<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑240/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0240</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:325">EU:C:2015:325</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR — KAWŻA C‑240/14</P><P>PRÜLLER-FREY</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Maciej Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑240/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Eleonore Prüller-Frey</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Norbert Brodnig,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Axa Versicherung AG</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Korneubourg (l-Awstrija)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru f’każ ta’ inċident</KEYWORD><KEYWORD>Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2027/97</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Titjira magħmula f’inġenju ultralight power driven li l-operatur tiegħu ma għandux liċenzja operattiva għas-servizzi bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Titjira li għandha l-istess punt ta’ tluq u nżul u magħmula bil-għan li tintwera proprjetà immobbli lil akkwirent eventwali</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 864/2007</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 18</KEYWORD><KEYWORD>Azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesgericht Korneubourg (it-tribunal reġjonali ta’ Korneubourg, l-Awstrija) tikkonċerna d-determinazzjoni tal-liġi li tapplika għal talba għal kumpens ta’ individwu, li jirrisjedi fl-Awstrija, magħmula kontra l-operatur ta’ inġenju tal-ajru u l-assiguratur tiegħu kontra r-responsabbiltà ċivili wara inċident fl-ajru li seħħ fi Spanja.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din it-talba hija interessanti doppjament mill-perspettiva tal-iżvilupp tad-dritt tal-Unjoni. Minn naħa waħda, hija toffri lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tippreċiża l-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni rispettivi tal-Konvenzjoni għall-Unifikazzjoni ta’ Ċerti Regoli għat-Trasport Internazzjonali bl-Ajru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Konvenzjoni konkluża f’Montreal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>, iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-<DATE ISO="19991209">9 ta’ Diċembru 1999</DATE> u approvata għan-nom tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 5, p. 491, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Konvenzjoni ta’ Montreal<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>). Il-konvenzjoni ta’ Montreal daħlet fis-seħħ, f’dak li jikkonċerna l-Komunità, fit-<DATE ISO="20040628">28 ta’ Ġunju 2004</DATE>.</P></NOTE> kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 2027/97 li jimplementa din il-konvenzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Regolament tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE>, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 489) kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 889/2002, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Regolament Nru 2027/97<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, hija tippermetti li tiġi ppreċiżata l-portata tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="199" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2007">ĠU L 199, p. 40</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, li tikkontempla l-azzjoni diretta kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Montreal</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) u 1(2) tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, intitolat il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din il-konvenzjoni tapplika għat-trasport internazzjonali ta’ persuni, bagalji jew merkanzija kollha mwettqa bl-ajruplani għall-ħlas. Tapplika ugwalment għal trasport b’xejn imwettaq permezz ta’ ajruplan minn impriża tat-trasport bl-ajru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet ta’ din il-konvenzjoni, l-espressjoni trasport internazzjonali tfisser kull trasport li fih, skont il-ftehim bejn il-partijiet, il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni, kemm jekk hemm waqfa fit-trasport jew transbord, jinstabu jew fit-territorji ta’ żewġ Stati Partijiet, jew fit-territorju ta’ Stat Parti wieħed, jekk hemm post miftiehem ta’ waqfien fit-territorju ta’ Stat ieħor, ukoll jekk dak l-Istat mhuwiex Stat Parti. It-trasport bejn żewġ punti fit-territorju ta’ Stat Parti wieħed mingħajr tali ftehim ta’ waqfien miftiehem fit-territorju ta’ Stat ieħor mhuwiex trasport internazzjonali għall-iskopijiet ta’ din il-konvenzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-Artikoli 17 u 21 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jirregolaw il-kumpens f’każ ta’ mewt jew feriti li jsofri l-passiġġier.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 ta’ din il-konvenzjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Fit-trasport tal-passiġġieri, bagalji u merkanzija, kull azzjoni għal danni, tkun kif tkun fondata, kemm taħt din il-konvenzjoni jew taħt kuntratt jew delitt jew xort’oħra, tista’ tinġieb biss taħt il-kondizzjonijiet u limiti ta’ responsabbiltà kif stabbiliti f’din il-konvenzjoni, bla ħsara għall-kwistjoni dwar min huma l-persuni li għandhom id-dritt li jġibu l-azzjoni u x’inhuma d-drittijiet rispettivi tagħhom. F’kull azzjoni ta’ din ix-xorta, m’humiex rikoverabbli danni punitivi, eżemplari jew danni oħrajn non-kompensatorji.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 ta’ din l-istess konvenzjoni jistabbilixxi l-qrati kompetenti biex jisimgħu azzjonijiet biex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà skont l-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 2027/97/KEE jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Dan ir-Regolament jimplimenta d-dispożizzjonijiet relevanti tal-Konvenzjoni ta’ Montreal fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru u jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet supplimentari. Jestendi wkoll l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għat-trasport bl-ajru fi ħdan Stat Membru wieħed.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(b), ta’ dan ir-regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-fini ta’ dan ir-Regolament:</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Trasportatur bl-ajru Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, tfisser trasportatur bl-ajru b’liċenzja valida għall-eżerċizzju mogħtija minn Stat Membru skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19920723">23 ta’ Lulju 1992</DATE>, dwar liċenzjar ta’ air carriers (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 3).</P></NOTE>].<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2027/97 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru Komunitarju fir-rigward ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom tiġi regolata mid-dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Montreal pertinenti għal din ir-responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-operat ta’ servizzi tal-ajru ġewwa l-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 1008/2008<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="293" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2008">ĠU L 293, p. 3</REF.DOC.OJ>). Dan ir-regolament ħassar ir-Regolament Nru 2407/92 b’effett mill-<DATE ISO="20081101">1 ta’ Novembru 2008</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2, punti 4 sa 6, tar-Regolament Nru 1008/2008 jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA><PARAG IDENTIFIER="002.004"><NO.PARAG>4)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>servizz ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> tfisser titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru passiġġieri, tagħbija u/jew posta bi ħlas u/jew b’kiri;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.005"><NO.PARAG>5)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> tfisser tluq minn ajruport speċifikat lejn ajruport speċifiku tad-destinazzjoni;</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.006"><NO.PARAG>6)</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>titjira lokali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> tfisser titjira li ma tinvolvix ġarr ta’ passiġġieri, posta u/jew merkanzija bejn ajruporti differenti jew punti ta’ nżul awtorizzati oħrajn.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) u (3) tal-imsemmi regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-ebda impriża stabbilita fil-Komunità m’għandha titħalla ġġorr bl-ajru passiġġieri, posta u/jew merkanzija għal remunerazzjoni u/jew kiri sakemm hi ma tingħatax l-liċenzja operattiva xierqa.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra applikabbli tal-liġi Komunitarja, nazzjonali jew internazzjonali, il-kategorji li ġejjin ta’ servizzi ta’ l-ajru m’għandhomx ikunu suġġetti għar-rekwiżit ta’ liċenzja operattiva valida:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>servizzi ta’ l-ajru mwettqa minn inġenji ta’ l-ajru li ma jkunux power driven u/jew inġenji ta’ l-ajru ultralight power driven, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>titjiriet lokali.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Ruma II jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament, il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu irrispettivament mill-pajjiż fejn seħħ l-avveniment li wassal għad-dannu u irrispettivament mill-pajjiż jew pajjiżi fejn iseħħu l-konsegwenzi indiretti ta’ dak l-avveniment.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Madankollu, fejn kemm l-persuna allegatament responsabbli kif ukoll il-persuna li ssofri d-dannu ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument meta jseħħ id-dannu, il-liġi applikabbli għandha tkun il-liġi ta’ dak il-pajjiż.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 ta’ dan ir-regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Il-persuna li tkun sofriet id-dannu tista’ tressaq it-talba tagħha direttament kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli sabiex jipprovdi l-kumpens jekk hekk ikun previst mill-liġi applikabbli għall-obbligazzjoni mhux kuntrattwali jew mill-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20100830">30 ta’ Awwissu 2010</DATE>, E. Prüller-Frey, li hija r-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kienet involuta f’inċident viċin Jerez de la Frontera (Spanja) matul titjira f’gyroplane misjuq mill-proprjetarju tiegħu, Felix Preiss. It-titjira kellha bħala l-punti tat-tluq u tad-destinazzjoni tagħha l-ajruport ta’ Medina Sidonia (Spanja) u l-iskop tagħha kien li tiġi osservata l-proprjetà immobbli li tappartjeni lil F. Preiss li kienet ser tkun is-suġġett ta’ tranżazzjoni immobiljari.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mid-digriet tar-rinviju, il-polza ta’ asigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili li tkopri lill-gyroplane inkwistjoni kienet inħarġet mhux mill-proprjetarju tiegħu F. Preiss, imma minn N. Brodnig, bħala detentur tal-inġenju, mingħand kumpannija Ġermaniża Axa Versicherung AG. Din il-polza ta’ assigurazzjoni hija suġġetta għad-dritt Ġermaniż u tipprovdi għal estensjoni tal-ġurisdizzjoni favur il-qrati Ġermaniżi.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta wkoll li N. Brodnig ma huwiex impriża li għandu liċenzja bħala trasportatur bl-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>E. Prüller-Frey għandha r-residenza abitwali tagħha fl-Awstrija. Fiż-żmien tal-fatti, N. Brodnig kien iddikjara r-residenza tiegħu kemm fl-Awstrija u kif ukoll fi Spanja. Madankollu, mill-proċess jirriżulta li l-qorti tar-rinviju ttendi li tikkunsidra li l-partijiet fil-kawża prinċipali ma kellhomx ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess pajjiż fil-mument tal-inċident għall-finijiet tal-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Ruma II.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Quddiem il-qorti tar-rinviju, E. Prüller-Frey ippreżentat talba għall-kumpens għad-dannu li hija sofriet minħabba l-inċident ibbażata fuq ir-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> tal-konvenuti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-proċess, ir-rikorrenti ssostni fir-rikors fil-kawża prinċipali li l-qrati Awstrijaċi għandhom il-ġurisdizzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 44/2001<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Regolament tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE>, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Regolament Brussell I<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>). Dan ir-regolament ġie ssostitwit, b’effett mill-<DATE ISO="20150110">10 ta’ Jannar 2015</DATE>, bir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>), li ma japplikax, madankollu, għall-kawża prinċipali skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji previsti fl-Artikolu 66 tiegħu.</P></NOTE> u li d-dritt Awstrijak japplika skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Ruma II. Barra minn hekk, hija ssostni li għandha dritt li tippreżenta rikors dirett kontra l-assiguratur skont id-dritt Awstrijak.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont E. Prüller-Frey, Axa Versicherung AG tista’ titħarrek quddiem il-qorti Awstrijaka bħala ko-konvenuta u dan kemm skont l-Artikolu 6 tar-Regolament Brussell I, u kif ukoll skont l-Artikolu 11 tiegħu, dwar l-azzjoni diretta tal-persuna li tkun ġarrbet il-ħsara kontra l-assiguratur.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali jikkontestaw kemm il-ġurisdizzjoni Awstrijaka kif ukoll l-applikabbiltà tad-dritt Awstrijak, u dan billi jsostnu li d-dritt applikabbli huwa d-dritt Spanjol u li l-qorti inkwistjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni. Dwar il-possibbiltà li ssir azzjoni diretta kontra l-assiguratur, il-konvenuti fil-kawża prinċipali sostnew li la d-dritt Ġermaniż, li għalih hija suġġetta l-polza ta’ assigurazzjoni, u lanqas id-dritt Spanjol applikabbli ma jippermettu tali azzjoni fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, minn ċertifikat li jattesta l-liġi barranija mitlub mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrenti fil-kawża prinċipali tkun permessa tippreżenta azzjoni diretta kontra l-assiguratur skont id-dritt Spanjol.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għalkemm jidher li ebda waħda mill-partijiet fil-kawża prinċipali ma invokat il-konvenzjoni ta’ Montreal, il-qorti tar-rinviju, madankollu, għandha ċerti dubji fir-rigward tal-applikabbiltà ta’ din il-konvenzjoni. Hija tistaqsi wkoll dwar is-sistema ta’ responsabbiltà applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, kemm fil-każ fejn tkun tapplika l-konvenzjoni ta’ Montreal kif ukoll f’każ li din ma tapplikax.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Landesgericht Korneubourg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja s-segwenti domandi preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(a) u (ċ) tar-Regolament [Nru 2027/97], l-Artikolu 3(ċ) u (g) tar-Regolament [785/2004<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040421">21 ta’ April 2004</DATE>, dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 160).</P></NOTE>] kif ukoll l-Artikolu 1(1) tal-Konvenzjoni [ta’ Montreal] għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-talba għal kumpens tal-persuna leża</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>li kienet tinsab fuq inġenju tal-ajru li kellu bħala postijiet ta’ tluq u ta’ nżul l-istess post li jinsab fi Stat Membru,</P></ITEM><ITEM><P>li ġiet ittrasportata b’xejn mill-pilota,</P></ITEM><ITEM><P>għal titjira ta’ osservazzjoni mill-ajru ta’ proprjetà immobbli, fil-kuntest ta’ proġett ta’ tranżazzjoni ta’ immobbli mal-pilota, u</P></ITEM><ITEM><P>li sostniet feriti minħabba l-waqgħa tal-inġenju tal-ajru,</P></ITEM></LIST></P><P>għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] u fis-sens li d-dritt nazzjonali ma huwiex applikabbli?</P></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] u l-Artikolu 67 tar-Regolament [Nru 44/2001], għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kompetenza għall-istruttorja u għad-deċiżjoni fuq it-talba għal kumpens imsemmija fl-ewwel domanda għandha tiġi eżaminata biss abbażi tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni [ta’ Montreal]?</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="6"?><P>Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni [ta’ Montréal] u l-Artikolu 18 tar-Regolament [Ruma II] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu l-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-assiguratur għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(f) tat-Tieni Direttiva [88/357/KEE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>It-Tieni Direttiva Tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="19880622">22 ta’ Ġunju 1988</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 198).</P></NOTE>] u l-Artikolu 18 tar-Regolament [Ruma II] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet tal-azzjoni diretta tal-persuna leża msemmija fl-ewwel domanda kontra l-kumpannija ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili tal-awtur tad-dannu għandhom jiġu eżaminati abbażi tad-dritt ta’ tielet Stat, meta</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-<HT TYPE="ITALIC">lex loci delicti</HT> tipprevedi l-azzjoni diretta fil-liġi tagħha dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>il-partijiet fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jagħżlu d-dritt applikabbli, billi jindikaw l-ordinament ġuridiku ta’ tielet Stat,</P></ITEM><ITEM><P>u minn din l-għażla jirriżulta li d-dritt applikabbli huwa dak tal-Istat tas-sede tal-assiguratur, u meta</P></ITEM><ITEM><P>l-ordinament ġuridiku ta’ dan l-Istat jipprevedi wkoll l-azzjoni diretta fil-liġi tiegħu dwar il-kuntratt ta’ assigurazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju, datat <DATE ISO="20140512">12 ta’ Mejju 2014</DATE>, wasal fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20140515">15 ta’ Mejju 2014</DATE>. Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-Gvern Awstrijak, u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Iż-żamma ta’ seduta ntalbet b’mod motivat mill-konvenuti fil-kawża prinċipali kif ukoll mill-Gvern Franċiż, li ma kinux ipparteċipaw fil-proċedura bil-miktub. Il-partijiet fil-kawża prinċipali u partijiet interessati oħra pparteċipaw fis-seduta li nżammet fl-<DATE ISO="20150304">4 ta’ Marzu 2015</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Infakkar li l-konvenzjoni ta’ Montreal tagħmel parti integrali mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha ġurisdizzjoni li tiddeċiedi b’mod preliminari dwar l-interpretazzjoni tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza Wucher Helicopter u Euro-Aviation Versicherung (C‑6/14, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:122">EU:C:2015:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 33, u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-azzjonijiet għad-danni marbutin ma’ inċidenti li jseħħu waqt trasport bl-ajru, din il-konvenzjoni tirregola, b’mod esklużiv, id-determinazzjoni tal-qorti li għandu jkollha ġurisdizzjoni, kif ukoll ċerti aspetti materjali ta’ kumpens f’każ ta’ mewt jew feriment sofrut minn xi passiġġier. Jekk, min-naħa l-oħra, il-konvenzjoni ta’ Montreal ma tkunx applikabbli, id-determinazzjoni tal-qorti li għandu jkollha ġurisdizzjoni sseħħ skont ir-Regolament Brussell I, u l-qorti li jkollha ġurisdizzjoni teżamina t-talba għall-kumpens filwaqt li tapplika r-regoli tad-dritt nazzjonali indikati mir-regoli ta’ kunflitt.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-kwistjoni tal-applikazzjoni tal-konvenzjoni ta’ Montreal għandha tiġi qabel l-eżami tal-kwistjonijiet l-oħra mqajma mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Dwar l-applikabbiltà tal-konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Montreal (l-ewwel domanda)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf essenzjalment jekk il-konvenzjoni ta’ Montreal tapplikax għall-kawża prinċipali, meta t-titjira kellha bħala punti ta’ tluq u ta’ nżul l-istess ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u li l-passiġġiera ġiet ittrasportata b’xejn sabiex ittir minn fuq il-proprjetà immobiljari li tappartjeni lill-proprjetarju tal-inġenju tal-ajru bil-għan li ssir tranżazzjoni immobiljari fuqha.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-applikabbiltà tal-konvenzjoni ta’ Montreal għall-fatti fil-kawża prinċipali jidhrilha li tirriżulta mill-fatt li l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 2027/97 ġie estiż għal titjiriet magħmula ġewwa Stat Membru wieħed. Hija tosserva wkoll li, anki jekk din it-talba għal kumpens ma hijiex diretta kontra trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja, din it-talba tikkonċerna madankollu r-responsabbiltà marbuta mal-operat ta’ inġenju tal-ajru. Issa, ir-Regolament Nru 785/2004 jimponi l-ħruġ ta’ polza ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà mhux biss fuq it-trasportaturi bl-ajru, imma wkoll għal dawk li joperaw inġenju tal-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Il-konvenuti fil-kawża prinċipali, li intervjenew waqt is-seduta, sostnew, b’argument analogu għal dak propost mill-qorti tar-rinviju, li l-konvenzjoni ta’ Montreal fil-fatt tapplika.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-Gvern Awstrijak u l-Gvern Franċiż kif ukoll il-Kummissjoni jsostnu, għalkemm għal raġunijiet xi ftit differenti, li l-konvenzjoni ta’ Montreal ma tapplikax.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Il-Gvern Franċiż isostni li titjira li għandha l-istess punti ta’ tluq u nżul, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma tistax titqies li saret fil-kuntest ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>trasport bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Konvenzjoni ta’ Montreal u tar-Regolament Nru 2027/97. Inkwantu għall-partijiet l-oħra u persuni interessati l-oħra, dawn isostnu li l-Konvenzjoni ta’ Montreal ma tapplikax u dan billi jibbażaw ruħhom fuq il-fatt li t-titjira ma saritx minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>trasportatur bl-ajru<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> fis-sens tar-Regolament Nru 1008/2008.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Nosserva li l-konvenzjoni ta’ Montreal tapplika, skont l-Artikolu 1(1) tagħha, għal kull <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/><HT TYPE="ITALIC">trasport internazzjonali</HT> [<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Enfasi magħmula minni.</P></NOTE>] ta’ persuni, bagalji jew merkanzija kollha mwettqa bl-ajruplani għall-ħlas<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>L-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Nru 2027/97, li jimplementa l-Konvenzjoni ta’ Montreal fi ħdan l-ordinament ġuridiku tal-Unjoni jestendu l-applikazzjoni tagħha għat-titjiriet magħmula fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2027/97 jipprovdi, f’dan ir-rigward, li r-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru tal-Unjoni hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, mingħajr ma jagħmel distinzjoni bejn titjiriet internazzjonali u titjiriet nazzjonali ġewwa l-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 2(1)(b) ta’ dan ir-regolament jiddefinixxi t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[t]rasportatur bl-ajru [tal-Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, bħala li jfisser persuna li għandha liċenzja operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1008/2008<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Dan ir-regolament issostitwixxa r-Regolament Nru 2407/92 b’effett mill-<DATE ISO="20081101">1 ta’ Novembru 2008</DATE>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-qafas ta’ responsabbiltà previst fil-Konvenzjoni ta’ Montreal japplika għal titjiriet nazzjonali ġewwa l-Unjoni, meta tali titjiriet isiru minn trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja operattiva valida fis-sens tar-Regolament Nru 1008/2008.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 889/2002<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE>, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 6, p. 246). Din l-emenda seħħet wara l-konklużjoni tal-konvenzjoni ta’ Montreal.</P></NOTE>, l-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni ta’ Montreal għal titjiriet nazzjonali kienet motivata bil-fatt li l-ħolqien tas-suq intern tas-servizzi tal-avjazzjoni elimina d-distinzjoni bejn it-trasport internazzjonali u t-trasport nazzjonali ġewwa l-Unjoni u kien jiġġustifika t-twaqqif ta’ livell u natura ta’ responsabbiltà waħda<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-proposta tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 889/2002 [COM(2000) 340 tas-<DATE ISO="20000607">7 ta’ Ġunju 2000</DATE>, punt 3 tal-espożizzjoni tal-motivi], kif ukoll il-proposta tal-Kummissjoni li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Nru 2027/97 [COM(95) 724 tal-<DATE ISO="19951220">20 ta’ Diċembru 1995</DATE>, p. 4]. Ir-Regolament Nru 2027/97 kien jipprovdi, anki qabel il-konklużjoni tal-konvenzjoni ta’ Montreal, sistema ta’ responsabbiltà waħda għat-trasport nazzjonali u t-trasport internazzjonali ġewwa l-Komunità.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Issa, fil-kawża prinċipali, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li Brodnig ma kellux liċenzja ta’ trasportatur bl-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-titjira inkwistjoni ma hijiex milquta mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2027/97, u lanqas minn dawk tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, peress li din kienet titjira nazzjonali li ma ġietx operata minn trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja. Minn dan isegwi li t-talba għal kumpens inkwistjoni għandha tiġi eżaminata abbażi tad-dritt nazzjonali applikabbli wieħed, li jirriżulta mir-regoli ta’ kunflitt.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nosserva li miċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jirriżulta li N. Brodnig ma kienx obbligat li jkollu liċenzja ta’ trasportatur bl-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 jipprovdi li l-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ trasport bl-ajru ġewwa l-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jkollhom liċenzja operattiva. Madankollu, skont l-Artikolu 3(3)(a) u (b) tal-istess regolament, ċerti servizzi bl-ajru huma eżentati minn dan l-obbligu. Din l-eżenzjoni tapplika b’mod partikolari għas-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>servizzi ta’ l-ajru mwettqa minn inġenji ta’ l-ajru li ma jkunux power driven u/jew inġenji ta’ l-ajru ultralight power driven<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> u t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>titjiriet lokali<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>L-Artikolu 2, punt 4, tar-Regolament Nru 1008/2007 jiddefinixxi s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>servizz ta’ l-ajru<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>titjira jew serje ta’ titjiriet li jġorru passiġġieri, tagħbija u/jew posta [...]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. L-Artikolu 2, punti 5 u 6 ta’ dak ir-regolament jagħmel, barra minn hekk, distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>titjira<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, jiġifieri servizz li jimplika t-tluq minn ajruport speċifikat lejn ajruport speċifiku tad-destinazzjoni, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>titjira lokali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> — fejn dan l-aħħar servizz ma jinvolvix ġarr ta’ passiġġieri, posta u/jew merkanzija bejn ajruporti differenti.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dan hu l-każ tat-titjira inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u dan peress li tinvolvi titjira lokali li kellha l-istess punti ta’ tluq u nżul u li l-inġenju tal-ajru kkonċernat kien wieħed ultralight power driven.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-suespost, nikkunsidra li l-Artikoli 1 u 3(1) tar-Regolament Nru 2027/97 għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal-konvenzjoni ta’ Montreal ma japplikawx għal titjira nazzjonali li ma tiġix operata minn trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja operattiva fis-sens tar-Regolament Nru 1008/2008.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rabta bejn il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Montreal u r-Regolament Brussell I (it-tieni domanda)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-konklużjoni tiegħi dwar l-ewwel domanda, ma huwiex meħtieġ li tingħata risposta lit-tieni u t-tielet domandi preliminari, li tressqu biss fil-każ fejn tkun tapplika l-konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, jien ser neżaminahom fil-qosor f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-imsemmija konvenzjoni għandha tapplika.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi fuq ir-relazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal u dawk tal-Artikolu 67 tar-Regolament Brussell I.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Infakkar li l-imsemmi Artikolu 67 jipprovdi li r-Regolament Brussell I ma jippreġudikax l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu f’atti tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali armonizzat, li jiddeterminaw il-ġurisdizzjoni ġudizzjarja f’materji partikolari. Dan l-artikolu jipprevedi, għaldaqstant, espliċitament l-eżistenza ta’ regoli partikolari fir-rigward tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni tar-Regolament Brussell I.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, nosserva li l-Artikolu 67 tar-Regolament Brussell I jirreferi għal <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> li tinsab f’att ta’ dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, b’kuntrast mal-Artikolu 71 tal-istess regolament, li jikkonċerna r-regoli tal-ġurisdizzjoni ġudizzjarja li jinsabu fil-konvenzjonijiet li l-Istati Membri kienu diġà kontraenti fihom fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament u li jippermetti l-applikazzjoni tagħhom bil-kundizzjoni li ma jippreġudikawx il-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Brussell I<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara s-sentenzi TNT Express Nederland (C-533/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:243">EU:C:2010:243</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49), Nipponkoa Insurance Co. (Europe) (C-452/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:858">EU:C:2013:858</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 36) u Nickel &amp; Goeldner Spedition (C-157/13, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2145">EU:C:2014:2145</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 38).</P></NOTE>, l-Artikolu 67 ma huwiex mogħni b’xi kundizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jidhirli li huwa diffiċli li wieħed jikkontesta li l-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jikkostitwixxi tali <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT>, li tinsab f’att ta’ dritt tal-Unjoni, li teskludi l-applikazzjoni tar-regoli ġenerali ta’ ġurisdizzjoni previsti fir-Regolament Brussell I. Din l-esklużjoni tikkonċerna l-kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni ġudizzjarja li huma rregolati mill-Artikolu 33 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, jeħtieġ li jerġa’ jiġi eżaminat jekk l-Artikolu 33 japplikax għall-każ ta’ titjira magħmula ġewwa Stat Membru wieħed.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Gvern Awstrijak isostni, f’dan ir-rigward, li l-Konvenzjoni ta’ Montreal tapplika biss għat-trasport internazzjonali u li r-Regolament Nru 2027/97 ma jestendix il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ ġurisdizzjoni kkontemplati fl-Artikolu 33 tal-konvenzjoni, iżda dak biss tad-dispożizzjonijiet sostantivi.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jien m’iniex konvint minn din il-pożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2027/97, ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fil-konfront tal-passiġġieri u l-bagalji tagħhom hija rregolata mid-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>dispożizzjonijiet kollha tal-Konvenzjoni ta’ Montreal pertinenti għal din ir-responsabbiltà<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, dan ir-riferiment jolqot id-dispożizzjonijiet kollha tal-kapitolu III tal-Konvenzjoni ta’ Montreal dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru, inkluż dawk li jirrigwardaw ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni li jinsabu fl-Artikolu 33 ta’ din il-konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-Regolament Nru 2027/97 huwa intiż li jissuġġetta r-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru għal sett wieħed ta’ regoli, kemm għat-trasporti internazzjonali kif ukoll dawk nazzjonali ġewwa l-Unjoni. Dan l-għan jitlob interpretazzjoni wiesgħa tar-riferimenti msemmi fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni jagħmlu parti mis-soluzzjoni globali prevista mill-Konvenzjoni ta’ Montreal li hija intiża li telimina l-kunflitti tal-liġijiet u li tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà prevedibbli, billi tipproteġi lill-passiġġieri u tippermetti għaldaqstant lit-trasportaturi bl-ajru biex jiġġestixxu r-riskji bl-aħjar mod. Mill-perspettiva tal-istruttura tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, dawn ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni jinsabu flimkien mar-regoli sostantivi fil-kapitolu III, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru u dwar il-portata tal-kumpens għad-dannu.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif turi din il-kawża, l-integrazzjoni mill-qrib tar-relazzjonijiet ekonomiċi ġewwa s-suq intern ifisser li tilwima, anki jekk tkun qamet wara inċident li jseħħ waqt titjira nazzjonali, tista’ faċilment tikseb dimensjoni transkonfinali. Din il-kunsiderazzjoni tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ ġurisdizzjoni uniformi f’dak li jikkonċerna r-responsabbiltà marbutin mat-titjiriet nazzjonali u internazzjonali ġewwa l-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jiena tal-fehma li f’każ li l-Qorti tikkunsidra li l-Konvenzjoni ta’ Montreal u r-Regolament Nru 2027/9 japplikaw fil-kawża prinċipali, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tal-kawża prinċipali għandha tiġi stabbilita skont l-Artikolu 33 tal-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-rabta bejn il-Konvenzjoni ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Montreal u l-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II (it-tielet domanda)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi azzjoni diretta tal-parti leża kontra l-assiguratur tat-trasportatur bl-ajru.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Infakkar li din il-kwistjoni hija rilevanti biss f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra, b’kuntrast mal-pożizzjoni meħuda minni, li l-Konvenzjoni ta’ Montreal tapplika fiċ-ċirkustanzi bħalma huma dawk tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju titlaq mill-ipoteżi li, jekk il-Konvenzjoni ta’ Montreal tirregola b’mod eżawrjenti l-azzjonijiet għal kumpens li jirrigwardaw it-trasport bl-ajru, l-azzjoni diretta prevista mid-dritt nazzjonali ma tistax għaldaqstant issir.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Infakkar li l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal jistabbilixxi r-regola ta’ esklużività tas-sistema ta’ responsabbiltà li hija prevista hemmhekk, billi jipprovdi li kull azzjoni biex tiġi kkonstatata r-responsabbiltà skont din il-konvenzjoni tista’ tiġi eżerċitata biss taħt il-kundizzjonijiet u l-limiti ta’ responsabbiltà previsti mill-imsemmija konvenzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Madankollu, nosserva li l-Konvenzjoni ta’ Montreal tirregola biss ir-responsabbiltà ta’ trasportatur bl-ajru u mhux l-obbligu tal-assiguratur tar-responsabbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Konsegwentement, din il-konvenzjoni ma għandha ebda impatt fuq id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jagħtu lill-persuna leża d-dritt li tressaq azzjoni diretta kontra l-assiguratur tat-trasportatur bl-ajru responsabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni ta’ Montreal hija applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>bla ħsara għall-kwistjoni dwar min huma l-persuni li għandhom id-dritt li jġibu l-azzjoni u x’inhuma d-drittijiet rispettivi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Id-dritt tal-persuna leża li taġixxi kontra l-assiguratur ma hijiex għaldaqstant, fi kwalunkwe każ, affettwata mir-regola ta’ esklużività msemmija fl-Artikolu 29 imsemmi.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Konsegwentement, meta r-responsabbiltà tat-trasportatur bl-ajru hija rregolata mid-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Montreal, il-persuna leża għandha d-dritt li tressaq azzjoni diretta kontra l-assiguratur tat-trasportatur jekk il-liġi applikabbli skont l-alternattiva msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II tipprevedi tali dritt. Dan id-dritt jista’ jkun previst kemm mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni, kif ukoll mil-liġi li tkun applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, fin-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Montreal. Fi kliem ieħor, il-konvenzjoni ta’ Montreal ma taffettwax l-applikabbiltà taż-żewġ ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kundizzjonijiet ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ eżerċizzju tal-azzjoni diretta tal-persuna leża kontra l-assiguratur (ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, fuq il-punt dwar jekk l-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II jippermettix li tiġi eżerċitata azzjoni diretta tal-persuna leża kontra l-assiguratur, meta tali azzjoni hija prevista mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali iżda li l-kontraenti fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jkunu għażlu liġi applikabbli oħra.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fil-fatt, mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li l-Landesgericht Korneubourg ittendi li tikkunsidra li, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Ruma II, ir-responsabbiltà ta’ N. Brodnig hija rregolata mil-<HT TYPE="ITALIC">lex loci damni</HT>, jiġifieri, f’dan il-każ, id-dritt Spanjol<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Nosserva li għalkemm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali indikat, waqt is-seduta, li ma setax, f’dak l-istadju, ikun eskluż li d-dritt Awstrijak japplika skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Ruma II, xorta waħda jibqa’ l-fatt li hija biss il-qorti nazzjonali li għandha tiddeċiedi fuq dan is-suġġett.</P></NOTE>. Skont iċ-ċertifikat li jattesta l-liġi barranija mitlub mill-qorti tar-rinviju, id-dritt Spanjol jipprevedi l-possibbiltà li l-persuna leża tressaq azzjoni diretta kontra l-assiguratur fil-kundizzjonijiet tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva madankollu li l-kontraenti fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni ssuġġettaw lill-imsemmi kuntratt għall-applikazzjoni tad-dritt Ġermaniż. Hija tenfasizza l-importanza tal-prinċipju tal-għażla libera tal-liġi applikabbli, liema għażla hija possibbli fil-kuntratti ta’ assigurazzjoni li jkopri l-hekk imsejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>riskji għoljin<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, inkluż ir-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ inġenji tal-ajru<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>riskji għoljin<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> huma dawk imniżżla fl-Artikolu 5(d) tal-Ewwel Direttiva Tal-Kunsill ta’ l-<DATE ISO="19730724">24 ta’ Lulju 1973</DATE> dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6 Vol. 1, p. 14 , li fosthom insibu r-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ inġenju tal-ajru, fejn dan ir-riskju jaqa’ taħt il-fergħa 11 elenkata fil-punt A tal-Anness ta’ din id-direttiva [ara l-Artikolu 7(1)(f) tad-Direttiva 88/357].</P></NOTE>. Fil-fehma tagħha, is-sitwazzjoni tal-persuna leża ma tistax tkun iktar favorevoli minn dik tal-assigurat. Jekk il-kontraenti fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni ssuġġettawh għad-dritt Ġermaniż, din l-għażla għandu jkollha bħala konsegwenza li l-persuna leża ma tistax tibbenefika mid-dritt għal azzjoni diretta kontra l-assiguratur skont id-dritt Spanjol.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Dan ir-raġunament jidhirli li jitlaq minn premessa mhux preċiża.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II ma jikkostitwixxix regola ta’ kunflitt tal-liġijiet fir-rigward tad-dritt sostantiv applikabbli għad-determinazzjoni tal-obbligu li għandu l-assiguratur jew il-persuna responsabbli. Dan l-artikolu għandu bħala għan waħdieni li jiddetermina l-liġi applikabbli għall-kwistjoni dwar jekk il-vittma tistax taġixxi direttament kontra l-assiguratur, u ma jikkonċernax il-portata tal-obbligi tal-assiguratur jew tal-persuna responsabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Skont dan l-istess Artikolu 18, dan id-dritt tal-azzjoni diretta jeżisti meta huwa jkun previst kemm mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, kif ukoll mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Indipendentement mill-kwistjoni tal-eżistenza stess tad-dritt li wieħed iressaq azzjoni diretta u, jekk ikun il-każ, tal-modi ta’ eżerċizzju ta’ tali azzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Mill-bqija, nosserva li l-punt dwar jekk din ir-regola ta’ kunflitt tirrigwardax biss il-possibbiltà stess li tiġi eżerċitata l-azzjoni diretta, iżda wkoll il-modi eventwali tagħha, u l-limiti tagħha huma dubjużi fid-dottrina. Ara Żarnowiec, Ł., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/><HT TYPE="ITALIC">Zobowiązania pozaumowne. Bezpośrednie powództwo przeciwko ubezpieczycielowi osoby odpowiedzialnej</HT><QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fi: <HT TYPE="ITALIC">System prawa prywatnego</HT>, <HT TYPE="ITALIC">Tom 20B,Prawo prywatne międzynarodowe</HT>, Varsovie, CH Beck, Instytut Nauk Prawnych PAN 2015, p. 872; Fras, M., Pacuła, K., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/><HT TYPE="ITALIC">Umowa ubezpieczenia obowiązkowego w prawie prywatnym międzynarodowym</HT><QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, fi: <HT TYPE="ITALIC">System prawny ubezpieczeń obowiązkowych. Przesłanki i kierunki reform</HT>, Toruń 2014, p. 177; Dickinson, A., <HT TYPE="ITALIC">The Rome II Regulation: The Law Applicable to Non-contractual Obligations</HT>, Oxford, OUP 2008, p. 610.</P></NOTE>, l-obbligu tal-assiguratur jibqa’ rregolat mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni. F’dan ir-rigward, dan l-istess Artikolu 18 ma għandu ebda effett fuq l-għażla tal-liġi applikabbli magħmula mill-kontraenti fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="12"?><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jirriżulta mill-kliem stess tal-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II li din hija regola ta’ rabta ma’ sistema alternattiva, fis-sens li huwa biżżejjed li waħda mil-liġijiet ikkonċernati jipprevedu l-possibbiltà tal-azzjoni diretta.</TXT></NP><NP><NO.P>79.</NO.P><TXT>Din il-kunsiderazzjoni tapplika indipendentement mill-fatt li l-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni tirriżulta mill-għażla tal-kontraenti fil-kuntratt jew mill-applikazzjoni tar-regoli ta’ kunflitt previsti fir-Regolament (KE) Nru°593/2008<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>80.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, vittma tista’ tressaq azzjoni diretta kontra l-assiguratur meta din il-possibbiltà tirriżulta jew mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, jew mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni, kemm jekk dik il-liġi tkun intgħażlet mill-kontraenti fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni jew indikata mir-regoli ta’ kunflitt mir-Regolament Ruma I.</TXT></NP><NP><NO.P>81.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kompletament korroborata mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta leġiżlattiva li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament Ruma II<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara proposta għal regolament tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>RUMA II<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) [COM(2003) 427 finali tat-<DATE ISO="20030722">22 ta’ Lulju 2003</DATE>, p. 27], fir-rigward tal-Artikolu 14 tal-proposta ta’ regolament.</P></NOTE>. Skont dik il-proposta, ir-regola ta’ kunflitt ikkonċernata tindika l-liġi applikabbli biex jiġi stabbilit jekk il-persuna leża hijiex permessa teżerċita azzjoni diretta kontra l-assiguratur. F’kull każ, il-portata tal-obbligi tal-assiguratur taqa’ taħt il-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>82.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, mix-xogħol akkademiku li ppreċeda dik il-proposta leġiżlattiva, jiġifieri l-proposta tal-konvenzjoni Ruma II ippreparata mill-Grupp Ewropew tad-Dritt Internazzjonali Privat (GEDIP)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-kummentarju fuq l-Artikolu 6 tal-proposta ta’ Konvenzjoni Ruma II, M. Fallon, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Commentaire de la proposition pour une convention européenne sur la loi applicable aux obligations non contractuelles<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, Groupe européen de droit international privé, réunions de la Haye des 26 à <DATE ISO="19970928">28 septembre 1997</DATE> et de Luxembourg des 25 à <DATE ISO="19980927">27 septembre 1998</DATE>, Revue belge de droit international, 1997/2, p. 696.</P></NOTE>, jirriżulta li r-regola inkwistjoni — li ttieħdet mill-proposta tal-Konvenzjoni Ruma II mingħajr tibdil sostanzjali — tipprevedi rabta speċjali għall-azzjoni diretta tal-persuna leża kontra l-assiguratur, inkluż il-limiti eventwali li jaffettwaw l-eżerċizzju ta’ dak id-dritt. Il-portata tal-obbligi tal-assiguratur, min-naħa l-oħra, jaqgħu taħt il-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni. Barra minn hekk, mill-imsemmi kummentarju jirriżulta b’mod ċar li din hija regola alternattiva.</TXT></NP><NP><NO.P>83.</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II jistabbilixxi regola alternattiva, f’dan il-każ, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali tista’ tressaq azzjoni diretta kontra l-assiguratur, jekk din il-possibbiltà tirriżulta mid-dritt Spanjol applikabbli għal obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement minn dak li hu previst fid-dritt Ġermaniż li għalih hu suġġett il-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>84.</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni ma tmurx kontra l-awtonomija tal-volontà tal-kontraenti fil-kuntratt, li għal dan il-kuntratt għandhom il-possibbiltà li jagħżlu liberament il-liġi applikabbli. Din l-għażla ma tistax tippreġudika d-drittijiet ta’ terza persuna, u lanqas dawk tal-persuna leża<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Għal dak li jikkonċerna l-libertà tal-għażla tal-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, din il-kunsiderazzjoni klassika hija espliċitament prevista fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament Ruma II. Jekk la l-liġi tal-kuntratt ta’ assigurazzjoni u lanqas il-liġi normalment applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali ma jkunu jippermettu l-azzjoni diretta, il-vittma ma tkunx tista’, għaldaqstant, tressaq tali azzjoni kontra l-assiguratur, anki jekk tkun permessa mil-liġi miftiehma mill-vittma mal-persuna responsabbli.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="13"?><NP><NO.P>85.</NO.P><TXT>Nosserva li l-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II jipprovdi dispożizzjoni li tipproteġi l-interessi tal-persuna leża, billi jagħtiha l-benefiċċju tas-sistema l-iktar favorevoli, f’termini ta’ dritt li taġixxi direttament kontra l-assiguratur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Għandu jitfakkar li, fil-kwistjonijiet fil-qasam tal-assigurazzjoni, il-vittma li taġixxi kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli tista’ titqies li hija l-parti dgħajfa. Ara s-sentenza FBTO Schadeverzekeringen (C‑463/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:792">EU:C:2007:792</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 28). Hija fuq din il-kunsiderazzjoni wkoll huwa mogħti d-dritt ta’ azzjoni diretta ta’ persuna leża kontra l-assiguratur fil-qasam ta’ inċidenti fit-toroq [ara l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20000516">16 ta’ Mejju 2000</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi bil-mutur u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/239/KEE u 88/357/KEE (Ir-raba’ Direttiva dwar assigurazzjoni għall-vetturi) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331)].</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-leġiżlatur diġà ħa inkunsiderazzjoni l-interessi tal-assiguratur billi llimita l-bażi tal-azzjoni diretta għal żewġ liġijiet li l-assiguratur kien leġittimament jippretendi l-applikazzjoni tagħhom, jiġifieri dawk applikabbli, min-naħa waħda, għall-obbligu mhux kuntrattwali u, min-naħa l-oħra, għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara Proposta għal regolament COM(2003) 427 finali, p. 27.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>86.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-għażla tad-dritt applikabbli li ssir bi ftehim bejn min jitlob l-assigurazzjoni u l-assiguratur ma tistax ikollha bħala konsegwenza li tipprekludi lill-persuna leża milli teżerċita d-dritt ta’ azzjoni diretta tagħha, meta dak id-dritt joħroġ mil-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali.</TXT></NP><NP><NO.P>87.</NO.P><TXT>Fid-dawl tas-suespost, nikkunsidra li l-Artikolu 18 tar-Regolament Ruma II għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni diretta tal-persuna leża kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli hija possibbli meta din tkun prevista taħt il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement minn dak li jkun previst mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ assigurazzjoni magħżula mill-kontraenti.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>88.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej id-domandi preliminari mressqa mill-Landesgericht Korneubourg:</TXT><P><CONSID><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 1 u 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97, tad-<DATE ISO="19971009">9 ta’ Ottubru 1997</DATE>, dwar ir-responsabbiltà tat-trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru kif emendat bir-Regolament Regolament (KE) Nru 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20020513">13 ta’ Mejju 2002</DATE> li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta’ inċidenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dispożizzjonijiet tal- Konvenzjoni għall-unifikazzjoni ta’ ċerti regoli għat-trasport internazzjonali bl-ajru, konkluża f’Montréal fit-<DATE ISO="19990528">28 ta’ Mejju 1999</DATE>, li ġiet iffirmata mill-Komunità Ewropea fid-<DATE ISO="19991209">9 ta’ Diċembru 1999</DATE> u approvata f’isimha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/539/KE, tal-<DATE ISO="20010405">5 ta’ April 2001</DATE> ma japplikawx għal titjira nazzjonali li ma tiġix operata minn trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja operattiva fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20080924">24 ta’ Settembru 2008</DATE>, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20070711">11 ta’ Lulju 2007</DATE>, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Ruma II<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>), għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni diretta tal-persuna leża kontra l-assiguratur tal-persuna responsabbli hija possibbli meta din tkun prevista taħt il-liġi applikabbli għall-obbligu mhux kuntrattwali, indipendentement minn dak li jkun previst mil-liġi applikabbli magħżula mill-kontraenti fil-kuntratt ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP></CONSID></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>