, Rimšės, Tverečiaus, Vidiškių seniūnijos. |
|
— |
Panevėžio miesto savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybės: Krekenavos seniūnijos vakarinė dalis nuo Nevėžio upės, Miežiškių, Naujamiesčio, Raguvos, Upytės, Vadoklių, Velžio seniūnijos, Panevėžio seniūnijos pietinė dalis nuo Panevėžio miesto. |
PARTI II
1. Il-Bulgarija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Bulgarija:
|
— |
the whole region of Haskovo, |
|
— |
the whole region of Yambol, |
|
— |
the whole region of Stara Zagora, |
|
— |
the whole region of Pernik, |
|
— |
the whole region of Kyustendil, |
|
— |
the whole region of Plovdiv, |
|
— |
the whole region of Pazardzhik, |
|
— |
the whole region of Smolyan, |
|
— |
the whole region of Dobrich, |
|
— |
the whole region of Sofia city, |
|
— |
the whole region of Sofia Province, |
|
— |
the whole region of Blagoevgrad, |
|
— |
the whole region of Razgrad, |
|
— |
the whole region of Kardzhali, |
|
— |
the whole region of Burgas, |
|
— |
the whole region of Varna, |
|
— |
the whole region of Silistra, |
|
— |
the whole region of Ruse, |
|
— |
the whole region of Veliko Tarnovo, |
|
— |
the whole region of Pleven, |
|
— |
the whole region of Targovishte, |
|
— |
the whole region of Shumen, |
|
— |
the whole region of Sliven, |
|
— |
the whole region of Vidin, |
|
— |
the whole region of Gabrovo, |
|
— |
the whole region of Lovech, |
|
— |
the whole region of Montana, the whole region of Vratza. |
2. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Brandenburg:
|
|
Bundesland Sachsen:
|
|
Bundesland Hessen:
|
|
Bundesland Rheinland-Pfalz:
|
|
Bundesland Baden-Württemberg:
|
3. L-Estonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Estonja:
|
— |
Eesti Vabariik (välja arvatud Hiiu maakond). |
4. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Aizkraukles novads, |
|
— |
Alūksnes novads, |
|
— |
Augšdaugavas novads, |
|
— |
Ādažu novads, |
|
— |
Balvu novads, |
|
— |
Bauskas novads, |
|
— |
Cēsu novads, |
|
— |
Dienvidkurzemes novada Aizputes, Cīravas, Lažas, Durbes, Dunalkas, Tadaiķu, Vecpils, Bārtas, Sakas, Bunkas, Priekules, Gramzdas, Kalētu, Virgas, Dunikas, Vaiņodes, Gaviezes, Grobiņas, Rucavas, Vērgales, Medzes, Embūtes, Kalvenes, Kazdangas pagasts, Nīcas pagasta daļa uz dienvidiem no apdzīvotas vietas Bernāti, autoceļa V1232, A11, V1222, Bārtas upes, Aizputes, Durbes, Pāvilostas, Priekules, Grobiņas pilsēta, |
|
— |
Dobeles novada Annenieku, Bērzes, Bikstu, Dobeles, Īles, Jaunbērzes, Krimūnu, Lielauces, Vecauces, Vītiņu un Zebrenes pagasts un Dobeles un Auces pilsēta, Auru pagasta daļa uz Austrumiem no autoceļa P103 no Tērvetes pagasta robežas līdz pagriezienam uz mājām Eizenfeldes, uz Ziemeļiem no autoceļa no mājām Eizenfeldes līdz Lielsvēderi un Penkules pagasta robežai, Bēnes pagasta daļa uz Ziemeļiem no autoceļa P96 no Bēnes līdz Penkules pagasta robežai un uz Rietumiem no autoceļa V1113 no Bēnes līdz Ukru pagasta robežai, Naudītes pagasta daļa uz Ziemeļiem no Auru pagasta robežas līdz Naudītei un autoceļam V1124, uz Ziemeļiem no autoceļa V1140 un uz Ziemeļrietumiem no autoceļa V1127, Ukru pagasta daļa uz Rietumiem no autoceļa V1113 un uz Dienvidrietumiem no autoceļa V1103. |
|
— |
Gulbenes novads, |
|
— |
Jelgavas novads, |
|
— |
Jēkabpils novads, |
|
— |
Krāslavas novads, |
|
— |
Kuldīgas novads, |
|
— |
Ķekavas novads, |
|
— |
Limbažu novads, |
|
— |
Līvānu novads, |
|
— |
Ludzas novads, |
|
— |
Madonas novads |
|
— |
Mārupes novads, |
|
— |
Ogres novads, |
|
— |
Olaines novads, |
|
— |
Preiļu novads, |
|
— |
Rēzeknes novads, |
|
— |
Ropažu novada Garkalnes, Ropažu pagasts, Stopiņu pagasta daļa, kas atrodas uz austrumiem no autoceļa V36, P4 un P5, Acones ielas, Dauguļupes ielas un Dauguļupītes, Vangažu pilsēta, |
|
— |
Salaspils novads, |
|
— |
Saldus novads, |
|
— |
Saulkrastu novads, |
|
— |
Siguldas novads, |
|
— |
Smiltenes novads, |
|
— |
Talsu novads, |
|
— |
Tukuma novads, |
|
— |
Valkas novads, |
|
— |
Valmieras novads, |
|
— |
Varakļānu novads, |
|
— |
Ventspils novads, |
|
— |
Daugavpils valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jelgavas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Jūrmalas valstspilsētas pašvaldība, |
|
— |
Rēzeknes valstspilsētas pašvaldība. |
5. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Alytaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Alytaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Anykščių rajono savivaldybė, |
|
— |
Akmenės rajono savivaldybė, |
|
— |
Birštono savivaldybė, |
|
— |
Biržų miesto savivaldybė, |
|
— |
Biržų rajono savivaldybė, |
|
— |
Druskininkų savivaldybė, |
|
— |
Elektrėnų savivaldybė, |
|
— |
Ignalinos rajono savivaldybės: Didžiasalio seniūnija, |
|
— |
Jonavos rajono savivaldybė, |
|
— |
Joniškio rajono savivaldybės: Kepalių seniūnija, |
|
— |
Jurbarko rajono savivaldybė, |
|
— |
Kaišiadorių rajono savivaldybė, |
|
— |
Kalvarijos savivaldybės: Akmenynų, Liubavo seniūnijos, |
|
— |
Kauno miesto savivaldybė, |
|
— |
Kauno rajono savivaldybė, |
|
— |
Kazlų rūdos savivaldybė, |
|
— |
Kelmės rajono savivaldybė, |
|
— |
Kėdainių rajono savivaldybė, |
|
— |
Klaipėdos rajono savivaldybė, |
|
— |
Kupiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Kretingos rajono savivaldybė, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybės: Kapčiamiesčio, Kučiūnų, Noragėlių, Seirijų, Šventežerio, Veisiejų seniūnijos, |
|
— |
Mažeikių rajono savivaldybė, |
|
— |
Molėtų rajono savivaldybė, |
|
— |
Marijampolės savivaldybės: Liudvinavo seniūnijos šiaurinė dalis nuo Šešupės ir Dovinės upių, Igliaukos, Mokolų, Patašinės, Sasnavos, Marijampolės miesto seniūnijos, |
|
— |
Pagėgių savivaldybė, |
|
— |
Pakruojo rajono savivaldybė, |
|
— |
Panevėžio rajono savivaldybės: Krekenavos seniūnijos rytinė dalis nuo Nevėžio upės, Karsakiškio, Paįstrio, Ramygalos, Smilgių, seniūnijos, Panevėžio seniūnijos šiaurinė dalis nuo Panevėžio miesto, |
|
— |
Palangos miesto savivaldybė, |
|
— |
Pasvalio rajono savivaldybė, |
|
— |
Radviliškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Rietavo savivaldybė, |
|
— |
Prienų rajono savivaldybė, |
|
— |
Plungės rajono savivaldybė, |
|
— |
Raseinių rajono savivaldybė, |
|
— |
Rokiškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Skuodo rajono savivaldybė, |
|
— |
Šakių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šalčininkų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių miesto savivaldybė, |
|
— |
Šiaulių rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilutės rajono savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Šilalės rajono savivaldybė, |
|
— |
Švenčionių rajono savivaldybė, |
|
— |
Tauragės rajono savivaldybė, |
|
— |
Telšių rajono savivaldybė, |
|
— |
Trakų rajono savivaldybė, |
|
— |
Ukmergės rajono savivaldybė, |
|
— |
Utenos rajono savivaldybė, |
|
— |
Varėnos rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilkaviškio rajono savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus miesto savivaldybė, |
|
— |
Vilniaus rajono savivaldybė, |
|
— |
Visagino savivaldybė, |
|
— |
Širvintų rajono savivaldybė, |
|
— |
Zarasų rajono savivaldybė. |
6. L-Ungerija
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Ungerija:
|
— |
Borsod-Abaúj-Zemplén vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Fejér vármegye 403150, 403160, 403250, 403260, 403350, 404250, 404550, 404560, 404570, 405450, 405550, 405650, 406450 és 407050 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Hajdú-Bihar vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Heves vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe, |
|
— |
Jász-Nagykun-Szolnok vármegye 750250, 750550, 750650, 750750, 752150, 752450, 752460, 752550 és 752560 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Komárom-Esztergom vármegye 250350, 250850, 250950, 251450, 251550, 251950, 252050, 252150, 252350, 252450, 252460, 252550, 252650, 252750, 252850, 252860, 252950, 252960, 253050, 253150, 253250, 253350, 253450 és 253550 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Nógrád vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Pest vármegye 570150, 570250, 570350, 570450, 570550, 570650, 570750, 570850, 570950, 571050, 571150, 571250, 571350, 571650, 571750, 571760, 571850, 571950, 572050, 573550, 573650, 574250, 580050 és 580150 kódszámú vadgazdálkodási egységeinek teljes területe, |
|
— |
Szabolcs-Szatmár-Bereg vármegye valamennyi vadgazdálkodási egységének teljes területe. |
7. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie podlaskim:
w województwie mazowieckim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie podkarpackim:
|
|
w województwie małopolskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie świętokrzyskim:
|
|
w województwie lubuskim:
|
|
w województwie dolnośląskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
|
w województwie opolskim:
|
|
w województwie śląskim:
|
8. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
the whole district of Gelnica, |
|
— |
the whole district of Poprad |
|
— |
the whole district of Spišská Nová Ves, |
|
— |
the whole district of Levoča, |
|
— |
the whole district of Kežmarok, |
|
— |
the whole district of Michalovce, |
|
— |
the whole district of Medzilaborce |
|
— |
the whole district of Košice-okolie, |
|
— |
the whole district of Rožnava, |
|
— |
the whole city of Košice, |
|
— |
the whole district of Sobrance, |
|
— |
the whole district of Vranov nad Topľou, |
|
— |
the whole district of Humenné, |
|
— |
the whole district of Snina, |
|
— |
the whole district of Prešov, |
|
— |
the whole district of Sabinov, |
|
— |
the whole district of Svidník, |
|
— |
the whole district of Stropkov, |
|
— |
the whole district of Bardejov, |
|
— |
the whole district of Stará Ľubovňa, |
|
— |
the whole district of Revúca, |
|
— |
the whole district of Rimavská Sobota, |
|
— |
the whole district of Veľký Krtíš, |
|
— |
the whole district of Lučenec, |
|
— |
the whole district of Poltár, |
|
— |
the whole district of Zvolen, |
|
— |
the whole district of Detva, |
|
— |
the whole district of Krupina the whole municipalities not included in part III, |
|
— |
the whole district of Banska Stiavnica the whole municipalities not included in part III, |
|
— |
the whole district of Žarnovica, |
|
— |
the whole district of Banska Bystica, |
|
— |
the whole district of Brezno, |
|
— |
the whole district of Liptovsky Mikuláš, |
|
— |
in the district of Ružomberok, municipalities of Ružomberok, Liptovská Štiavnica, Štiavnička, Ludrová, Sliače, Likavka, Martinček, Lisková, Turík, Ivachnová, Liptovská Teplá, Liptovský Michal, Bešeňová, Kalameny, Lúčky, |
|
— |
the whole district of Trebišov, |
|
— |
the whole district of Zlaté Moravce, |
|
— |
in the district of Levice the municipality of Kozárovce, Kalná nad Hronom, Nový Tekov, Malé Kozmálovce, Veľké Kozmálovce, Tlmače, Rybník, Hronské Kosihy, Čajkov, Nová Dedina, Devičany, Bohunice, Pukanec, Uhliská, Hronské Kľačany, Starý Tekov, Podlužany, Horná Seč, Dolná Seč, Turá, Tekovský Hrádok, Vyšné nad Hronom, Žemliare, Starý Hrádok, Mýtne Ludany, Hontianska Vrbica, Zbrojníky, Jur nad Hronom, Šarovce, Beša, Jesenské, Ina, Lok, Horný Pial, Kukučínov, Bajka, Dolný Pial, Ondrejovce, Tekovské Lužany, Sazdice, Sikenica, Želiezovce, Plášťovce, Ipeľské Uľany, Nýrovce, Ipeľský Sokolec, Lontov, Kubáňovo, Dolné Semerovce, Vyškovce nad Ipľom, Hrkovce, Tupá, Horné Turovce, Veľké Turovce, Šahy, |
|
— |
the whole district Turčianske Teplice, |
|
— |
the whole district Žiar nad Hronom, |
|
— |
in the district of Prievidza, municipalties of Kamenec pod Vtáčnikom, Bystričany, Čereňany, Oslany, Horná Ves, Radobica, Handlová, Cígeľ, Podhradie, Lehota pod Vtáčnikom, Poluvsie, Pravenec, Nedožery-Brezany, Malá Čausa, Veľká Čausa, Lipník, Chrenovec-Brusno, Jalovec, Ráztočno, |
|
— |
the whole district of Partizánske, |
|
— |
in the district of Nitra, the municipalities of Pohranice, Hosťová, Kolíňany, Malý Lapáš, Dolné Obdokovce, Čeľadice, Veľký Lapáš, Babindol, Malé Chyndice, Golianovo, Klasov, Veľké Chyndice, Nová Ves nad Žitavou, Paňa, Vráble, Tajná, Lúčnica nad Žitavou, Žitavce, Melek, Telince, Čifáre, Horné Lefantovce, Dolné Lefantovce, Jelenec, |
|
— |
the whole district of Topoľčany, |
|
— |
in the district of Bánovce nad Bebravou, the municipalities of Nedašovce, Pravotice, Vysočany, |
|
— |
in the district of Nové Zámky, the municipalities of Mužla, Obid, Nána, Štúrovo, Gbelce, Belá, Šarkan, Ľuba, Kamenný most, Nová Vieska, Kamenica nad Hronom, Bajtava, Leľa, Chľaba, Malá nad Hronom, |
|
— |
in the district of Komárno, the municipalities of Kravany nad Dunajom, Búč, Bátorove Kosihy, Moča, Radvaň nad Dunajom, Virt, Šrobárová, Mudroňovo, Modrany. |
9. L-Italja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fl-Italja:
|
Piedmont Region:
|
|
Liguria Region:
|
|
Lombardia Region:
|
10. Iċ-Ċekja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fiċ-Ċekja:
|
Liberecký kraj:
|
11. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti II li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
|
— |
in the regional unit of Drama:
|
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
|
— |
in the regional unit of Kastoria:
|
|
— |
in the regional unit of Kozani:
|
|
— |
in the regional unit of Florina:
|
|
— |
in the regional unit of Pella:
|
PARTI III
1. L-Italja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fl-Italja:
|
Lombardia Region:
|
|
Piedmont Region:
|
2. Il-Litwanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Litwanja:
|
— |
Kalvarijos savivaldybės: Kalvarijos, Sangrūdos seniūnijos, |
|
— |
Lazdijų rajono savivaldybės: Būdviečio, Krosnos, Lazdijų miesto, Lazdijų, Šeštokų seniūnijos, |
|
— |
Marijampolės savivaldybės: Liudvinavo seniūnijos pietinė dalis iki Šešupės ir Dovinės upių, |
3. Il-Polonja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Polonja:
|
w województwie warmińsko-mazurskim:
|
|
w województwie pomorskim:
|
|
w województwie kujawsko - pomorskim:
|
|
w województwie wielkopolskim:
|
|
w województwie lubelskim:
|
|
w województwie zachodniopomorskim:
|
4. Ir-Rumanija
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fir-Rumanija:
|
— |
Zona orașului București, |
|
— |
Județul Constanța, |
|
— |
Județul Satu Mare, |
|
— |
Județul Tulcea, |
|
— |
Județul Bacău, |
|
— |
Județul Bihor, |
|
— |
Județul Bistrița Năsăud, |
|
— |
Județul Brăila, |
|
— |
Județul Buzău, |
|
— |
Județul Călărași, |
|
— |
Județul Dâmbovița, |
|
— |
Județul Galați, |
|
— |
Județul Giurgiu, |
|
— |
Județul Ialomița, |
|
— |
Județul Ilfov, |
|
— |
Județul Prahova, |
|
— |
Județul Sălaj, |
|
— |
Județul Suceava |
|
— |
Județul Vaslui, |
|
— |
Județul Vrancea, |
|
— |
Județul Teleorman, |
|
— |
Judeţul Mehedinţi, |
|
— |
Județul Gorj, |
|
— |
Județul Argeș, |
|
— |
Judeţul Olt, |
|
— |
Judeţul Dolj, |
|
— |
Județul Arad, |
|
— |
Județul Timiș, |
|
— |
Județul Covasna, |
|
— |
Județul Brașov, |
|
— |
Județul Botoșani, |
|
— |
Județul Vâlcea, |
|
— |
Județul Iași, |
|
— |
Județul Hunedoara, |
|
— |
Județul Alba, |
|
— |
Județul Sibiu, |
|
— |
Județul Caraș-Severin, |
|
— |
Județul Neamț, |
|
— |
Județul Harghita, |
|
— |
Județul Mureș, |
|
— |
Județul Cluj, |
|
— |
Județul Maramureş. |
5. Il-Ġermanja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Ġermanja:
|
Bundesland Hessen:
|
|
Bundesland Rheinland-Pfalz:
|
6. Il-Greċja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Greċja:
|
— |
in the regional unit of Drama
|
|
— |
in the regional unit of Serres:
|
|
— |
in the regional unit of Kilkis:
|
|
— |
in the regional unit of Thessaloniki:
|
|
— |
in the regional unit of Chalkidiki:
|
7. Is-Slovakkja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fis-Slovakkja:
|
— |
in the district of Levice the municipality of Hontianske Trsťany, Hokovce, Domadice, Santovka, Bory, Brhlovce, Žemberovce, Drženice, Bátovce, Pečenice, Jabloňovce, Levice, Krškany, Demandice, Horné Semerovce, Slatina, |
|
— |
in the district of Krupina the municipality of Súdovce, Lišov, Hontianske Moravce, Sudince, Ladzany, Sebechleby, Domaníky, Drážovce, Hontianske Tesáre, Terany, Dudince, Merovce, Rykynčice |
|
— |
in the district of Banská Štiavnica the municipality of Baďan |
8. Il-Kroazja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Kroazja:
|
Vukovarsko srijemska županija:
|
|
Brodsko-posavska županija
|
|
Osječko-baranjska županija
|
9. Il-Latvja
Iż-żoni ristretti III li ġejjin fil-Latvja:
|
— |
Dobeles novada Augstkalnes, Tērvetes, Penkules, Bukaišu pagasts, Auru pagasta daļa uz Rietumiem no autoceļa P103 no Tērvetes pagasta robežas līdz pagriezienam uz mājām Eizenfeldes, uz Dienvidiem no autoceļa no mājām Eizenfeldes līdz Lielsvēderi un Penkules pagasta robežai, Naudītes pagasta daļa uz Dienvidiem no Auru pagasta robežas līdz Naudītei un autoceļam V1124, uz Dienvidiem no autoceļa V1140 un uz Dienvidaustrumiem no autoceļa V1127, Bēnes pagasta daļa uz Dienvidiem no autoceļa P96 no Bēnes līdz Penkules pagasta robežai un uz Austrumiem no autoceļa V1113 no Bēnes līdz Ukru pagasta robežai, Ukru pagasta daļa uz Austrumiem no autoceļa V1113 un uz Ziemeļaustrumiem no autoceļa V1103. |
ANNESS II
ŻONI STABBILITI FIL-LIVELL TAL-UNJONI BĦALA ŻONI INFETTATI JEW ŻONI RISTRETTI, LI JINKLUDU ŻONI TA’ PROTEZZJONI U TA’ SORVELJANZA
(kif imsemmi fl-Artikoli 6(2) u 7(2))
Il-Parti A – Żoni stabbiliti bħala żoni infettati wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini selvaġġi fi Stat Membru jew f’żona preċedentement ħielsa mill-mard:
|
Żoni stabbiliti bħala żona infettata fil-Ġermanja kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||
|
BRANDENBURG Landkreis Oberhavel:
|
21.2.2025 |
Il-Parti B – Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, wara tifqigħa tad-deni tal-ħnieżer Afrikan fl-annimali porċini miżmuma fi Stat Membru jew f’żona preċendentement ħielsa mill-mard:
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3245/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)