European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/132

29.1.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/132

tat-28 ta’ Jannar 2025

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ referenza għal ċertifikati ta’ strumenti mużikali u spjegazzjonijiet għall-użu ta’ formoli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (1) u partikolarment l-Artikolu 19(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (2) jiġi allinjat mar-riżoluzzjonijiet rilevanti adottati jew emendati mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (“il-Konvenzjoni”).

(2)

F’konformità mar-Riżoluzzjoni CITES Konf. 16.8, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/57 (3) emenda l-Artikolu 1 u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 u l-Anness IV tiegħu, biex jippermetti li jinħarġu ċertifikati speċifiċi għal strumenti mużikali biex jiġu ssimplifikati l-movimenti transfruntiera mhux kummerċjali tagħhom.

(3)

Emenda simili hija meħtieġa biex l-Artikolu 2(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jiġi allinjat.

(4)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jistabbilixxi mudelli li għalihom iridu jikkorrispondu l-permessi, iċ-ċertifikati u d-dokumenti l-oħra stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 865/2006. Ir-Regolament (KE) Nru 865/2006 qed jiġi emendat fir-rigward tal-iskop tat-tranżazzjonijiet u l-kodiċijiet tas-sors. L-ispjegazzjonijiet għall-użu tal-formoli fl-Annessi I, II, III u V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emendi għaż-żewġ Regolamenti jeħtieġ japplikaw mill-istess jum.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kummerċ tal-Fawna u l-Flora Selvaġġi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2(4) jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-formoli li fuqhom il-folji ta’ kontinwazzjoni jitfasslu għal ċertifikati ta’ sjieda personali, ċertifikati ta’ wirja li tivvjaġġa u ċertifikati ta’ strumenti mużikali għandhom jikkonformaw mal-mudell stabbilit fl-Anness IV.”

(2)

L-Annessi I, II, III u V jiġu emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1997/338/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/792/oj).

(3)  

 

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/57 tal-15 ta’ Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 dwar ir-regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (ĠU L 10, 16.1.2015, p. 19, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/57/oj).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 792/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 13 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “1 — Oriġinali”, ir-ringieli D u A huma sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(b)

fil-punt 14 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “1 — Oriġinali”, ir-ringieli E, L, M, N u Z huma sostitwiti b’dan li ġej:

“E

Edukattiv. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ użu f’programmi edukattivi u ta’ taħriġ jew għall-wiri f’istituzzjoni b’mandat primarjament edukattiv.

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ trasferiment ta’ eżemplari bejn l-aġenziji tal-gvern, jew b’appoġġ għalihom, għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, ġudizzjarji jew forensiċi.

M

Mediku (inkluż riċerka bijo-medika). Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ttestjar mediku jew veterinarju, dijanjożi, trattament jew riċerka, inkluża r-riċerka bijomedika.

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ rinfurzar u ta’ introduzzjoni mill-ġdid f’firxa naturali u storika ta’ speċijiet, u għal introduzzjonijiet ta’ konservazzjoni, li jinkludu l-kolonizzazzjoni assistita u s-sostituzzjoni ekoloġika, barra mill-firxa naturali u storika tal-ispeċijiet.

Z

Żoos. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ċaqliq ta’ eżemplar lejn żoo u/jew akkwarju jew minn żoo u/jew akkwarju għall-wiri pubbliku, għall-kura, għar-riproduzzjoni, għall-edukazzjoni u għat-trawwim ta’ kuxjenza tal-pubbliku, għar-riċerka xjentifika, għas-salvataġġ, għar-riabilitazzjoni, jew għall-konservazzjoni.”

(c)

fil-punt 13 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “2 – Kopja għad-detentur”, ir-ringieli D u A huma sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(d)

fil-punt 14 tal- “Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “2 — Kopja għad-detentur”, ir-ringieli E, L, M, N u Z huma sostitwiti b’dan li ġej:

“E

Edukattiv. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ użu f’programmi edukattivi u ta’ taħriġ jew għall-wiri f’istituzzjoni b’mandat primarjament edukattiv.

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ trasferiment ta’ eżemplari bejn l-aġenziji tal-gvern, jew b’appoġġ għalihom, għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, ġudizzjarji jew forensiċi.

M

Mediku (inkluża r-riċerka bijomedika). Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ttestjar mediku jew veterinarju, dijanjożi, trattament jew riċerka, inkluża r-riċerka bijomedika.

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ rinfurzar u ta’ introduzzjoni mill-ġdid f’firxa naturali u storika ta’ speċijiet, u għal introduzzjonijiet ta’ konservazzjoni, li jinkludu l-kolonizzazzjoni assistita u s-sostituzzjoni ekoloġika, barra mill-firxa naturali u storika tal-ispeċijiet.

Z

Żoos Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ċaqliq ta’ eżemplar lejn żoo u/jew akkwarju jew minn żoo u/jew akkwarju għall-wiri pubbliku, għall-kura, għar-riproduzzjoni, għall-edukazzjoni u għat-trawwim ta’ kuxjenza tal-pubbliku, għar-riċerka xjentifika, għas-salvataġġ, għar-riabilitazzjoni, jew għall-konservazzjoni.”

(e)

fil-punt 13 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “3 — il-Kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ”, ir-ringieli D u A jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(f)

fil-punt 14 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “3 — il-Kopja li għandha tiġi rritornata mid-dwana lill-awtorità tal-ħruġ”, ir-ringieli E, L, M, N u Z jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“E

Edukattiv. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ użu f’programmi edukattivi u ta’ taħriġ jew għall-wiri f’istituzzjoni b’mandat primarjament edukattiv.

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ trasferiment ta’ eżemplari bejn l-aġenziji tal-gvern, jew b’appoġġ għalihom, għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, ġudizzjarji jew forensiċi.

M

Mediku (inkluż riċerka bijo-medika). Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ttestjar mediku jew veterinarju, dijanjożi, trattament jew riċerka, inkluża r-riċerka bijomedika.

N

Ri-introduzzjoni jew introduzzjoni fl-ambjent naturali. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ rinfurzar u ta’ introduzzjoni mill-ġdid f’firxa naturali u storika ta’ speċijiet, u għal introduzzjonijiet ta’ konservazzjoni, li jinkludu l-kolonizzazzjoni assistita u s-sostituzzjoni ekoloġika, barra mill-firxa naturali u storika tal-ispeċijiet.

Z

Żoos. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ċaqliq ta’ eżemplar lejn żoo u/jew akkwarju jew minn żoo u/jew akkwarju għall-wiri pubbliku, għall-kura, għar-riproduzzjoni, għall-edukazzjoni u għat-trawwim ta’ kuxjenza tal-pubbliku, għar-riċerka xjentifika, għas-salvataġġ, għar-riabilitazzjoni, jew għall-konservazzjoni.”

(g)

fil-punt 13 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “4 — il-Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għal “5 — l-Applikazzjoni”, ir-ringieli D u A jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(h)

fil-punt 14 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “4 — il-Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għal “5 — l-Applikazzjoni”, ir-ringieli E, L, M, N u Z jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“E

Edukattiv. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ użu f’programmi edukattivi u ta’ taħriġ jew għall-wiri f’istituzzjoni b’mandat primarjament edukattiv.

L

Infurzar tal-liġi/ġudizzjarju/forensiku. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ trasferiment ta’ eżemplari bejn l-aġenziji tal-gvern, jew b’appoġġ għalihom, għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi, ġudizzjarji jew forensiċi.

M

Mediku (inkluż riċerka bijo-medika). Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ttestjar mediku jew veterinarju, dijanjożi, trattament jew riċerka, inkluża r-riċerka bijomedika.

N

Introduzzjoni mill-ġdid jew introduzzjoni fl-ambjent naturali. Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ rinfurzar u ta’ introduzzjoni mill-ġdid f’firxa naturali u storika ta’ speċijiet, u għal introduzzjonijiet ta’ konservazzjoni, li jinkludu l-kolonizzazzjoni assistita u s-sostituzzjoni ekoloġika, barra mill-firxa naturali u storika tal-ispeċijiet.

Z

Żoos Meta t-tranżazzjoni tkun għall-iskop ta’ ċaqliq ta’ eżemplar lejn żoo u/jew akkwarju jew minn żoo u/jew akkwarju għall-wiri pubbliku, għall-kura, għar-riproduzzjoni, għall-edukazzjoni u għat-trawwim ta’ kuxjenza tal-pubbliku, għar-riċerka xjentifika, għas-salvataġġ, għar-riabilitazzjoni, jew għall-konservazzjoni.”

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 9 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “1 — Oriġinali”, ir-ringieli D u A jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(b)

fil-punt 9 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “2 — Kopja għall-importatur”, ir-ringieli D u A jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(3)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 14 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “Oriġinali”, ir-ringiela A hija sostitwita b’dan li ġej:

“A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(b)

fil-punt 14 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għall-“Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għall-“Applikazzjoni”, ir-ringiela A tiġi sostitwita minn dan li ġej:

“A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(4)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 9 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għal “Oriġinali”, ir-ringieli D u A jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”

(b)

fil-punt 9 tal-“Istruzzjonijiet u spjegazzjonijiet” fejn jirreferu għall-“Kopja għall-awtorità tal-ħruġ”, u għall-“Applikazzjoni”, ir-ringieli D u A jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“D

Eżemplari ta’ speċijiet ta’ annimali elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali f’operazzjonijiet inklużi fir-reġistru tal-operazzjonijiet li jnisslu l-ispeċijiet tal-annimali fl-Appendiċi I għal skopijiet kummerċjali, li jinżamm mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom, u eżemplari ta’ speċijiet ta’ pjanti elenkati fl-Appendiċi I tal-Konvenzjoni li jitnisslu b’mod artifiċjali għal skopijiet kummerċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.

A

Pjanti mnissla b’mod artifiċjali f’konformità mal-Kapitolu XIII tar-Regolament (KE) Nru 865/2006, kif ukoll partijiet u derivattivi tagħhom.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/132/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)