02014D0797 — MT — 01.01.2018 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2014/797/UE)

(ĠU L 330 15.11.2014, p. 48)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1854 tal-10 ta' Ottubru 2017

  L 265

17

14.10.2017




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta' Novembru 2014

li tawtorizza lir-Repubblika tal-Estonja biex tapplika miżura ta' deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) u l-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

(2014/797/UE)



Artikolu 1

B'deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Estonja hija awtorizzata li tillimita d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) rigward in-nefqa fuq vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet kummerċjali għal 50 %.

Artikolu 2

B'deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Estonja ma għandhiex tittratta l-użu għal skopijiet mhux kummerċjali ta' vettura tal-passiġġieri, inkluża fl-assi tan-negozju ta' persuna taxxabbli, bħala provvista ta' servizzi bi ħlas, fejn dik il-vettura kienet suġġetta għal limitazzjoni awtorizzata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 1 għandha tkopri x-xiri, il-kiri fit-tul, l-akkwist intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' vetturi tal-passiġġieri li ma jintużawx esklużivament għal skopijiet kummerċjali u n-nefqa relatata magħhom, inkluż ix-xiri ta' fjuwil.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika biss għal vetturi tal-passiġġieri b'piż massimu awtorizzat ta' mhux aktar minn 3 500  kilogramma u li għandhom mhux aktar minn tmien postijiet minbarra l-post tas-sewwieq.

Artikolu 5

L-Artikoli 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għall-kategoriji ta' vetturi tal-passiġġieri li ġejjin:

(a) vetturi mixtrija biex jerġgħu jinbiegħu, għall-kiri jew għall-kiri fit-tul;

(b) vetturi użati għat-trasport tal-passiġġieri għal tariffa, inklużi servizzi tat-taksi;

(c) vetturi użati biex jingħataw lezzjonijiet tas-sewqan.

▼M1

Artikolu 6

1.  Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2020.

2.  Kull talba għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni prevista f'din id-Deċiżjoni għandha titressaq lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu 2020 u għandha tiġi akkumpanjata minn rapport li jinkludi rieżami tal-persentaġġ stabbilit fl-Artikolu 1.

▼B

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.