52007PC0713(01)

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji /* KUMM/2007/0713 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 14.11.2007

KUMM(2007) 713 finali

2007/0241 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji

(preżentati mill-Kummissjoni)

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Bħala parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-ftuħ gradwali ta’ xi programmi u aġenziji Komunitarji għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi sħab ta’ l-ENP ( European Neighbourhood Policy - Politika Ewropea tal-Viċinat) jirrappreżenta waħda minn bosta miżuri maħluqa biex jippromwovu r-riforma, il-modernizzazzjoni u t-tranżizzjoni tal-viċinat ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan l-aspett ta’ politika huwa deskritt fil-qosor fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “l-istrateġija ġenerali biex il-pajjiżi sħab ta’ l-ENP jkunu jistgħu jieħdu sehem fl-aġenziji Komunitarji u fil-programmi Komunitarji”[1].

Il-Kunsill aċċetta din l-istrateġija fil-5 ta’ Marzu 2007[2].

Fuq il-bażi ta’ dik il-Komunikazzjoni u dawk il-konklużjonijiet, il-Kunsill, fit-18 ta’ Ġunju 2007, ħareġ direttivi lill-Kummissjoni biex tinnegozja Ftehimiet Qafas ma’ l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan, L-Eġittu, Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Moldovja, il-Marokk, l-Awtorità tal-Palestina, it-Tuneżija u l-Ukraina, dwar il-prinċipji ġenerali li jiggvernaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi Komunitarji[3].

Il-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2007[4] afferma mill-ġdid l-importanza suprema tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u aċċetta Rapport dwar il-Progress mill-Presidenza[5] li kien ġie sottomess fil-laqgħa tal-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni (GAERC - General Affairs and External Relations Council ) fit-18/19 ta’ Ġunju kif ukoll il-Konklużjonijiet tal-Kunsill relatati[6]. Dan ir-rapport semma d-Direttivi tal-Kunsill għan-negozjar ta’ protokolli addizzjonali rilevanti, u identifika lill-Iżrael, lill-Marokk u lill-Ukraina bħala li x’aktarx ikunu l-ewwel pajjiżi sħab li se jibbenefikaw minn dawn il-miżuri.

Minn dak iż-żmien tlestew in-negozjati ma’ l-Iżrael għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni. It-test tal-Protokoll innegozjat ma’ l-Iżrael huwa anness.

B’dan, il-Kummissjoni tissottometti proposti għal (1) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll u (2) Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll. Dan il-Protokoll fih Ftehim Qafas dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael fil-programmi Komunitarji. Fih stipulazzjonijiet standard li huma maħsuba li jiġu applikati għall-pajjiżi sħab kollha ta’ l-ENP li magħhom għandhom jiġu konklużi dawn il-protokolli. It-test innegozjat jippermetti wkoll lill-Partijiet japplikaw b’mod provviżorju d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-każ ta’ l-Iżrael.

Skond l-Artikolu 300(3) KE, il-Parlament Ewropew se jiġi mitlub jagħti l-kunsens tiegħu ghal dan il-Protokoll.

Il-Kunsill huwa mistieden jadotta dawn id-Deċiżjonijiet proposti.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Filwaqt li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu b’rabta ma’ l-ewwel u t-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2),

Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

1. Fit-18 ta’ Ġunju 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju ma’ l-Iżrael dwar Ftehim Qafas dwar il-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi Komunitarji.

2. Dawn in-negozjati ġew konklużi għas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni.

3. It-test tal-Protokoll innegozjat ma’ l-Istat ta’ l-Iżrael jipprovdi, fl-Artikolu 10, għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel ma jidħol fis-seħħ.

4. Bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u għandu jiġi applikat provviżorjament.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw, f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropea u l-Istati Membri tagħhom u l-Istat ta’ l-Iżrael, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael dwar l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji.

Artikolu 2

Dan il-Protokoll għandu jgħodd provviżorjament sa mid-data meta jiġi ffirmat, bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

2007/0241 (AVC)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 310 tiegħu b’rabta ma’ l-ewwel u t-tieni sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u l-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

5. Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra, ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha f’ [daħħal data tal-firma].

6. Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael dwar l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha. It-test tal-Protokoll huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

G ħall-Kunsill

Il-President

PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael dwar l-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni ta’ l-Istat ta’ Iżrael fil-programmi Komunitarji

IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunità”,

min-naħa l-waħda,

u

l-Istat ta’ l-Iżrael, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-Iżrael”,

min-naħa l-oħra

Billi:

7. L-Iżrael daħal fi Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra, fl-20 ta’ Novembru 1995 (Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 147/3 tal-21 ta’ Ġunju 2000).

8. Il-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tas-17/18 ta’ Ġunju 2004 laqa’ l-proposti tal-Kummissjoni għal Politika Ewropea dwar il-Viċinat (ENP - European Neighbourhood Policy ) u aċċetta l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2004.

9. F’bosta okkażjonijiet oħrajn, il-Kunsill adotta konklużjonijiet favur din il-politika.

10. Il-Kunsill, fil-5 ta’ Marzu 2007, esprima appoġġ għall-istrateġija ġenerali u globali deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006, COM (2006) 724 finali, sabiex l-isħab ta’ l-ENP jipparteċipaw fl-aġenzi Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn hekk jippermettu l-bażijiet legali.

11. L-Iżrael esprima x-xewqa li jipparteċipa f’għadd ta’ programmi Komunitarji.

12. It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi, inklużi l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ rapportar u ta’ l-evalwazzjoni, dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael f’kull programm partikolari għandhom jiġu ddeterminati bi ftehim bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, li taġixxi f’isem il-Komunità, u l-Iżrael,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Iżrael għandu jitħalla jipparteċipa fil-programmi Komunitarji kurrenti u futuri kollha miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael skond id-dispożizzjonijiet li jadottaw dawn il-programmi.

Artikolu 2

L-Iżrael għandu jikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi li fihom jipparteċipa l-Iżrael.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti ta’ l-Iżrael għandhom jitħallew jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jikkonċernaw lill-Iżrael, fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli li jimmonitorjaw il- programmi li l-Iżrael jikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.

Artikolu 4

Il-proġetti u l-inizzjattivi sottomessi mill-parteċipanti mill-Iżrael għandhom, sa fejn possibbli, ikunu soġġetti għall-istess kondizzjonijiet, regoli u proċeduri dwar il-programmi konċernati kif inhuma applikati għall-Istat Membri.

Artikolu 5

It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni ta’ l-Iżrael f’kull programm, b’mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri tar-rapportar u ta’ l-evalwazzjoni, għandhom ikunu ddeterminati bi ftehim bejn il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem il-Komunità, u l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Iżrael (Memorandum ta’ Fehim).

Jekk l-Iżrael japplika għall-assistenza esterna Komunitarja biex jipparteċipa fi programm partikolari Komunitarju fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija jew skond kwalunkwe Regolament simili li jipprovdi għall-assistenza esterna Komunitarja lill-Iżrael li tista’ tiġi adottata fil-futur, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Iżrael ta’ l-assistenza Komunitarja għandhom jiġu ddeterminati minn ftehim dwar l-iffinanzjar.

Artikolu 6

Kull Memorandum ta’ Ftehim għandu jistipula, skond ir-Regolament Finanzjarju tal-Komunità, li l-kontroll finanzjarju tal-verifiki jitwettaq minn, jew taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Ewropea, l-OLAF u l-Qorti ta’ l-Awdituri.

Għandu jkun hemm provvediment dettaljat għall-kontroll finanzjarju u l-verifika, għall-miżuri amministrattivi, għall-penali u għall-irkupru li jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-OLAF u lill-Qorti ta’ l-Awdituri jingħataw is-setgħat ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward ta’ benefiċjarji jew kuntratturi stabbiliti fil-Komunità.

Artikolu 7

Dan il-Ftehim Qafas (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) għandu jgħodd għall-perjodu li matulu jkun fis-seħħ il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra.

Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Komunità u mill-Iżrael skond il-proċeduri rispettivi tagħhom.

Kull Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja dan il-Ftehim b’notifika bil-miktub lill-Parti l-oħra. Dan il-Ftehim għandu jiġi mitmum sitt xhur wara d-data ta’ din in-notifika.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin wara li jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, u wara kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet Kontraenti jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim fuq il-bażi tal-parteċipazzjoni attwali ta’ l-Iżrael fi programm Komunitarju wieħed jew aktar.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim għandu jgħodd, min-naħa l-waħda, għat-territorji li fihom it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (jew it-trattat suċċessur tiegħu) jiġi applikat u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju ta’ l-Iżrael.

Artikolu 10

Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fihom il-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta’ mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex jidħol fis-seħħ.

Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li, irrispettivament mit-tlestija tal-proċeduri interni tagħhom, se japplikaw provviżorjament id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat, bla ħsara għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

Artikolu 11

Dan il-Ftehim huwa magħmul f’żewġ oriġinali f’kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Partijiet Kuntraenti.

Kull waħda mil-lingwi tat-testijiet hija awtentika indaqs.

Artikolu 12

Dan il-Ftehim għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta’ l-Iżrael min-naħa l-oħra.

Magħmul fi Brussell, [data]

Għall-Gvern ta’ l-Iżrael

Għall-Komunità Ewropea

[1] COM (2006) 724 finali ta’ l-4 ta’ Diċembru 2006.

[2] Il-Konklużjonijiet ta’ GAERC tal-5 ta’ Marzu 2007.

[3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (ristretta) li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja l-Protokolli […], Dok 10412/07.

[4] Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza – Brussell, 21/22 ta’ Ġunju 2007, Dok 11177/07.

[5] Ir-Rapport tal-Presidenza dwar il-Progress dwar “Insaħħu l-Politika Ewropea tal-Viċinat”, Dok 10874/07.

[6] Il-Konklużjonijiet dwar it-Tisħiħ tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, adottati mill-Kunsill (Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni) fit-18 ta’ Ġunju 2007, Dok 11016/07.