Official Journal L 200 , 24/08/1995 P. 0052 - 0064
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 1995 li tipprovdi għal kampjuni taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ ħalib mhux maħdum, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib maħsuba għall-konsum tal-bniedem maħsuba biex jiġu aċċettati f’ċentri ta’ kollezzjoni, standardizzazzjoni, trattament jew proċessar (Test b'rilevanza ŻEE) 95/343/KE IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/46/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1992 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fuq is-suq tal-ħalib mhux maħdum, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib [1], kif l-aħħar emendata bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-Awstrija, il-Fillandja u l-Isvezja, u b’ mod partikolari l-Artikolu 23(2)(b) tiegħu, Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/340/KE [2] tistabbilixxi lista provvisorja ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tal-ħalib mhux maħdum, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib; Billi l-kondizzjonijiet applikabbli għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi tal-ħalib mhux maħdum, ħalib ittrattat bis-sħana u prodotti bbażati fuq il-ħalib maħsuba għall-konsum tal-bniedem għandhom ikunu mill-inqas daqs dawk imniżżla fil-Kapitolu II tad-Direttiva 92/46/KEE għall-produzzjoni tal-Komunità; Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/342/KE [3] tispeċifika t-tipi tat-trattamenti li għandhom ikunu applikati għall-ħalib u għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom it-theddida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer; Billi l-kampjun taċ-ċertifikat riferut fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 92/46/KEE għandu jkun fih deskrizzjoni tal-ħalib jew tal-prodott ibbażat fuq il-ħalib kopert miċ-ċertifikat, riferenzi rilevanti tal-Kapitolu II tad-Direttiva 92/46/KEE, għażla tal-lingwa jew il-lingwi li bihom huwa mħejji ċ-ċertifikat u għażla tal-kariga jew titolu tal-firmatarju; Billi għandha ssir dispożizzjoni l-ewwel għall-kampjun taċ-ċertifikat għall-ħalib mhux maħdum maħsub biex ikun aċċettat f’ċentru ta’ ġbir, ċentru ta’ standardizzazzjoni, stabbiliment ta’ trattament jew stabbiliment ta’ pproċessar, għall-kampjun taċ-ċertifikat għall-ħalib ittrattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib magħmula minn ħalib ittrattat bis-sħana jew prodotti bbażati fuq il-ħalib ittrattati bis-sħana maħsuba għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom theddida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, għall-kampjun taċ-ċertifikat ta’ ħalib ittrattat bis-sħana, prodotti bbażati fuq il-ħalib magħmula minn ħalib ittrattat bis-sħana jew prodotti bbażati fuq il-ħalib ittrattati bis-sħana maħsuba għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li fihom theddida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, u għall-kampjun taċ-ċertifikat għall-prodotti tal-ħalib mhux maħdum għall-konsum tal-bniedem; billi, minħabba n-natura differenti ta’ dawn il-prodotti, għandha ssir dispożizzjoni għall-kampjuni differenti taċ-ċertifikati tas-saħħa; Billi għandha ssir dispożizzjoni aktar tard għall-kampjun taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-ħalib mhux maħdum maħsub għall-konsum dirett tal-bniedem; Billi l-miżuri li hemm stabbiliti f’din id-Deċizjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-kampjun taċ-ċertifikat li hemm elenkat fl-Artikolu 23(2)(b) tad-Direttiva 92/46/KEE li jikkonċerna l-ħalib mhux maħdum minn pajjiżi terzi maħsub biex ikun aċċettat minn ċentru tal-ġbir, ċentru ta’ stardardizzazzjoni, stabbiliment tat-trattament jew stabbiliment ta’ l-ipproċessar u mbagħad biex jintuża għall-konsum tal-bniedem kif muri fl-Anness A ta’ din id-Deċiżjoni. Dan iċ-ċertifikat jista’ jintuża biss minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżla fil-kolonna A ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 95/340/KE. Artikolu 2 Il-kampjun taċ-ċertifikat li hemm elenkat fl-Artikolu 23(2)(b) tad-Direttiva 92/46/KEE li jikkonċerna l-ħalib ittrattat bis-sħana, il-prodotti bbażati fuq il-ħalib magħmula mill-ħalib ittrattat bis-sħana jew il-prodotti bbażati fuq il-ħalib ittrattati bis-sħana maħsuba għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li fihom m’hemmx theddida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jintwerew fl-Anness B ta’ din id-Deċiżjoni. Dan iċ-ċertifikat jista’ jintuża biss minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżla fil-kolonna B ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 95/340/KE. Artikolu 3 Il-kampjun taċ-ċertifikat li hemm elenkat fl-Artikolu 23(2)(b) tad-Direttiva 92/46/KEE li jikkonċerna l-ħalib ittrattat bis-sħana, il-prodotti bbażati fuq il-ħalib magħmula mill-ħalib ittrattat bis-sħana jew il-prodotti bbażati fuq il-ħalib ittrattat bis-sħana maħsuba għall-konsum tal-bniedem minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi li fihom hemm it-theddida tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jintwerew fl-Anness Ċ ta’ din id-Deċiżjoni. Dan iċ-ċertifikat jista’ jintuża minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżla fil-kolonna Ċ ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 95/340/KE. Artikolu 4 Il-kampjun taċ-ċertifikat li hemm elenkat fl-Artikolu 23(2)(b) tad-Direttiva 92/46/KEE li jikkonċerna l-prodotti tal-ħalib mhux maħdum minn pajjiżi terzi maħsuba għall-konsum tal-bniedem jintwerew fl-Anness D ta’ din id-Deċiżjoni. Dan iċ-ċertifikat jista’ jintuża biss minn pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi mniżżla fil-kolonna A ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni 95/340/KE. Artikolu 5 Sabiex ikun żgurat li l-kontrolli mniżżla fl-Artikolu 4(1) it-tielet inċiż tad-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE [4] jistgħu jinżammu, il-prodotti dettaljati fl-Artikoli 2, 3 u 4 għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tad-destinazzjoni: - l-isem tal-pajjiż li qed jesporta, - in-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment, - għall-prodotti mmanifatturati mill-ħalib mhux maħdum u li l-metodu tal-manifattura ma nkludiex xi trattament bis-sħana, il-kliem ‘minn ħalib mhux maħdum’, - għall-prodotti bbażati fuq il-ħalib li fihom jista’ jkun hemm żvilupp ta’ mikrobi, id-data sa meta għandu jintuża jew iż-żmien kemm idumu tajbin. Artikolu 6 Iċ-ċertifikati tas-saħħa riferuti fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 ikunu ċertifikati oriġinali nnumerati magħmula minn paġna waħda, mimlija kollha, ddatati u ffirmati mir-rappreżentant ta’ l-awtorita’ kompetenti responsabbli li tivverifika u tiċċertifika li l-ħalib mhux maħdum, il-ħalib ittrattat bis-sħana jew il-prodotti bbażati fuq il-ħalib iħarsu l-ħtiġijiet tad-Direttiva 92/46/KEE. Artikolu 7 1. Iċ-ċertifikati riferuti fl-Artikoli 1, 2, 3 u 4 għandhom jitħejjew f’mill-inqas lingwa waħda uffiċjali ta’ Stat Membru fejn isiru l-ispezzjonijiet. 2. Iċ-ċertifikat ikollu l-isem, il-kariga jew it-titolu u l-firma tar-rappreżentant ta’ l-awtorità kompetenti flimkien mat-timbru uffiċjali ta’ l-awtorità kompetenti f’kulur differenti minn dak tal-partikolarijiet l-oħra li jidhru fuq iċ-ċertifikat. Artikolu 8 Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mit-2 ta’ Frar 1996. Artikolu 9 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Lulju 1995. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 1. [2] Ara paġna 38 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [3] Ara paġna 50 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. [4] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS A +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS B +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS Ċ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- L-ANNESS D +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ +++++ TIFF +++++ --------------------------------------------------