|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1196 |
23.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11291 – TAIYO NIPPON SANSO / ASTOMOS ENERGY / ASTOMOS RETAILING)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1196)
1.
Fit-8 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Idemitsu Kosan Co., Ltd (“Idemitsu Kosan”, il-Ġappun), |
|
— |
Mitsubishi Chemical Group Corporation (“Mitsubishi Chemical Group”, il-Ġappun), |
|
— |
Astomos Retailing Corporation (“AR”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Astomos Energy Corporation (“AE”, il-Ġappun), u finalment ikkontrollata minn Idemitsu Kosan; kif ukoll |
|
— |
Taiyo Nissan Energy Corporation (“TNE”, il-Ġappun), li finalment hija kkontrollata minn Mitsubishi Chemical Group. |
Idemitsu Kosan u Mitsubishi Chemical Group se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab kemm ta’ AR kif ukoll ta’ TNE wara l-fużjoni ta’ TNE u AR.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Idemitsu Kosan tippossjedi u topera pjattaformi taż-żejt u raffineriji taż-żejt, u hija attiva f’sustanzi kimiċi, materjali b’funzjoni għolja, elettriċità u enerġija rinnovabbli, u l-esplorazzjoni taż-żejt, tal-gass u tal-faħam; |
|
— |
Mitsubishi Chemical Group huwa attiv fil-kimiċi, fil-kura tas-saħħa u fil-materjali industrijali inklużi l-gassijiet industrijali; |
|
— |
AR hija attiva fil-bejgħ tal-LPG, tat-tagħmir tal-LPG u tal-faċilitajiet tal-LPG; kif ukoll |
|
— |
TNE hija attiva fil-bejgħ tal-LPG. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11291 – TAIYO NIPPON SANSO / ASTOMOS ENRGY / ASTOMOS RETAILING
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussell |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1196/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)