|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/575 |
14.2.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/575
tas-7 ta’ Frar 2024
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona 3M tan-NAFO għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2023. |
|
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-bakkljaw fiż-żona 3M tan-NAFO mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2023. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2023 lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tal-bakkaljaw fiż-żona 3M tan-NAFO msemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord u jsiru rilokazzjoni, trażbord jew ħatt l-art tal-ħut minn dak l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Frar 2024.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
23/TQ194 |
|
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (L-Istati Membri kollha) |
|
Stokk |
COD/N3M. |
|
Speċi |
Bakkaljaw (Gadus morhua) |
|
Żona |
Żona NAFO 3M |
|
Data tal-għeluq |
It-22 ta’ Diċembru 2023 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/575/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)