|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2562 |
27.9.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2562
tat-3 ta’ Ġunju 2024
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 fir-rigward ta’ ċerti kriterji għall-għażla tal-kampjuni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1644 (2) jistabbilixxi l-kriterji għall-għażla tal-kombinazzjonijiet speċifiċi tal-gruppi ta’ sustanzi u tal-gruppi ta’ komoditajiet għall-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali bbażati fuq ir-riskju għall-produzzjoni fl-Istati Membri. Abbażi tal-esperjenza prattika bl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644, ma hemm l-ebda sustanza rilevanti mill-grupp ta’ sustanzi A(3), il-punt (b) għall-ħalib mhux ipproċessat tal-bovini, tal-ovini u tal-kaprini u għall-għasel fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali bbażati fuq ir-riskju għall-produzzjoni fl-Istati Membri li għandha tiġi vverifikata. Barra minn hekk, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644, evolva l-kontenut tas-sottogruppi tas-sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati fl-annimali li jipproduċu l-ikel (“Sustanzi tal-Grupp A”) imsemmija fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament Delegat. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda sustanza rilevanti mill-grupp ta’ sustanzi A(3), il-punt (f) għal ċerti komoditajiet li trid tiġi vverifikata. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżit obbligatorju tal-kampjunar jitneħħa mit-tabella fl-Anness II, il-punt A.1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 għall-kombinazzjonijiet tal-gruppi ta’ sustanzi u tal-gruppi ta’ komoditajiet ikkonċernati. |
|
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 fih dispożizzjoni dwar is-sustanzi tal-Grupp A li tispeċifika l-kriterji għall-għażla tal-kombinazzjonijiet speċifiċi tal-gruppi ta’ sustanzi u tal-gruppi ta’ komoditajiet għall-pjanijiet ta’ sorveljanza nazzjonali aleatorji għall-produzzjoni fl-Istati Membri. Biex tittejjeb iċ-ċarezza ta’ dik id-dispożizzjoni, jenħtieġ li din tiġi fformulata mill-ġdid. |
|
(3) |
Abbażi tal-esperjenza prattika bl-applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644, ma hemm l-ebda sustanza rilevanti mill-grupp ta’ sustanzi B(1), il-punt (e) għall-gruppi kollha ta’ komoditajiet u l-ebda sustanza rilevanti mill-grupp ta’ sustanzi B(2) għall-ħalib mhux ipproċessat tal-bovini, tal-ovini u tal-kaprini fil-pjanijiet ta’ sorveljanza nazzjonali aleatorji għall-produzzjoni fl-Istati Membri li jridu jiġu vverifikati. Għalhekk, jenħtieġ li r-rekwiżit obbligatorju tal-kampjunar jitneħħa mit-tabella fl-Anness IV tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 għall-kombinazzjonijiet tal-gruppi ta’ sustanzi u tal-gruppi ta’ komoditajiet ikkonċernati. |
|
(4) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(5) |
Peress li r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 iridu jiġu inklużi fil-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali bbażati fuq ir-riskju u fil-pjanijiet ta’ sorveljanza nazzjonali aleatorji li jridu jitressqu lill-Kummissjoni għall-evalwazzjoni kull sena f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 (3), jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-ewwel darba għall-pjanijiet għas-sena 2025. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u IV tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1644 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti speċifiċi għat-twettiq tal-kontrolli uffiċjali fuq l-użu tas-sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati bħala prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf u tas-sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati u r-residwi tagħhom (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1644/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1646 tat-23 ta’ Settembru 2022 dwar arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fir-rigward tal-użu ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi awtorizzati bħala prodotti mediċinali veterinarji jew bħala addittivi tal-għalf u ta’ sustanzi farmakoloġikament attivi pprojbiti jew mhux awtorizzati u r-residwi tagħhom, dwar il-kontenut speċifiku tal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali pluriennali u l-arranġamenti speċifiċi għat-tħejjija tagħhom (ĠU L 248, 26.9.2022, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1646/oj).
ANNESS
L-Annessi II u IV tar-Regolament Delegat (UE) 2022/1644 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2562/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)