|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2245 |
9.10.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2245
tat-8 ta’ Ottubru 2026
li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni bil-ħsieb li jippermetti l-imposta ta’ dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li informat lill-Istati Membri,
Billi:
|
(1) |
Fid- 9 ta’ Ottubru 2026 , il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu tal-ftuħ mill-ġdid ta’ investigazzjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza tat-3 ta’ Settembru 2026 fil-kawża C-319/24 P fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 (3). |
|
(2) |
Fis-sentenza tagħha tal-21 ta’ Frar 2024, fil-Kawża T-762/20) Sinopec Chongqing SVW u Oħrajn vs il-Kummissjoni (4), il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti Ġenerali”) annullat parzjalment ir-Regolament inkwistjoni sa fejn kien jikkonċerna r-rata tad-dazju anti-dumping li jaffettwa l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti PVA manifatturati u mibjugħa mill-Grupp Sinopec. |
|
(3) |
Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“QĠUE”) fil-kawża C-319/24 P Il-Kummissjoni vs Sinopec Chongqing SVW Chemicals u oħrajn tat-3 ta’ Settembru 2026 (5)ikkonfermat is-sejbiet tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali biss sa fejn kien jikkonċerna l-aġġustamenti ’l isfel għall-prezz tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament anti-dumping bażiku. B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament inkwistjoni ġie parzjalment annullat fir-rigward tal-kalkolu tar-rata tad-dazju anti-dumping li taffettwa l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti PVA manifatturati u mibjugħa mill-Grupp Sinopec. |
1. PRODOTT SOĠĠETT GĦAR-REĠISTRAZZJONI
|
(4) |
Il-prodott soġġett għar-reġistrazzjoni (“il-prodott ikkonċernat”) huwa ċerti alkoħols tal-polivinil kemm jekk fihom gruppi ta’ aċetat mhux idrolizzati kif ukoll jekk le, fil-forma ta’ reżini omopolimeri b’viskożità (imkejla f’soluzzjoni milwiema ta’ 4 % f’temperatura ta’ 20 °C) ta’ 3 mPa·s jew aktar iżda mhux aktar minn 61 mPa·s u grad ta’ idroliżi ta’ 80,0 mol% jew aktar iżda mhux aktar minn 99,9 mol%, it-tnejn imkejla skont il-metodu ISO 15023-2, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3905 30 00 (kodiċi TARIC 3905 30 00 91) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, manifatturati mill-Grupp Sinopec. |
2. REĠISTRAZZJONI
|
(5) |
Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat jistgħu jsiru soġġetti għar-reġistrazzjoni. |
|
(6) |
L-għan tar-reġistrazzjoni huwa li jiġi żgurat li d-dazji anti-dumping, jekk ikun hemm, ikunu jistgħu jiġu imposti b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni f’konformità mad-dispożizzjonijiet legali applikabbli jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Il-kundizzjonijiet għall-ġbir retroattiv tad-dazji, jekk ikun hemm, se jiġu vvalutati fir-regolament li jimponi dazji definittivi fi tmiem l-investigazzjoni miftuħa mill-ġdid. |
|
(8) |
Kwalunkwe obbligazzjoni futura tiġi mis-sejbiet tal-investigazzjoni finali. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni ma tqisx li huwa xieraq f’dan iż-żmien li tipprovdi ammont stmat ta’ obbligazzjoni futura. |
3. PROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
(10) |
Kwalunkwe data personali miġbura fil-kuntest ta’ din ir-reġistrazzjoni se tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati, skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036, biex jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 3905 30 00 (il-kodiċi TARIC 3905 30 00 91) manifatturati mill-Grupp Sinopec (Sinopec Chongqing SVW Chemical Co. Ltd u Sinopec Great Wall Energy & Chemical Ningxia Co.) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
2. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. L-awtoritajiet doganali nazzjonali ma għandhom jiddeċiedu dwar l-ebda applikazzjoni għal ħlas lura jew remissjoni tad-dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti manifatturati mill-Grupp Sinopec qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonkludi l-eżami mill-ġdid.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Notifika ta’ bidu dwar l-implimentazzjoni tas-sentenza tat-3 ta’ Settembru 2026 fil-Kawża C-319/24 P fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2026/5252, 9.10.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5252/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336 tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1336/oj).
(4) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2024, Sinopec Chongqing SVW Chemical u oħrajn vs Il-Kummissjoni, T-762/20, ECLI:EU:T:2024:113.
(5) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Settembru 2026, Il-Kummissjoni Ewropea vs Sinopec Chongqing SVW Chemical Co. Ltd u Oħrajn, C-319/24 P, ECLI:EU:C:2026:687.
(6) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39, http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1725/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2245/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)