|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1281 |
27.6.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/1281
tas-26 ta’ Ġunju 2025
li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/233/PESK (1) li tistabbilixxi l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya). |
|
(2) |
Fis-26 ta’ Ġunju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1305 (2) li tadatta u testendi sat-30 ta’ Ġunju 2025 il-mandat ta’ EUBAM Libya. |
|
(3) |
Fis-16 ta’ April 2025, fil-kuntest tar-rieżami strateġiku tal-EUBAM Libya, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel li l-mandat ta’ dik il-missjoni jenħtieġ li jiġi estiż b’sentejn. |
|
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/233/PESK tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
EUBAM Libya ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif jinsab fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/233/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13(1) jiżdied is-subparagrafu li ġej: “L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa ta’ EUBAM Libya mill-1 ta’ Lulju 2025 sat-30 ta’ Ġunju 2027 għandu jkun ta’ EUR 51 969 371,38.” ; |
|
(2) |
l-Artikolu 16, huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 16 Dħul fis-seħħ u żmien Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2027.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2025.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
A. SZŁAPKA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/233/PESK tat-22 ta’ Mejju 2013 dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 138, 24.5.2013, p. 15, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/233(1)/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1305 tas-26 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/233/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri fil-Libja (EUBAM Libya) (ĠU L 161, 27.6.2023, p. 68, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1305/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/1281/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)