|
2.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 336/44 |
P9_TA(2022)0009
Ebda oġġezzjoni għal att delegat: rekwiżiti addizzjonali għall-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-2023–2027 u r-regoli għall-istandard 1 tal-KAAT
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b'rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta' intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (C(2021)09115 – 2021/3008(DEA))
(2022/C 336/13)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2021)09115), |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta' Diċembru 2021, li permezz tagħha talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-11 ta' Jannar 2022, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(8), l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 37(5), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 45, punti (a) sa (i), l-Artikolu 56, punti (a), (b) u (c) u l-Artikolu 84, punti (a) u (b), tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, |
|
— |
wara li kkunsidra l-fatt li ma tqajmet l-ebda oġġezzjoni fil-perjodu previst fit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 111(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li skada fit-20 ta’ Jannar 2022, |
|
A. |
billi r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jirrikjedi li l-Istati Membri jippreżentaw il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali (“Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”) għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni; |
|
B. |
billi r-Regolament (UE) 2021/2115 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta rekwiżiti addizzjonali għat-tfassil tal-interventi li jridu jiġu speċifikati fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK, fil-qasam tal-pagamenti diretti, ta' ċerti setturi agrikoli msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u fil-qasam tal-iżvilupp rurali, kif ukoll regoli komuni għal dawn l-oqsma fir-rigward tal-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT). |
|
C. |
billi dawk ir-rekwiżiti addizzjonali kollha għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri meta jfasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom li jeħtieġ li jiġu trażmessi jew ikkonfermati lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli; |
|
D. |
billi r-Regolament delegat jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta' interventi speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027, kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-KAAT; billi huwa għalhekk xieraq li dawk il-ħtiġiet addizzjonali jiġu kkunsidrati bħala neċessarji għal kollox u attwalment urġenti; |
|
1. |
Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).