Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU VI - IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - KAPITOLU I -DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI - Sezzjoni 1 - L-istituzzjonijiet - Subsezzjoni 5 - Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu III-371
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0161 - 0161
Artikolu III-371 Il-Qorti tal-Ġustizzja ma tkunx kompetenti li tiddeċiedi dwar il-legalità ta' att adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill skond l-Artikolu I-59 ħlief fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat minn determinazzjoni tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill u ħlief fir-rigward tad-disposizzjonijiet proċedurali li jinsabu f'dak l-Artikolu. Din it-talba għandha ssir fi żmien xahar mid-data ta' tali determinazzjoni. Il-Qorti għandha tiddeċiedi fi żmien xahar mid-data ta' dik it-talba. --------------------------------------------------