|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4998 |
11.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12068 – PHILIPS / AMBULANZZENTRUM DES UKE / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4998)
1.
Fit-3 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ambulanzzentrum des UKE GmbH (“Ambulanzzentrum”, il-Ġermanja), |
|
— |
Philips GmbH (“Philips”, il-Ġermanja), |
|
— |
Athleticum am Volkspark GmbH (“JV”, il-Ġermanja). |
Ambulanzzentrum u Philips se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ JV.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Ambulanzzentrum hija sussidjarja kollha kemm hi ta’ Universitätsklinikum Hamburg-Eppendorf, KdöR (“UKE”). L-UKE huwa ċ-ċentru mediku universitarju u l-isptar tat-tagħlim tal-Università ta’ Hamburg u wieħed mill-akbar sptarijiet f’Hamburg, il-Ġermanja. L-Università ta’ Hamburg hija ssorveljata mill-Awtorità għax-Xjenza, ir-Riċerka, l-Ugwaljanza u d-Distretti tal-Belt Ħielsa u Anseatika ta’ Hamburg, |
|
— |
Philips huwa parti mill-grupp Koninklijke Philips N.V., li huwa attiv madwar id-dinja fil-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tas-saħħa personali (prodotti għall-konsumatur) u tas-sistemi tas-saħħa (teknoloġija medika). |
3.
L-attivitajiet kummerċjali ta’ JV se jkunu dawn: it-tħaddim ta’ ċentru tal-mediċina sportiv għall-kura ambulatorja fil-belt ta’ Hamburg, il-Ġermanja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12068 — PHILIPS / AMBULANZZENTRUM DES UKE / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4998/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)