IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 14.4.2023
COM(2023) 188 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar il-bilanċ tad-dovuti tal-Iskema tal-Pensjoni għall-Uffiċjali tal-UE (PSEO) u l-implikazjonijiet baġitarji tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar il-bilanċ tad-dovuti tal-Iskema tal-Pensjoni għall-Uffiċjali tal-UE (PSEO) u l-implikazjonijiet baġitarji tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal
1.Il-bażi ġuridika
Skont l-Artikolu 14(1) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, fl-2022 il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-bilanċ attwarju tal-Iskema tal-Pensjonijiet għall-Uffiċjali tal-UE (Pension Scheme for EU Officials, PSEO) u l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Dan ir-rapport jimplimenta d-dispożizzjoni msemmija hawn fuq billi jivvaluta l-bilanċ attwarju tal-iskema u janalizza l-implikazzjonijiet baġitarji tal-Anness XII fil-perjodu 2014 – 2021. Kull meta jkun possibbli u fejn rilevanti, dan ir-rapport jirreferi wkoll għall-iżviluppi mill-2022.
2.Karatteristiċi bażiċi tal-PSEO
2.1.Il-bażi ġuridika tal-PSEO
Skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal:
-Il-benefiċċji mħallsa bl-iskema tal-pensjonijiet jiġu ddebitati mill-baġit tal-Unjoni;
-L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu bi sħab il-pagament tal-benefiċċji; u
-L-uffiċjali għandhom jikkontribwixxu terz tal-ispiża biex l-iskema tiġi ffinanzjata.
L-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal jipprevedi li l-bilanċ tal-iskema tal-pensjonijiet għandu jiġi żgurat permezz tal-età tal-irtirar u tar-rata ta’ kontribuzzjoni għall-iskema. Jistipula wkoll il-proċeduri biex ir-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tkun aġġornata kull sena u kull ħames snin.
L-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxi r-regoli attwarji għall-komputazzjoni tar-rata ta’ kontribuzzjoni, biex jiġi żgurat li l-iskema tkun f’bilanċ.
2.2.Il-prinċipju tal-fond nozzjonali (virtwali)
Il-PSEO hija fond nozzjonali (virtwali) b’benefiċċji definiti, li fih il-kontribuzzjonijiet tal-persunal iservu biex jiffinanzjaw il-pensjonijiet futuri tagħhom. Għalkemm ma hemm l-ebda fond ta’ investiment proprju, l-ammont li kieku kien jinġabar minn fond bħal dan jitqies li ġie investit fil-bonds fit-tul tal-Istati Membri u huwa rifless fl-obbligazzjoni tal-pensjoni li hija reġistrata fil-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri bi sħab jiggarantixxu l-pagament tal-benefiċċji skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Billi l-PSEO hija mfassla bħala fond nozzjonali, il-kontribuzzjonijiet tal-persunal iservu biex jiffinanzjaw il-pensjonijiet futuri ta’ dawk li jikkontribwixxu. Il-kontribuzzjonijiet effettivament ikopru l-ispiża tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba f’sena partikolari, u bl-ebda mod ma huma marbuta man-nefqa tal-pensjonijiet ta’ dik is-sena. Il-ġurisprudenza tal-UE kkonfermat li l-PSEO hija fond nozzjonali, minkejja li sabet li turi wkoll xi karatteristiċi ta’ skema ta’ solidarjetà.
Il-PSEO hija differenti mill-biċċa l-kbira tal-iskemi tal-pensjonijiet tal-Istati Membri għall-uffiċjali pubbliċi, li fihom, ir-rata tal-kontribuzzjoni jew il-benefiċċji huma aġġustati biex ta’ kull sena jiġi żgurat bilanċ bejn il-kontribuzzjonijiet miġbura u n-nefqa tal-pensjonijiet. F’dan it-tip ta’ skemi li jorbtu l-kontribuzzjonijiet man-nefqa fuq il-pensjonijiet tal-istess perjodu (magħrufa bħala skemi Ħallas Waqt Li Tkun Għaddej), jekk ma jkunx possibbli li jinkiseb bilanċ, id-differenza tiġi koperta mill-baġit.
Il-fond tal-PSEO nozzjonali jiġi vvalutat kemm kull sena kif ukoll kull ħames snin daqslikieku kien jeżisti fond reali, u b’hekk tiġi ggarantita aktar is-sostenibbiltà fit-tul tiegħu.
2.3.Il-prinċipju ta’ bilanċ attwarju
Il-bilanċ tal-PSEO jiġi żgurat regolarment permezz ta’ aġġornamenti tar-rati ta’ kontribuzzjoni u, fejn rilevanti, tal-età tal-irtirar.
Il-PSEO ssegwi l-prinċipju ta’ bilanċ attwarju fejn il-kontribuzzjonijiet annwali tal-persunal jridu jkopru terz tad-drittijiet miksuba matul is-sena inkwistjoni
, li jikkorrispondu għall-pensjonijiet futuri li l-istess persunal jkun se jirċievi wara li jirtira, flimkien ma’ (b’ċerti kundizzjonijiet) l-gratifiki għall-invalidità u l-pensjonijiet tas-superstiti u tal-orfni. Il-benefiċċji futuri tal-pensjoni jiġu evalwati f’kull data ta’ referenza, li tinvolvi l-kalkolu tal-valur preżenti tagħhom bl-użu ta’ rata (ta’ skont) ta’ mgħax
. Din il-komputazzjoni hija valwazzjoni attwarja.
Ir-Rata ta’ Kontribuzzjoni tal-Pensjoni (Pension Contribution Rate, PCR) hija l-mekkaniżmu li jżomm l-iskema f’bilanċ minn sena għal sena. Tiġi aġġornata awtomatikament jekk il-valutazzjoni attwarja prevista mill-Artikolu 83a tar-Regolamenti tal-Persunal turi li dan huwa meħtieġ biex jiġu koperti kompletament id-drittijiet tal-pensjoni miksuba f’sena partikolari. Konsegwentement, meta l-membri tal-persunal iħallsu r-rata ta’ kontribuzzjoni aġġornata, huma jiksbu d-drittijiet tal-pensjoni għal sena partikolari, li tkun protetta mill-prinċipju tad-drittijiet miksuba.
3.Bilanċ attwarju tal-PSEO
Il-bilanċ attwarju tal-PSEO huwa żgurat permezz tal-aġġornament annwali tal-PCR, u, fejn xieraq, l-aġġornament tal-età tal-irtirar. Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-PCR hija vvalidata minn esperti nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE u minn attwarji esterni (3.1). Il-PCR tikkorrispondi għall-proporzjon bejn l-ispiża tas-servizz fis-sena N u s-salarji/l-allowances bażiċi annwali totali fil-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel għall-istess popolazzjoni. Biex tiġi kkalkolata l-ispiża tas-servizz, jintużaw għadd ta’ parametri u jiġi evalwat sett sħiħ ta’ suppożizzjonijiet demografiċi u finanzjarji (il-Kapitolu 3.2). Il-bilanċ attwarju tal-PSEO huwa garantit mill-PCR (il-Kapitolu 3.3) u mill-età tal-irtirar (il-Kapitolu 3.4).
3.1.L-implimentazzjoni teknika tar-regoli biex il-PSEO tinżamm f’bilanċ
Il-Eurostat huwa l-awtorità responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Il-Eurostat huwa megħjun minn:
-esperti nazzjonali mill-Istati Membri (il-“Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 83” li jiltaqa’ mill-anqas darba fis-sena) dwar mistoqsijiet dwar il-metodoloġija mqajma mill-implimentazzjoni tal-Anness XII, u
-espert wieħed indipendenti kwalifikat jew aktar, biex iwettaq il-valutazzjonijiet attwarji tal-PSEO.
Din is-sistema tiżgura li l-metodoloġija u r-riżultati tal-valutazzjonijiet attwarji tal-PSEO jiġu rieżaminati u vvalidati kif xieraq. Dan huwa aspett ewlieni għar-robustezza tal-proċess.
3.1.1.L-attività tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 83 fil-perjodu 2014-2022
Fil-perjodu 2014-2022, il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 83 ltaqa’ kull sena f’konformità mad-dispożizzjoni rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 83 eżamina, iddiskuta u approva d-dokumenti metodoloġiċi mfassla mill-Eurostat.
Għal-laqgħat annwali tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 83 jattendu wkoll l-osservaturi li jirrappreżentaw organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-ISRP (International Service for Remunerations and Pensions, is-Servizz Internazzjonali għar-Rimunerazzjoni u l-Pensjonijiet tal-Organizzazzjonijiet Koordinati, inklużi l-OECD, in-NATO, l-ESA, il-Kunsill tal-Ewropa), il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment, l-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi u l-Eurocontrol. Il-Eurostat jiskambja informazzjoni rilevanti dwar kwistjonijiet attwarji ma’ dawn l-organizzazzjonijiet.
3.1.2.Valutazzjonijiet mill-espert indipendenti kwalifikat
F’konformità mal-Artikolu 13, il-paragarafu 2, tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat huwa megħjun minn espert indipendenti kwalifikat wieħed jew aktar fir-rigward tal-implimentazzjoni metodoloġika ta’ dak l-Anness u għad-definizzjoni u l-kalkolu ta’ kwalunkwe suppożizzjoni attwarja involuta.
Wara l-eżiti ta’ sejħa miftuħa għall-offerti, il-Eurostat kien assistit minn:
-EY Actuaires Conseils għall-valutazzjojnijiet tal-PSEO mill-2014 sal-2016;
-Il-Konsorzju ta’ Agilis S.A. u Prudential Ltd, għall-valutazzjojnijiet tal-PSEO mill-2017 sal-2022.
Matul il-perjodu ta’ referenza, iż-żewġ attwarji rrieżaminaw u vvalidaw il-metodoloġija, il-kalkoli u r-rapporti relatati mal-valutazzjoni tal-PSEO. B’mod partikolari, l-inputs għall-kalkoli, bħall-popolazzjoni tal-PSEO u s-suppożizzjonijiet attwarji, ġew miftiehma ma’ dawn l-esperti esterni.
Il-Eurostat implimenta fir-rapporti ta’ valutazzjoni finali tiegħu r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-attwarji.
3.2.Parametri u suppożizzjonijiet attwarji
Ir-regoli għall-valutazzjoni tal-bilanċ attwarju tal-PSEO huma stabbiliti fl-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal. Dan jistabbilixxi sistema bbażata fuq parametri u suppożizzjonijiet sottostanti, li jiżguraw il-bilanċ attwarju tal-PSEO.
3.2.1.Parametri statutorji
Dawn huma valuri prinċipalment marbutin mal-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, inklużi r-regoli dwar il-kalkolu tal-benefiċċji tal-pensjoni. Xi wħud minn dawn il-parametri jinbidlu skont ċerti kundizzjonijiet relatati mas-sitwazzjoni individwali ta’ kull uffiċjal. L-Anness 1 jipprovdi l-lista tal-parametri statutorji prinċipali użati għall-aħħar valutazzjoni tal-pensjonijiet fl-2022.
3.2.2.Suppożizzjonijiet attwarji
Is-suppożizzjonijiet attwarji jinqasmu f’suppożizzjonijiet demografiċi u finanzjarji/ekonomiċi. Is-suppożizzjonijiet attwarji jeħtieġ li jiġu mmudellati u stmati f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tal-Persunal u l-aħjar prattiki attwarji.
Il-valuri tas-suppożizzjonijiet attwarji involuti jsir qbil fuqhom minn esperti nazzjonali mid-dipartimenti rilevanti tal-Istati Membri fil-laqgħat annwali tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 83.
F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Grupp ta’ Ħidma, uħud minn dawn is-suppożizzjonijiet (pereż. it-tabella tal-mortalità) jiġu aġġornati fl-okkażjoni tal-valutazzjoni tal-iskema li ssir kull ħames snin, filwaqt li oħrajn jiġu aġġornati kull sena. L-aktar valutazzjoni reċenti ta’ kull ħames snin saret fl-2018.
3.2.2.1.Suppożizzjonijiet demografiċi
Is-suppożizzjonijiet demografiċi huma element essenzjali fil-kalkolu tal-bilanċ attwarju tal-PSEO. Fir-rigward tal-benefiċċji futuri tal-pensjoni, is-suppożizzjonijiet demografiċi attwarji huma fundamentali biex tiġi aġġornata l-istruttura tal-popolazzjoni, l-età medja tal-irtirar u t-tabella tal-invalidità, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Is-suppożizzjonijiet attwarji demografiċi ewlenin huma:
-It-tabelli tal-mortalità: It-Tabella tal-Ħajja tal-UE għall-2018 (EU Life Table, EULT), żviluppata mill-Eurostat, hija tabella prospettiva li tinkorpora xejra ta’ stennija tal-għomor fuq perjodu ta’ 20 sena (l-istess medda ta’ żmien bħat-tul ta’ żmien tal-PSEO kif stmat fl-aħħar tal-2017) fuq il-bażi tal-evoluzzjoni tal-mortalità tal-popolazzjoni tal-PSEO. L-EULT tal-2018 hija għaldaqstant, tabella tal-ħajja mibnija fuq popolazzjoni li hija kompletament rilevanti għall-PSEO. L-Anness 2 huwa silta mil-EULT.
-It-tabelli dwar l-invalidità, żviluppati mill-Eurostat, huma bbażati fuq osservazzjonijiet tal-passat.
-L-età preżunta tal-irtirar; f’konformità mal-Artikolu 4, il-paragrafu 3, tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, huwa preżunt li l-irtirar se jseħħ b’rata medja fissa li tvarja fuq il-bażi tad-data tad-dħul fis-servizz ta’ kull membru tal-persunal.
-Il-probabbiltà li persuna tkun miżżewġa fid-data tal-irtirar.
-Il-koeffiċjenti għal orfni u konjuġi divorzjati, eċċ.
Is-suppożizzjonijiet demografiċi attwarji jintervjenu fil-kalkolu tal-ispiża tas-servizz li fuq il-bażi tagħha tiġi kkalkolata l-PCR biex jiġi żgurat il-bilanċ attwarju tal-PSEO. L-Anness 3 jipprovdi l-lista tas-suppożizzjonijiet demografiċi użati għall-aħħar valutazzjoni tal-pensjonijiet fl-2022.
3.2.2.2.Suppożizzjonijiet Finanzjarji
Is-suppożizzjonijiet finanzjarji attwarji bħar-rata ta’ skont reali u t-tkabbir tas-salarju ġenerali għandhom impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tal-PSEO.
Ir-rata ta’ skont reali tirrifletti r-rati tal-imgħax medji reali tad-dejn pubbliku fit-tul tal-Istati Membri, filwaqt li t-tkabbir ġenerali fis-salarju jħares lejn ir-rata tal-bidla annwali fl-iskali tas-salarju. Fiż-żewġ każijiet tintuża medja mobbli ta’ 30 sena tar-rati korrispondenti. Fil-valutazzjoni annwali tal-PSEO tal-2022, il-valuri tar-rata ta’ skont reali u t-tkabbir ġenerali tas-salarju kienu rispettivament 2,7 % u -0,1 %.
It-tabella tal-progressjoni tas-salarju individwali hija suppożizzjoni finanzjarja attwarja ewlenija oħra. Il-progressjoni tas-salarju individwali tkopri l-effett taż-żieda fis-salarju marbuta mal-avvanz fil-karriera tal-persunal tal-UE minħabba promozzjonijiet u passi ta’ anzjanità. Ir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal saħħet ir-rabta bejn il-grad u l-funzjoni. Pereżempju, l-aċċess għall-ogħla gradi fil-gruppi ta’ funzjoni AD u AST kien ristrett b’mod sever. Barra minn hekk, ġiet introdotta kategorija ġdida ta’ persunal: Segretarji u Uffiċjali Klerikali (AST/SC). Dawn l-evoluzzjonijiet ġew riflessi mill-progressjoni tas-salarju individwali.
L-Anness 4 jipprovdi l-lista ta’ suppożizzjonijiet finanzjarji użati għall-aħħar valutazzjoni tal-pensjoni fl-2022 kif ukoll analiżi tas-sensittività tal-varjazzjoni ta’ dawn is-suppożizzjonijiet.
3.3.L-implimentazzjoni tal-prinċipju tal-bilanċ attwarju
Il-bilanċ tal-PSEO jiġi żgurat permezz tal-aġġornamenti tal-PCR skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal u, fejn xieraq, l-età tal-irtirar. Fid-dawl ta’ dan, il-PSEO hija skont id-definizzjoni dejjem f’bilanċ attwarju. Filwaqt li l-età tal-irtirar tista’ tiġi aġġornata kull ħames snin, il-PCR tiġi vvalutata kull sena mill-Eurostat.
Ir-Regolamenti tal-Persunal jistabbilixxu sistema għall-aġġornament tal-PCR ibbażata fuq żewġ limiti: limitu “minimu” u limitu “massimu”. Il-limitu minimu jirreferi għad-distakk minimu bejn ir-rata fis-seħħ u r-rata meħtieġa biex jinżamm il-bilanċ attwarjui (0,25 punt). Din id-dispożizzjoni, minn naħa waħda tnaqqas b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv billi taġġorna l-PCR biss meta l-bidliet tagħha jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bilanċ attwarju tal-PSEO, u min-naħa l-oħra tiżgura li l-PCR tibqa’ stabbli u prevedibbli għall-persunal. Il-limitu massimu jistabbilixxi li l-PCR ma għandhiex tiġi aġġornata b’aktar minn punt perċentwali wieħed ’il fuq jew taħt ir-rata valida tas-sena ta’ qabel. Din id-dispożizzjoni tiżgura li l-persunal ikun protett minn bidliet f’daqqa tal-PCR f’perjodi qosra u li l-kontribuzzjoni għall-baġit tal-UE tibqa’ relattivament stabbli.
L-Anness 5 juri li l-PSEO nżammet f’bilanċ attwarju matul il-perjodu 2014-2022. Il-bilanċ ġie żgurat mill-valutazzjonijiet annwali tal-PSEO mwettqa mill-Eurostat u t-tibdil li jirriżulta fil-PCR, jiġifieri l-valur tal-PCR jikkorrispondi għal terz tal-proporzjon bejn it-total tal-ispiża tas-servizz u t-total tas-salarji/tal-allowances bażiċi annwali. Barra minn hekk, id-differenza bejn il-PCR ikkalkolata u dik applikata ma kinitx timplika konsegwenza materjali sinifikanti u għalhekk il-PSEO baqgħet f’bilanċ attwarju.
3.4.Valutazzjoni tal-età tal-irtirar
Is-sistema ta’ valutazzjonijiet regolari tal-età tal-irtirar stabbilita mill-koleġiżlatur fl-2014 tiżgura wkoll is-sostenibbiltà tal-PSEO. Billi jistabbilixxu rabta ċara bejn l-istennija tal-għomor tal-persunal tal-UE u l-età tal-irtirar tal-persunal tal-UE, ir-Regolamenti tal-Persunal jiżguraw li l-PSEO tkun adegwata f’kuntest ta’ popolazzjoni ġenerali li qed tixjieħ.
L-età normali tal-irtirar, li hija definita bħala l-età li tippermetti lill-membri tal-persunal jirtiraw mingħajr penali, hija stabbilita għal 66 sena mir-Regolamenti tal-Persunal. Skont l-Artikolu 77, il-paragrafu 7, tar-Regolamenti tal-Persunal, l-età tal-irtirar għandha tiġi rieżaminata kull ħames snin fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jivvaluta l-evoluzzjoni tal-età tal-irtirar għall-persunal fis-servizzi ċivili tal-Istati Membri u l-evoluzzjoni tal-istennija tal-għomor tal-uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-UE.
Fil-valutazzjoni tagħha tal-2021 tal-età tal-irtirar, il-Kummissjoni osservat li l-istennija tal-għomor tal-popolazzjoni tal-PSEO, kif ivvalutata mit-Tabelli tal-Ħajja tal-Eurostat, ma żdiditx b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, l-età tal-irtirar tal-uffiċjali tal-UE hija fost l-ogħla meta mqabbla mal-età tal-irtirar applikabbli fis-servizzi pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE. B’riżultat ta’ dan, dan ir-rapport ikkonkluda li l-età tal-irtirar attwali ta’ 66 sena għall-persunal tal-UE kienet xierqa u kienet tikkorrispondi għall-ogħla standards applikabbli fis-servizzi ċivili nazzjonali tal-Istati Membri.
4.Implikazzjonijiet baġitarji tal-PSEO
4.1.Sfond
4.1.1.Il-kuntest storiku tal-PSEO
Fl-1960, il-Kunsill iddeċieda li l-kontribuzzjonijiet tal-persunal ma jitwarrbux f’fond tal-pensjoni reali, iżda minflok ikunu kkreditati lill-baġit tal-UE fil-mument meta dawn jinġabru u jintefqu f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja, jiġifieri ma jkunux assenjati għal xi qasam ta’ politika partikolari.
Fl-istess ħin, il-Kunsill iddeċieda li s-sehem mill-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem ma jinġabarx. Minflok, l-istituzzjonijiet tal-UE ħadu l-impenn li jħallsu l-benefiċċji tal-pensjonijiet futuri (li għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni) meta l-impjegati jirtiraw. Għalkemm ma hemm l-ebda fond ta’ investiment proprju, l-ammont li kieku kien jinġabar minn fond bħal dan jitqies li ġie investit fil-bonds fit-tul tal-Istati Membri u huwa rifless fl-obbligazzjoni tal-pensjoni li hija rreġistrata fil-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea.
Billi l-Istati Membri jiggarantixxu bi sħab il-ħlas tal-benefiċċji skont l-Artikolu 83 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-baġit qiegħed jissellef dawn il-flus mill-membri tal-iskema, bi skambju għal garanzija biex jitħallsu benefiċċji futuri.
4.1.2.Il-ħolqien ta’ fond tal-pensjoni proprju
Fl-2012, il-Kummissjoni esplorat erba’ possibbiltajiet għall-istabbiliment ta’ fond tal-pensjoni proprju għall-istituzzjonijiet tal-UE. Kull għażla kienet tinvolvi diversi spejjeż skont it-tranżizzjoni prevista. Madankollu, fl-2013, meta qabel fuq ir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koleġiżlatur iddeċieda li jżomm il-prinċipju ta’ fond tal-pensjoni nozzjonali għall-istituzzjonijiet tal-UE.
Biex jinħoloq fond tal-pensjoni proprju, il-baġit tal-UE jkollu jittrasferixxi parti mill-obbligazzjoni tal-PSEO fil-fond. Madankollu, il-valur attwali tal-obbligazzjoni, kif ikkalkolat fuq il-bażi tal-aħħar rati tal-imgħax, ma huwiex favorevoli ħafna għal din il-mossa. Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ fond tal-pensjoni proprju neċessarjament iżid in-nefqa annwali tal-pensjoni u jnaqqas id-dħul għall-baġit tal-UE. Għalhekk, fid-dawl tad-disponibbiltajiet attwali skont il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP), approċċ bħal dan ma huwiex fattibbli. Barra minn hekk, anki jekk jinħoloq fond tal-pensjoni proprju, il-volatilità tas-swieq finanzjarji tista’ tqajjem dubji dwar l-opportunità li tiġi investita r-riżerva ta’ fond bħal dan.
4.2.Il-popolazzjoni tal-PSEO
4.2.1.Persunal attiv
4.2.1.1.Evoluzzjoni tal-persunal
Fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013, l-istituzzjonijiet tal-UE qablu dwar tnaqqis ta’ 5 % tal-karigi fil-pjanijiet ta’ stabbiliment rispettivi. Fl-2017, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) kkonfermat li l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE implimentaw it-tnaqqis ta’ 5 % tal-persunal bejn l-2013 u l-2017, għalkemm b’xi dewmien.
Fl-istess ħin, kif diġà ġie osservat mill-QEA fl-2017, l-awtorità baġitarja tat karigi u krediti ġodda għar-reklutaġġ ta’ aġenti kuntrattwali lill-istituzzjonijiet, lill-korpi u lill-aġenziji fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. Dawn il-karigi saru disponibbli l-aktar biex jaqdu l-kompiti addizzjonali mogħtija lill-istituzzjonijiet tal-UE (dan jispjega ż-żieda sinifikanti fl-għadd ta’ karigi mogħtija lill-aġenziji), u l-adeżjoni tal-Kroazja.
Għalhekk, filwaqt li l-persunal tal-Kummissjoni naqas bi ftit bejn l-2014 u l-2021, il-popolazzjoni attiva ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-UE żdiedet minn 58 567 għal 66 120 (l-Anness 6). Iż-żieda tirriżulta prinċipalment mill-aġenziji eżekuttivi u deċentralizzati u mill-Impriżi Konġunti bħala riżultat tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja biex jiġu estiżi ċerti oqsma ta’ attività (pereż. il-Frontex) u biex jinħolqu korpi u aġenziji ġodda, pereż. il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-Awtorità Ewropea tax-Xogħol u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali.
4.2.1.2.Kompożizzjoni tal-persunal
Iż-żieda fil-persunal osservata fl-aġenziji u f’korpi oħrajn taffettwa l-kompożizzjoni ġenerali tal-persunal tal-UE billi żżid is-sehem ta’ aġenti temporanji u kuntrattwali. Dawn l-aġenti, irrispettivament min-natura tal-kuntratti tagħhom, għandhom rimunerazzjoni aktar baxxa u/jew avvanz aktar bil-mod fil-karriera mill-uffiċjali. Barra minn hekk, l-aġenti kuntrattwali jaqgħu fi skeda tas-salarju differenti mill-uffiċjali u d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom jiġu aġġustati f’każ li jsiru uffiċjali.
Iż-żewġ riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal kienu soġġetti għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali minħabba li d-drittijiet tal-pensjoni huma protetti fl-ambitu tal-prinċipju tad-drittijiet miksuba. Bl-istabbiliment tar-regoli ta’ tranżizzjoni fl-ambitu tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koleġiżlatur ippreveda l-eżistenza konġunta ta’ tliet gruppi ta’ membri tal-persunal. Pereżempju, filwaqt li r-rata tad-dovuti annwali awtomatika hija ta’ 1,8 % għall-persunal impjegat mill-1 ta’ Jannar 2014, din hija ta’ 1,9 % għal persunal li ġie impjegat bejn l-1 ta’ Mejju 2004 u l-31 ta’ Diċembru 2013 u ta’ 2 % għal dawk li ġew impjegati sat-30 ta’ April 2004.
Mir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal, is-sehem tal-membri attivi tal-persunal li jaqgħu taħt ir-regoli ta’ qabel l-2004 naqas minn 36 % għal 19 % filwaqt li l-membri attivi tal-persunal li jaqgħu taħt ir-regoli fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2014 jirrappreżentaw kważi 48 % tal-membri attivi tal-persunal (l-Anness 7).
Fl-istess ħin, u minħabba li l-membri tal-persunal impjegati wara r-riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal huma l-aktar membri attivi riċenti tal-PSEO, is-sehem tas-snin tal-pensjoni li kisbu – li se jkunu soġġetti għal kundizzjonijiet aktar stretti definiti fl-2004 u fl-2014 – qed jiżdied progressivament. Dan jirrappreżenta 60 % tad-drittijiet kollha tal-pensjoni miksuba. Meta wieħed iħares biss lejn id-drittijiet tal-pensjoni miksuba skont ir-regoli ta’ wara l-2014, dawn diġà jirrappreżentaw parti sinifikanti (22 %) tas-sehem ġenerali tas-snin tal-pensjoni miksuba mill-membri tal-persunal (l-Annessi 8 u 9). Dan jirrifletti l-effetti dejjem jiżdiedu li se jkollhom ir-riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal fil-futur.
4.2.2.Pensjonanti
Mill-2014, l-għadd ta’ pensjonanti żdied. Dan jirriżulta mill-espansjoni progressiva tal-forza tax-xogħol tal-UE li tirriżulta mit-tkabbir suċċessiv tal-UE u mit-twessigħ tal-kompiti tagħha. Fit-terminu itwal, hekk kif il-persunal attiv jirtira, l-għadd ta’ pensjonanti neċessarjament se jiżdied. Iż-żieda se tkompli sakemm l-għadd ta’ persuni rtirati f’sena partikolari jibbilanċja l-għadd ta’ dawk attivi.
L-Anness 10 juri li bħalissa l-koorti ta’ qabel l-2004 jirrappreżenta kważi 90 % tal-pensjonanti kollha, filwaqt li l-pensjonanti li jaqgħu fir-regoli ta’ qabel l-2014 jirrappreżentaw 9 %, u dawk li jaqgħu fir-regoli ta’ wara l-2014 jirrappreżentaw biss 1 % tal-pensjonanti kollha. Għal dawn tal-aħħar, dan huwa normali billi – bħala regola ġenerali – huma meħtieġa 10 snin ta’ servizz biex persuna tkun intitolata għal pensjoni tal-PSEO. Minn dan isegwi li b’mod progressiv, il-membri tal-persunal li jaqgħu fir-regoli ta’ wara l-2004 u ta’ wara l-2014 se jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-persunal irtirat, l-effetti taż-żewġ riformi suċċessivi introdotti mill-koleġiżlatur fl-2004 u fl-2014 se jkomplu jissaħħu b’mod sinifikanti.
4.3.Dħul mill-PSEO
Mill-2014, il-PSEO ġġenerat dħul ta’ EUR 5,8 biljun għall-baġit tal-UE. Dawn huma magħmula mill-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-membri tal-persunal, mit-trasferimenti tad-drittijiet tal-pensjoni tal-membri tal-persunal, mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mir-Renju Unit fuq il-bażi tal-Ftehim dwar il-Ħruġ u mill-kontribuzzjonijiet minn aġenziji deċentralizzati u minn organizzazzjonijiet internazzjonali li jieħdu sehem fil-programmi tal-UE.
4.3.1.Rikavati tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-pensjonijiet
Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet huma bbażati fuq kalkoli attwarji magħmula mill-Eurostat biex jiġi żgurat il-bilanċ attwarju u s-sostenibbiltà tal-PSEO. Filwaqt li f’ċerti Stati Membri, l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali ma jħallsu l-ebda rata ta’ kontribuzzjoni tal-pensjoni, il-PCR imħallsa mill-persunal tal-UE tirrappreżenta waħda mill-ogħla rati meta mqabbla mal-iskemi tal-pensjoni fis-servizzi pubbliċi tal-Istati Membri (l-Annessi minn 17 sa 20).
Il-kontribuzzjoni kkalkolata tagħmel li l-membri tal-persunal jiffinanzjaw terz tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba kull sena. Ir-rikavati minn dawn il-kontribuzzjonijiet ma humiex assenjati għal xi linja baġitarja speċifika u jintużaw biex jiffinanzjaw il-politiki tal-UE, filwaqt li jillimitaw il-kontribuzzjonijiet meħtieġa mill-Istati Membri għall-appoġġ tal-istituzzjonijiet tal-UE biex iwettqu l-ħafna kompiti li ġew fdati bihom. Mill-2014, dan jammonta għal EUR 4,2 biljun li ntużaw biex jiffinanzjaw il-baġit. Fl-2022 biss, dan kien jirrappreżenta aktar minn EUR 500 miljun.
4.3.2.Dħul mit-trasferimenti tad-drittijiet tal-pensjoni tal-membri tal-persunal
Il-membri tal-persunal għandhom il-possibbiltà li jittrasferixxu skont il-PSEO d-drittijiet tal-pensjoni li kisbu bi skemi tal-pensjoni jew fondi tal-pensjoni nazzjonali. Dan jinvolvi t-trasferiment ta’ kapital li jirrappreżenta d-drittijiet li jkunu kisbu permezz tal-attivitajiet professjonali tagħhom imwettqa qabel ma daħlu fis-servizz tal-UE. Il-kapital ekwivalenti għad-drittijiet tal-pensjoni jiġi ttrasferit mill-iskema tal-pensjoni oriġinali u jiġi kkonvertit fil-PSEO bħala snin ta’ servizz tal-pensjoni. Dawn is-snin ta’ servizz tal-pensjoni jitqiesu fil-kalkolu tal-pensjoni tal-irtirar bil-PSEO. Dawn it-trasferimenti jirrappreżentaw il-kapital kollu (3/3), li jikkorrispondi għall-ekwivalenti attwarju tad-drittijiet tal-pensjoni rikonoxxuti bil-PSEO. Dawn wasslu għall-baġit tal-UE ta’ EUR 950 miljun mill-2014 u bħala medja jġibu aktar minn EUR 100 miljun fis-sena għall-baġit tal-UE (l-Anness 12).
4.3.3.Kontribuzzjonijiet mir-Renju Unit
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ
jipprevedi li l-partijiet kontraenti qablu li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għas-sehem tiegħu tal-obbligazzjoni tal-Unjoni għad-drittijiet tal-pensjoni u għad-drittijiet għal benefiċċji oħrajn relatati mal-impjiegi dovuti fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni jew qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2020. Din l-obbligazzjoni tkopri d-drittijiet tal-pensjoni tal-membri kollha tal-persunal irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom.
Il-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi wkoll li r-Renju Unit għandu jikkontribwixxi kull sena għall-pagamenti netti magħmula mill-baġit tal-Unjoni lil kull benefiċjarju. Inkella, skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 142(6), ir-Renju Unit jista’ jitlob li jħallas l-obbligazzjoni pendenti fil-31 ta’ Diċembru ta’ sena partikolari.
Fir-rigward tal-pensjonijiet tal-persunal, ir-Renju Unit mar għall-għażla tal-pagamenti annwali. Fl-2022, ir-Renju Unit ikkontribwixxa EUR 235 miljun għall-pagamenti netti li saru mill-baġit tal-Unjoni għall-pensjonijiet ta’ persunal tal-UE preċedenti. Fis-snin li ġejjin, ir-Renju Unit se jkompli jiffinanzja s-sehem tiegħu tan-nefqa fuq il-pensjonijiet ikkalkulat bħala perċentwal fiss tan-nefqa fuq il-pensjonijiet li qed tevolvi.
Billi jiżgura r-rikonoxximent tar-Renju Unit tal-obbligazzjoni tiegħu għad-drittijiet tal-pensjoni miksuba mill-persunal kollu tal-UE qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, il-Ftehim dwar il-Ħruġ jiggarantixxi l-kontribuzzjoni kontinwa tar-Renju Unit għall-fond nozzjonali tal-PSEO. Għalhekk, id-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-UE ma tinvolvi l-ebda spiża addizzjonali għall-baġit tal-UE.
4.3.4.Kontribuzzjonijiet minn aġenziji mhux sussidjati u terzi persuni li jieħdu sehem fil-programmi tal-UE
F’konformità mal-Artikolu 83a, il-paragrafu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-aġenziji li ma jirċevux sussidju mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandhom iħallsu f’dak il-baġit l-ammont kollu tal-kontribuzzjonijiet meħtieġa għall-finanzjament tal-iskema.
Barra minn hekk, il-programmi u l-azzjonijiet tal-UE xi drabi jinvolvu l-parteċipazzjoni ta’ partijiet terzi (pereż. pajjiżi terzi). Minħabba li l-parteċipazzjoni tagħhom tista’ tirrikjedi r-reklutaġġ ta’ membri addizzjonali tal-persunal għall-implimentazzjoni ta’ programmi, il-Kummissjoni tiżgura li l-kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi għall-baġit ikopru wkoll is-sehem ta’ min iħaddem tad-drittijiet futuri tal-pensjoni tal-persunal.
Dawn il-kontribuzzjonijiet jiġġeneraw dħul għall-baġit filwaqt li jiżguraw li jkunu ġew koperti l-ispejjeż futuri tal-pensjonijiet. Mill-2014, dan jirrappreżenta kważi EUR 400 miljun ta’ dħul għall-baġit (l-Anness 13).
4.4.Nefqa mill-PSEO
Matul l-ewwel snin tal-implimentazzjoni tagħha, l-iskema tal-pensjonijiet tal-UE pproduċiet – f’termini baġitarji – dħul nett, jiġifieri l-kontribuzzjonijiet minn persunal attiv li jikseb id-drittijiet tal-pensjoni kienu akbar mill-benefiċċji li nkisbu minn għadd limitat ta’ persuni rtirati. Id-dħul mill-iskema tal-pensjonijiet kien magħmul minn kontribuzzjonijiet tal-persunal u ta’' min iħaddem; dawn tal-aħħar ma tħallsux f’fond, iżda ġew riflessi biss fl-obbligazzjoni tal-pensjoni. B’dan il-mod, il-baġit tal-UE kien effettivament qed jissellef il-flus mingħand il-membri fl-iskema bil-garanzija li fil-futur iħallas il-benefiċċji.
L-Anness 14 juri l-evoluzzjoni tan-nefqa fuq il-pensjonijiet bejn l-2014 u l-2022. Dan żdied b’medja ta’ 6,2 % fis-sena. Dan jinkludi l-effetti tal-aġġornament tar-remunerazzjoni u tal-pensjonijiet.
Il-livell attwali tan-nefqa fuq il-pensjonijiet jirrifletti fil-biċċa l-kbira l-ħlas tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba skont ir-regoli ta’ qabel l-2004, li japplikaw għal 90 % tal-pensjonanti. Dawn ir-regoli pprovdew b’mod partikolari għal rata ta’ dovuti tal-pensjoni annwali ta’ 2 %, l-applikazzjoni ta’ koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-pensjoni, salarji tad-dħul ogħla, età tal-irtirar aktar baxxa u persunal magħmul minn uffiċjali u aġenti temporanji biss. L-Anness 15 juri l-evoluzzjoni tal-ispejjeż marbuta mal-ħlas tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-pensjoni.
Is-sehem tal-pensjonanti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ wara l-2004 żdied b’mod kostanti. Filwaqt li l-membri tal-persunal reklutati wara l-1 ta’ Mejju 2004 iżda qabel l-1 ta’ Jannar 2014 attwalment jirrappreżentaw 9 % tal-pensjonanti, il-membri tal-persunal attivi kollha li jaqgħu f'dawn ir-regoli se jkollhom intitolamenti tal-pensjoni aktar baxxi bħala riżultat ta’ gradi ta’ dħul aktar baxxi, rata tad-dovuti aktar baxxa u n-nuqqas ta’ koeffiċjenti tal-pensjoni. Dan se jiġi rifless bis-sħiħ fin-nefqa fuq il-pensjonijiet ladarba dawn il-membri tal-persunal jilħqu l-età tal-irtirar. Fit-tul, l-iffrankar li jirriżulta mir-riforma tal-2004 se jkompli jiżdied, sa biljun fis-sena fit-tul.
Minħabba li 1 % biss tal-pensjonanti attwali jaqgħu fir-regoli ta’ wara l-2014, il-bidliet strutturali introdotti mill-koleġiżlatur fl-2014 (jiġifieri ż-żieda fl-età tal-irtirar, ir-rata tad-dovuti tal-pensjoni annwali mnaqqsa, it-tnaqqis fil-progressjoni tal-karriera, il-ħolqien ta’ skala ta’ salarju aktar baxxa għall-impjiegi segretarjali u klerikali) se jimmaterjalizzaw bis-sħiħ biss meta l-membri tal-persunal li jaqgħu fir-regoli tal-pensjoni ta’ wara l-2014 jieħdu l-pensjonijiet tagħhom. Dan ifisser li l-effetti fuq in-nefqa fuq il-pensjonijiet tal-bidliet strutturali l-aktar reċenti introdotti mill-koleġiżlatur fl-2014 se jiżdiedu gradwalment hekk kif sehem dejjem akbar ta’ membri tal-persunal reklutati wara l-2014 se jsiru pensjonanti.
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, in-nefqa fuq il-pensjonijiet se tkompli tikber u dan jirrifletti ż-żieda fil-forza tax-xogħol tal-istituzzjonijiet tal-UE, speċjalment fl-aġenziji jew permezz tal-ħolqien ta’ korpi ġodda. Fl-istess ħin, iż-żewġ riformi suċċessivi tar-Regolamenti tal-Persunal diġà ġġeneraw iffrankar sinifikanti. Dan l-iffrankar se jkompli jiżdied hekk kif il-membri tal-persunal li jaqgħu fir-regoli aktar stretti tal-2004 u tal-2014 se jibdew jirċievu pensjoni.
4.5.Obbligazzjoni tal-PSEO
Il-PSEO hija fond nozzjonali (virtwali) b’benefiċċji definiti. Minħabba li ma hemm l-ebda fond ta’ investiment proprju, l-ammont li kieku kien jinġabar minn fond bħal dan jitqies li ġie investit fil-bonds fit-tul tal-Istati Membri u huwa rifless fl-obbligazzjoni tal-pensjoni li hija rreġistrata fil-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea.
Il-kontijiet annwali tal-UE jitħejjew skont ir-regoli kontabilistiċi bbażati fuq Standards ta’ Kontabilità Aċċettati Internazzjonalment (IPSAS 39), l-ogħla standards disponibbli. Iċ-ċifra għall-obbligazzjonijiet tal-pensjoni u obbligazzjonijiet oħrajn ta’ wara l-impjieg ippreżentati fil-karta bilanċjali tal-UE tirrappreżenta l-valutazzjoni attwarja, fil-valuri monetarji attwali, tal-obbligazzjoni tal-UE li tħallas il-pensjonijiet futuri u drittijiet oħrajn, miksuba mill-persunal tagħha (attivitajiet, persuni invalidi u persuni rtirati). Din il-valutazzjoni hija bbażata fuq il-pagamenti previsti li għandhom isiru mill-baġit tal-UE għall-persuni rtirati attwali u futuri fuq perjodu ta’ żmien ta’ diversi deċennji.
Wieħed mill-varjabbli ewlenin meħtieġa għall-kalkoli huwa r-Rata ta’ Skont Proprja. Din ir-rata hija meħtieġa biex jiġi kkalkolat il-valur preżenti tal-benefiċċji futuri mistennija. Din ir-rata tal-imgħax tinkiseb mir-rati tal-imgħax nominali u mir-rati tal-inflazzjoni, u b’hekk tinvolvi sors doppju ta’ volatilità. F’dak ir-rigward, iż-żidiet reċenti tal-obbligazzjoni rriżultaw kważi kompletament mit-tnaqqis qawwi tar-rata tal-imgħax fit-tul użata biex jiġu vvalutati l-obbligazzjonijiet tal-benefiċċji tal-impjegati: ir-rata ta’ skont reali dan l-aħħar saret saħansitra negattiva, li jfisser li kwalunkwe ammont partikolari jiswa aktar illum milli fil-futur. Pereżempju, fl-2021, ir-rata ta’ skont proprja għaddiet minn -0,2 % għal -0,8 %. Din il-bidla wasslet għal żieda fl-obbligazzjoni ta’ kważi
EUR 14-il biljun (+14,5 %) għal EUR 126 biljun.
Iċ-ċifra għall-obbligazzjonijiet tal-pensjoni u obbligazzjonijiet oħrajn ta’ wara l-impjieg ippreżentati fil-karta bilanċjali tal-UE għandha skopijiet ta’ kontabilità ċari. Madankollu, din hija ċifra volatili ħafna soġġetta għall-kundizzjonijiet tas-suq u għall-fluttwazzjonijiet makroekonomiċi. Għalhekk, għandha valur limitat f’termini tal-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet baġitarji reali tal-PSEO.
Il-konklużjoni ta’ hawn fuq hija spjegata aktar biż-żewġ kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
L-ewwel nett, ta’ min jinnota li filwaqt li r-rata tal-imgħax tħalli impatt sinifikanti fuq il-valur attwali tal-obbligazzjonijiet futuri tal-pensjonijiet tal-UE kif ippreżentati fil-karta bilanċjali f’mument partikolari, din ma tbiddilx l-ammont ta’ pensjonijiet li se jkollhom jitħallsu – din tirrifletti biss il-valur attwali ta’ dawk l-ammonti f’mument partikolari fiż-żmien.
It-tieni, stima tal-istess obbligazzjoni kkalkolata bl-użu tar-rata tal-imgħax applikabbli għall-kalkolu tal-PCR skont ir-Regolamenti tal-Persunal tnaqqas drastikament l-ammont u l-volatilità tal-obbligazzjoni kif ikkalkolata skont l-istandards tal-IPSAS 39. Pereżempju, billi tiġi applikata r-rata tal-imgħax użata għall-kalkolu tal-PCR (+2,7 % fl-2021), li hija kkalkolata f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal u skont l-aħjar standards attwarji fuq medja mobbli fit-tul fuq 30 sena tar-rati tal-imgħax ta’ dejn pubbliku fit-tul tal-Istati Membri, il-valur ipotetiku tal-obbligazzjoni tal-pensjoni bis-suppożizzjonijiet attwarji tal-valutazzjoni tal-pensjonijiet jonqos minn EUR 126 biljun għal EUR 62,6 biljun, tnaqqis ta’ aktar minn nofs (l-Anness 16).
5.Ir-riformi tal-2004 u l-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-effetti tagħhom
5.1.Ir-riformi tal-2004 u l-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal
Bir-riforma tal-2004 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koleġiżlatur iddeċieda li jagħmel bidliet strutturali sinifikanti fir-regoli statutorji li jaffettwaw direttament l-intitolamenti għall-pensjonijiet. B’mod partikolari, dan kien jinvolvi:
-żieda fl-età tal-irtirar minn 60 għal 63 sena,
-livelli aktar baxxi ta’ salarju ta’ dħul – b’mod partikolari għall-amministraturi,
-rata tad-dovuti tal-pensjoni annwali aktar baxxa (1,9 %),
-kategorija ġdida tal-persunal bi skala ta’ salarju aktar baxxa (aġenti kuntrattwali),
-it-tneħħija gradwali tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni applikabbli għall-pensjonijiet.
Bir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-koleġiżlatur iddeċieda li jintroduċi bidliet addizzjonali li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-intitolamenti tal-pensjonijiet tal-membri tal-persunal reklutati wara l-2014. Dan kien jinvolvi b’mod partikolari:
-żieda fl-età tal-irtirar għal 66 sena,
-rata tad-dovuti tal-pensjoni annwali aktar baxxa (1,8 %),
-perspettivi tal-karriera mnaqqsa biex tiġi żgurata korrelazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-grad u l-funzjoni,
-kategorija ġdida tal-persunal bi skala ta’ salarju aktar baxxa (impjiegi segretarjali u klerikali).
Fl-istess ħin, il-koleġiżlatur ippreveda skala ta’ salarju aktar favorevoli għall-membri tal-persunal reklutati qabel l-2014, bħala kumpens għal-limitazzjonijiet tal-karrieri introdotti fl-okkażjoni tar-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal. Fl-aħħar nett, minbarra dawn il-bidliet strutturali, il-koleġiżlatur ippreveda l-iffriżar (fl-2011, fl-2013 u fl-2014) u aġġustament aktar baxx (fl-2012) tal-pagi u tal-pensjonijiet.
5.2.L-effetti tar-riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal
5.2.1.Effetti fuq il-funzjonament tal-iskema
Iż-żewġ riformi suċċessivi tar-Regolamenti tal-Persunal iġġeneraw u se jkomplu jiġġeneraw iffrankar sinifikanti. Dawn ir-riformi poġġew lill-PSEO fuq quddiem nett meta mqabbla mal-iskemi tal-pensjonijiet nazzjonali. Fl-istess ħin, ir-riformi tal-PSEO kellhom impatt fuq l-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-UE, billi l-PSEO tibqa’ karatteristika essenzjali tal-pakkett ta’ remunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil tal-UE.
5.2.1.1.L-aġġornament regolari tal-parametri ewlenin
Il-PSEO hija skema flessibbli ħafna mmonitorjata kontinwament, billi s-suppożizzjonijiet ewlenin bħall-PCR u l-età tal-irtirar jiġu vvalutati u aġġornati regolarment jekk ikun meħtieġ.
Il-PCR tiġi vvalutata kull sena u tiġi aġġornata jekk ikun meħtieġ. Kif muri fl-Anness 17, Stat Membru wieħed biss għandu sistema bbażata fuq aġġornament awtomatiku tal-PCR kif inhu l-każ fil-PSEO. Stati Membri oħrajn jaġġornawha biss b’mod okkażjonali, fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet politiċi, aktar milli kalkoli attwarji jew ma jaġġornawha xejn.
Dan il-mekkaniżmu ta’ aġġornament awtomatiku jiżgura li l-livell ta’ kontribuzzjoni mħallas mill-persunal tal-UE (jiġifieri 10,1 % fl-2022) huwa dak meħtieġ biex jiġu ffinanzjati d-drittijiet tal-pensjonijiet dovuti tagħhom, li jiżgura l-bilanċ attwarju tal-PSEO. Il-livell ta’ kontribuzzjonijiet huwa fost l-ogħla meta mqabbel ma’ dak imħallas mill-impjegati taċ-ċivil nazzjonali (l-Anness 18). Barra minn hekk, f’diversi Stati Membri, l-impjegati taċ-ċivil ma humiex soġġetti għal xi kontribuzzjoni biex jiffinanzjaw il-benefiċċji tal-pensjonijiet tagħhom.
F’konformità mal-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-età tal-irtirar tal-persunal tal-UE tista’ tiġi aġġustata. Kif jidher fl-Anness 19, Stat Membru wieħed biss għandu età tal-irtirar ogħla mill-UE. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, l-età tal-irtirar tiġi aġġornata, jew regolarment jew okkażjonalment, biex tirrifletti l-iżviluppi fl-istennija tal-għomor. Fl-istess ħin, għal terz tal-Istati Membri tal-UE, din ir-rabta ma teżistix. L-Anness 20 juri li l-PSEO mhux biss għandu tali rabta fis-seħħ, iżda wkoll li r-regoli li jirregolaw il-PSEO jipprevedu aġġornamenti regolari tal-età tal-irtirar, kif issottolinjat fil-Kapitolu 3.4. Dawn l-aġġornamenti huma bbażati fuq tabelli ta’ mortalità, u b’hekk jorbtu l-età tal-irtirar mal-istennija tal-għomor.
Dawn l-adattamenti jiżguraw li l-PSEO tibqa’ sostenibbli filwaqt li tikkorrispondi għall-ogħla standards meta mqabbel mal-iskemi tal-pensjoni mill-Istati Membri.
5.2.1.2.Ir-rwol tal-PSEO fl-attraenza tal-istituzzjonijiet tal-UE
Meta jiġu offruti impjieg, professjonisti b’esperjenza bi kwalifiki għoljin li jkunu qed ifittxu impjieg x’aktarx jagħtu aktar kunsiderazzjoni lir-rwol tal-pensjonijiet fil-pakkett tal-għotja milli jagħtu kandidati iżgħar. Barra minn hekk, il-kandidati li preċedentement ħadmu fis-settur privat jew pubbliku kisbu xi esperjenza u sensittività fit-trattament ta’ kwistjonijiet ta’ rtirar. Il-kandidati li jitilqu mis-sistema li magħha huma familjari biex jidħlu f’sistema ġdida u mhux familjari x’aktarx li jagħtu attenzjoni partikolari għal din is-sistema l-ġdida. Fl-aħħar, il-kandidati li jiffavorixxu s-sigurtà (tal-impjieg) u karriera prevedibbli fuq l-ogħla salarji f’impjieg anqas stabbli se jagħtu aktar attenzjoni lill-iskema tal-pensjoni. Il-membru tal-persunal tipiku li għadu kif ġie rreklutat mill-istituzzjonijiet tal-UE x’aktarx li jaqa’ f’waħda minn dawn il-kategoriji. Billi l-istituzzjonijiet tipikament jimpjegaw persuni li bdew il-karriera tagħhom xi mkien ieħor u li għalhekk għandhom medja ta’ 36 sena, l-importanza tas-sistema tal-pensjonijiet fl-attraenza ġenerali tal-pakkett tal-għotja hija meqjusa li hija ogħla minn, pereżempju, għall-impjegati pubbliċi fl-Istati Membri li jibdew il-karrieri tagħhom fl-amministrazzjoni pubblika immedjatament wara li jiggradwaw. Il-fatt li kważi r-rekluti l-ġodda kollha ħadmu xi mkien ieħor qabel tingħata prova ta’ dan ukoll mill-għadd ta’ trasferimenti tad-drittijiet tal-pensjonijiet miksuba barra mill-istituzzjonijiet tal-UE lejn il-PSEO.
5.2.2.Iffrankar li jirriżulta mir-riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal
Iż-żewġ riformi tar-Regolamenti tal-Persunal introduċew bidliet strutturali li jaffettwaw l-intitolamenti tal-pensjonijiet bħaż-żidiet tal-età tal-irtirar, it-tnaqqis tar-rata tad-dovuti, il-limitazzjonijiet tal-livelli ta’ remunerazzjoni billi jnaqqsu l-perspettivi tal-karriera u jintroduċu skali tas-salarju ġodda (pereż. aġenti kuntrattwali u segretarji u skrivani), u s-soppressjoni tal-koeffiċjenti tal-pensjonijiet. Dawn il-bidliet kienu soġġetti għal dispożizzjonijiet tranżizzjonali minħabba li d-drittijiet tal-pensjonijiet huma protetti skont il-prinċipju tad-drittijiet miksuba. Ir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal imponiet ukoll l-iffriżar li affettwa direttament il-livell tal-pensjonijiet.
L-effetti strutturali tar-riforma tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal jistgħu jiġu apprezzati aħjar jekk wieħed iħares lejn il-popolazzjoni attiva, minħabba li 9 % biss tal-benefiċjarji attwali jaqgħu fir-regoli ta’ wara l-2004 u 1 % biss huma koperti mir-regoli ta’ wara l-2014 (l-Anness 10).
Mill-2004, id-drittijiet medji tal-pensjonijiet dovuti mill-benefiċjarji ta’ pensjoni naqsu minn 64,6 % fl-2004 għal 61,7 % fl-aħħar tal-2021 (l-Anness 21). Dan irriżulta minn żewġ affarijiet:
·ir-rati aktar baxxi tad-dovuti introdotti fl-2004 u fl-2014 u
·l-età medja dejjem tiżdied tad-dħul fis-servizz ċivili tal-UE.
Minħabba li s-sehem tal-pensjonanti li jaqgħu fir-regoli ta’ wara l-2004 u ta’ wara l-2014 se jiżdied fil-futur, it-tnaqqis qawwi osservat tad-drittijiet medji tal-pensjonijiet miksuba mill-benefiċjarji se jkompli jonqos matul is-snin li ġejjin. Barra minn hekk, it-tneħħija gradwali progressiva tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-pensjonijiet se tirriżulta wkoll f’iffrankar konsiderevoli (l-Anness 15).
Dawn il-bidliet strutturali huma riflessi wkoll mill-evoluzzjoni tas-salarju bażiku medju meta wieħed jidħol fis-servizz (-15 %) u meta jitlaq mis-servizz (-11 %). Dan jikkonferma l-effetti estensivi taż-żewġ riformi tar-Regolamenti tal-Persunal fuq il-livell ta’ remunerazzjoni, li jaffettwaw direttament il-livell ta’ benefiċċji tal-pensjoni li jirriżultaw.
Minbarra dawn il-bidliet strutturali, ir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal waħedha diġà ġġenerat madwar EUR 1,5 biljun fi ffrankar min-nefqa fuq il-pensjonijiet meta mqabbla mal-istimi baġitarji ta’ qabel ir-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal (l-Anness 22).
Fl-aħħar, lil hinn mil-loġika attwarja li fuqha hija bbażata l-PSEO, mill-perspettiva baġitarja huwa interessanti li wieħed jinnota li l-livell attwali tal-ispiża tas-servizz (jiġifieri EUR 1 700 miljun li jirrappreżentaw it-total tal-valuri attwarji tad-drittijiet miksuba mill-membri kontribwenti tal-persunal f’sena partikolari) huwa anqas mil-livell attwali tan-nefqa fuq il-pensjoni (EUR 2 400 miljun). Fi kliem ieħor, jekk id-drittijiet kollha tal-pensjonijiet miksuba mill-membri tal-persunal fl-2022 jiġu riżervati f’fond tal-pensjoni ffinanzjat, dan ikun ammont aktar baxx minn dak tan-nefqa tal-pensjonijiet fi prezzijiet attwali. Dan huwa eżempju ieħor tal-effettività taż-żewġ riformi suċċessivi tar-Regolamenti tal-Persunal. B’riżultat ta’ dan, għalkemm aktar membri tal-persunal qed jiksbu drittijiet tal-pensjoni, huma qed jiksbu intitolamenti tal-pensjoni ferm aktar baxxi.
6.Konklużjonijiet
Is-sistema stabbilita mill-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal żgurat l-implimentazzjoni korretta tar-regoli billi l-PSEO tinżamm f’bilanċ attwarju, billi tiġi pprovduta stabbiltà għall-persunal u jiġi żgurat fluss kontinwu progressiv tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet fil-baġit tal-UE.
Filwaqt li l-PSEO għadha ma laħqitx il-maturità, kemm ir-riformi tal-2004 kif ukoll dawk tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal diġà qed jiġġeneraw iffrankar sinifikanti fuq l-infiq attwali tal-pensjonijiet. Indikaturi ewlenin bħal-livell medju tad-drittijiet tal-pensjonijiet miksuba kif ukoll is-salarji bażiċi medji, jikkonfermaw li l-bidliet strutturali introdotti mir-riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal se jiġġeneraw progressivament iffrankar dejjem akbar u b’hekk inaqqsu b’mod konsiderevoli l-evoluzzjoni tal-impatt tal-PSEO fuq il-baġit tal-UE.
Meta mqabbla mas-sistemi tal-pensjonijiet applikabbli għall-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri, il-PSEO tibqa’ fuq quddiem nett fil-biċċa l-kbira tal-indikaturi ewlenin bħall-età tal-irtirar, il-livell tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet, l-aġġustament għall-evoluzzjoni tal-parametri attwarji. Fl-istess ħin, l-effetti tar-riformi tal-2004 u tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal fuq il-PSEO jippreżentaw sfida għall-attraenza tas-servizz pubbliku tal-UE.
Fid-dawl tal-valutazzjoni tal-bilanċ attwarju u tal-implikazzjonijiet baġitarji tal-PSEO minn dan ir-rapport, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 14(1) tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, ma tqisx li huwa xieraq f’dan l-istadju li jiġi propost li jiġi emendat l-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal.
Annessi
Anness 1: Parametri statutorji ewlenin użati fil-valutazzjoni attwarja tal-2022
|
Parametru
|
Valur
|
|
Sors ġuridiku
|
Ir-Regolamenti tal-Persunal fis-seħħ mill-01.01.2014
|
|
Data ta’ referenza għall-popolazzjoni (l-Anness XII, l-Artikolu 1)
|
31.12.2021
|
|
Età massima tal-irtirar (l-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal)
|
65 sena (awtomatikament għall-uffiċjali fis-servizz qabel l-01.01.2014), 66 sena (awtomatikament għall-uffiċjali ġodda) jew 67 sena (b'talba tal-persunal) jew sa 70 sena (b’mod eċċezzjonali)
|
|
Età normali tal-irtirar (l-Artikolu 52 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 22 tal-Anness XIII)
|
Minn 60 sa 66 sena skont is-snin ta’ servizz, l-età u data tad-dħul fis-servizz
|
|
Età minima tal-irtirar (l-Artikolu 52(b) tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Artikolu 9 tal-Anness VIII, u l-Artikolu 23 tal-Anness XIII)
|
58
|
|
Kategorija u grad għaċ-ċifra minima ta’ sussistenza (l-Artikolu 6 tal-Anness VIII)
|
Grad AST 1 Skala 1
|
|
Pensjoni massima tal-irtirar (l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal)
|
70 % tas-salarju bażiku fid-data tal-irtirar
|
|
Rata tad-dovuti annwali (l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 21 tal-Anness XIII)
|
1,8 % (uffiċjali fis-servizz mill-01.01.2014)
1,9 % (uffiċjali fis-servizz mill-01.05.2004), jew 2 % (uffiċjali fis-servizz qabel l-01.05.2004), tas-salarju bażiku
|
|
Bonus għal uffiċjali fis-servizz wara l-età normali tal-irtirar (l-Artikolu 5 tal-Anness VIII u l-Artikolu 22 tal-Anness XIII)
|
1,5 % (uffiċjali ġodda) jew 2,5 % tas-salarju bażiku, jew 5 % tal-ammont tad-drittijiet tal-pensjoni akkwistati fl-età ta’ 60 sena, skont id-data tad-dħul fis-servizz, is-snin ta’ servizz fl-1 ta’ Mejju 2004 u l-età tal-uffiċjal fl-1 ta’ Mejju 2004
|
|
Penali għall-irtirar bikri (l-Artikolu 9 tal-Anness VIII u l-Artikolu 22, il-punt 3 tal-Anness XIII)
|
3,5 % (uffiċjali ġodda) jew 1,75 % (uffiċjali preċedenti) tal-pensjoni, għal kull sena qabel l-età normali tal-irtirar
|
|
Pensjoni minima tal-irtirar (l-Artikolu 77 tar-Regolamenti tal-Persunal)
|
4 % taċ-ċifra minima ta’ sussistenza għal kull sena ta’ servizz
|
|
Allowance tal-invalidità (l-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal)
|
70 % tas-salarju bażiku
|
|
Allowance minimu tal-invalidità (l-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal)
|
100 % taċ-ċifra minima ta’ sussistenza
|
|
Pensjoni tar-riverżjoni (l-Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 18 tal-Anness VIII)
|
60 % tal-pensjoni tal-irtirar
|
|
Pensjoni minima tar-riverżjoni (l-Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 18 tal-Anness VIII)
|
35 % tal-aħħar salarju bażiku
|
|
Pensjoni tas-superstiti (l-Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 17 tal-Anness VIII)
|
60 % tal-pensjoni tal-irtirar li kienet tkun pagabbli lil uffiċjal
|
|
Pensjoni minima tas-superstiti (l-Artikolu 79 tar-Regolamenti tal-Persunal)
|
35 % tal-aħħar salarju bażiku jew iċ-ċifra minima ta’ sussistenza
|
Anness 2: Silta mit-Tabelli tal-Ħajja tal-UE
|
Età
|
Irġiel
|
Nisa
|
|
|
Probabbiltà li persuna tmut fl-età ta’ x
|
Stennija tal-għomor
|
Probabbiltà li persuna tmut fl-età ta’ x
|
Stennija tal-għomor
|
|
40
|
0,00048544
|
44
|
0,00037417
|
46
|
|
45
|
0,00083219
|
39
|
0,00064198
|
42
|
|
50
|
0,00140284
|
34
|
0,00110248
|
37
|
|
55
|
0,00236193
|
30
|
0,00189106
|
32
|
|
60
|
0,00398328
|
25
|
0,00324918
|
27
|
|
65
|
0,00643074
|
21
|
0,00558535
|
23
|
|
70
|
0,01187197
|
16
|
0,00864211
|
19
|
|
75
|
0,02186383
|
13
|
0,01470951
|
14
|
|
80
|
0,04016587
|
9
|
0,02826935
|
11
|
|
85
|
0,07362888
|
6
|
0,05429701
|
8
|
|
90
|
0,12980921
|
4
|
0,10494797
|
5
|
Anness 3: Suppożizzjonijiet demografiċi għall-valutazzjoni attwarja tal-2022
|
Suppożizzjonijiet demografiċi
|
Valutazzjoni tal-2022
|
|
Tabella tal-Ħajja (membri b’saħħithom)
|
2018 EULT
|
|
Tabella tal-Ħajja (membri b’diżabilità)
|
2018 EULT + 3 snin
|
|
Tabella tal-Invalidità
|
Tabella tal-Invalidità tal-UE għall-2018
|
|
Stat Ċivili Attwali
|
Stat Ċivili fid-data ta’ evalwazzjoni
|
|
Probabbiltà li persuna tkun miżżewġa fid-data tal-irtirar, għall-irġiel
|
82,0 %
|
|
Probabbiltà li persuna tkun miżżewġa fid-data tal-irtirar, għan-nisa
|
52,0 %
|
|
Differenza medja fl-età bejn uffiċjal u s-sieħeb/is-sieħba tiegħu/tagħha
|
sena
|
|
Età Preżunta tal-Irtirar
|
Minn 63 sa 66
|
|
Dħul
|
Dħul għall-2018
|
|
Koeffiċjent tat-Tagħbija għall-pensjonijiet tal-orfni u tal-konjuġi divorzjati
|
9,6 %
|
Anness 4: Suppożizzjonijiet finanzjarji għall-valutazzjoni attwarja tal-2022
|
Suppożizzjonijiet finanzjarji
|
Valutazzjoni tal-2022
|
|
Skeda tas-Salarji
|
Fis-seħħ mill-01.07.2021
|
|
Durata
|
23 sena
|
|
Rata ta’ Skont Nominali (NDR)
|
4,6 %
|
|
Rata tal-Inflazzjoni (IR)
|
1,8 %
|
|
Rata ta’ Skont Reali (RDR)
|
2,7 %
|
|
Tkabbir Ġenerali fis-Salarju (GSG)
|
-0,1 %
|
|
Rivalwazzjoni Ġenerali tal-Pensjoni (GPR)
|
-0,1 %
|
|
Avvanz Individwali tas-Salarju (ISP)
|
Tabella tal-ISP għall-2018
|
|
Koeffiċjenti ta’ Korrezzjoni (l-Artikolu 3.5 tal-Anness XI u l-Artikolu 20 tal-Anness XIII)
|
0,0 %
|
Anness 5: Kontribuzzjoni tal-pensjoni skont is-sena bejn l-2014 u l-2022
|
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021
|
2022
|
|
Spiża tas-servizz għall-irtirar/Salarji bażiċi
|
28,3 %
|
28,2 %
|
27,2 %
|
27,1 %
|
27,4 %
|
26,9 %
|
27,8 %
|
27,5 %
|
28,6 %
|
|
Spiża tas-servizz għall-invalidità/Salarji bażiċi
|
1,2 %
|
1,3 %
|
1,3 %
|
1,3 %
|
1,6 %
|
1,7 %
|
1,7 %
|
1,7 %
|
1,7 %
|
|
Spiża tas-servizz għall-mewt/Salarji bażiċi
|
0,9 %
|
0,9 %
|
0,9 %
|
0,9 %
|
0,9 %
|
0,6 %
|
0,6 %
|
0,6 %
|
0,6 %
|
|
Spiża tas-Servizz/Salarji bażiċi
|
30,4 %
|
30,5 %
|
29,5 %
|
29,3 %
|
30,0 %
|
29,2 %
|
30,2 %
|
29,8 %
|
30,9 %
|
|
PCR ikkalkolata (sehem tal-persunal)
|
10,1 %
|
10,2 %
|
9,8 %
|
9,8 %
|
10,0 %
|
9,7 %
|
10,1 %
|
9,9 %
|
10,3 %
|
|
PCR applikata (sehem tal-persunal)
|
10,1 %
|
10,1 %
|
9,8 %
|
9,8 %
|
10,0 %
|
9,7 %
|
10,1 %
|
10,1 %
|
10,1 %
|
Anness 6: L-evoluzzjoni tal-persunal attiv fl-istituzzjonijiet tal-UE
|
Popolazzjoni attiva
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021
|
Bidla
|
|
Il-Parlament
|
9 074
|
9 464
|
9 872
|
9 959
|
10 305
|
9 895
|
9 987
|
10 357
|
14,1 %
|
|
Il-Kunsill
|
2 985
|
3 026
|
3 162
|
3 162
|
3111
|
3 160
|
3 206
|
3 246
|
8,7 %
|
|
Il-Kummissjoni
|
31 015
|
31 359
|
30 889
|
30 448
|
30 765
|
31 248
|
31 115
|
31 005
|
0,0 %
|
|
QĠUE
|
2 101
|
2 244
|
2 273
|
2 311
|
2 293
|
2 327
|
2 303
|
2 309
|
9,9 %
|
|
QEA
|
902
|
931
|
934
|
938
|
943
|
943
|
945
|
950
|
5,3 %
|
|
KESE
|
741
|
739
|
739
|
738
|
737
|
737
|
730
|
727
|
-1,9 %
|
|
KtR
|
542
|
558
|
548
|
552
|
560
|
569
|
560
|
574
|
5,9 %
|
|
Ombudsman
|
73
|
73
|
76
|
82
|
78
|
75
|
73
|
74
|
1,4 %
|
|
EDPS
|
58
|
62
|
63
|
72
|
96
|
96
|
114
|
128
|
120,7 %
|
|
SEAE
|
1 988
|
1 983
|
2 035
|
2 016
|
2 095
|
2 149
|
2 234
|
2 326
|
17,0 %
|
|
Istituzzjonijiet oħrajn
u aġenziji deċentralizzati
|
9 088
|
9 595
|
10 337
|
11 007
|
11 646
|
12 272
|
13 093
|
14 424
|
58,7 %
|
|
Total
|
58 567
|
60 034
|
60 928
|
61 285
|
62 629
|
63 471
|
64 360
|
66 120
|
12,9 %
|
Anness 7: Il-popolazzjoni attiva tal-PSEO skont il-koorti tad-dovuti
|
Rata tad-Dovuti
|
2013
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021
|
|
1,8 %
|
0
|
6 438
|
11 280
|
14 972
|
18 250
|
21 618
|
25 280
|
27 815
|
31 671
|
|
1,9 %
|
36 985
|
32 226
|
29 827
|
27 978
|
25 998
|
24 896
|
23 217
|
22 576
|
21 653
|
|
2,0 %
|
20 989
|
19 903
|
18 928
|
17 978
|
17 037
|
16 115
|
14 974
|
13 969
|
12 796
|
|
Totali
|
57 974
|
58 567
|
60 034
|
60 928
|
61 285
|
62 629
|
63 471
|
64 360
|
66 120
|
Anness 8: Għadd ta’ snin tal-irtirar imwettqa minn diversi koorti ta’ persunal attiv
|
Rata tad-Dovuti
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021
|
2022
|
|
1,8 %
|
0
|
19 476
|
39 805
|
57 077
|
81 336
|
107 914
|
139 360
|
161 680
|
198 108
|
|
1,9 %
|
209 337
|
221 645
|
238 790
|
253 246
|
300 615
|
320 554
|
326 371
|
343 688
|
354 837
|
|
2,0 %
|
464 097
|
453 572
|
440 828
|
436 240
|
433 162
|
424 344
|
403 373
|
387 626
|
365 418
|
|
Total
|
673 435
|
694 693
|
719 423
|
746 564
|
815 113
|
852 812
|
869 105
|
892 995
|
918 363
|
Anness 9: Sehem tas-snin tal-irtirar imwettqa minn diversi koorti ta’ persunal attiv
|
Rata tad-Dovuti
|
2014
|
2015
|
2016
|
2017
|
2018
|
2019
|
2020
|
2021
|
2022
|
|
1,8 %
|
0,00 %
|
2,8 %
|
5,5 %
|
7,7 %
|
10,0 %
|
12,7 %
|
16,0 %
|
18,1 %
|
21,6 %
|
|
1,9 %
|
31,1 %
|
31,9 %
|
33,2 %
|
34,0 %
|
36,9 %
|
37,6 %
|
37,6 %
|
38,5 %
|
38,6 %
|
|
2,0 %
|
68,9 %
|
65,3 %
|
61,3 %
|
58,4 %
|
53,1 %
|
49,8 %
|
46,4 %
|
43,4 %
|
39,8 %
|
Anness 10: Għadd ta’ pensjonanti għal kull koorti ta’ reklutaġġ (qabel l-2004, wara l-2004 u wara l-2014)
|
Data tar-reklutaġġ
|
Għadd ta’ pensjonanti
|
Sehem ta’ pensjonanti
|
|
Sat-30.04.2004
|
18 291
|
89,6 %
|
|
Mill-01.05.2004
|
1 883
|
9,2 %
|
|
Mill-01.01.2014
|
236
|
1,2 %
|
Anness 11: Rikavati mill-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-membri tal-persunal
|
Sena
|
Rikavati mill-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni tal-membri tal-persunal
(f’miljuni ta’ EUR)
|
|
2014
|
348,7
|
|
2015
|
425,6
|
|
2016
|
441,8
|
|
2017
|
449,2
|
|
2018
|
473,6
|
|
2019
|
485,7
|
|
2020
|
504,4
|
|
2021
|
535,2
|
|
2022
|
553,4
|
|
Total
|
4 217,6
|
Anness 12: Kontribuzzjonijiet minn trasferimenti ta’ drittijiet tal-pensjoni
|
Sena
|
Kontribuzzjonijiet minn trasferimenti ta’ drittijiet tal-pensjoni (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
2014
|
109,4
|
|
2015
|
108,6
|
|
2016
|
139,5
|
|
2017
|
127,6
|
|
2018
|
107,3
|
|
2019
|
89,1
|
|
2020
|
82,3
|
|
2021
|
89,8
|
|
2022
|
95,5
|
|
Total
|
949,1
|
Anness 13: Kontribuzzjonijiet mill-aġenziji deċentralizzati u organizzazzjonijiet internazzjonali
|
Sena
|
Kontribuzzjonijiet minn aġenziji deċentralizzati u organizzazzjonijiet internazzjonali (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
2014
|
17,6
|
|
2015
|
22,5
|
|
2016
|
40,3
|
|
2017
|
42,4
|
|
2018
|
52,6
|
|
2019
|
50,6
|
|
2020
|
52,1
|
|
2021
|
56,4
|
|
2022
|
58,2
|
|
Total
|
392,7
|
Anness 14: Nefqa totali fuq il-pensjonijiet
|
Sena
|
Nefqa fuq il-pensjonijiet
(f’miljuni ta’ EUR)
|
|
2014
|
1 485,1
|
|
2015
|
1 541,2
|
|
2016
|
1 660,5
|
|
2017
|
1 774,5
|
|
2018
|
1 854,6
|
|
2019
|
1 964,5
|
|
2020
|
2 064,4
|
|
2021
|
2 173,2
|
|
2022
|
2 398,1
|
|
Żieda medja
|
+6,2 %
|
Anness 15: In-nefqa fuq il-pensjonijiet li tirriżulta mill-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni tal-pensjonijiet
|
Sena
|
Parti min-nefqa fuq il-pensjonijiet li tikkorrispondi għall-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni
(f’miljuni ta’ EUR)
|
|
2014
|
39,3
|
|
2015
|
37,8
|
|
2016
|
42,5
|
|
2017
|
45,4
|
|
2018
|
47,2
|
|
2019
|
48,4
|
|
2020
|
50,7
|
|
2021
|
56,6
|
|
2022
|
57,6
|
|
Total
|
425,7
|
Anness 16: Obbligazzjoni tal-pensjonijiet bis-suppożizzjonijiet attwarji tal-valutazzjoni tal-pensjonijiet fil-31 ta’ Diċembru 2021
|
Suppożizzjoni tal-PCR
|
Obbligazzjoni tal-PSEO
(f’miljuni ta’ EUR)
|
Impatt
(f’miljuni ta’ EUR)
|
Impatt
|
|
Suppożizzjonijiet attwarji tal-obbligazzjoni
|
126 068
|
|
|
|
Suppożizzjonijiet attwarji tal-valutazzjoni
|
62 613
|
-63 455
|
-50,3 %
|
Anness 17: Aġġornament tar-rata tal-kontribuzzjoni tal-pensjonijiet fl-Istati Membri tal-UE
|
Il-kundizzjonijiet li taħthom jiġu aġġornati r-rati tal-kontribuzzjoni tal-pensjonijiet
|
Stati Membri
|
|
Aġġornamenti regolari bbażati fuq kalkoli attwarji
|
NL, EU
|
|
Aġġornamenti okkażjonali bbażati fuq kalkoli attwarji
|
AT, BE, HU, LU, PT, SI
|
|
Aġġornamenti regolari bbażati fuq deċiżjonijiet politiċi
|
FI, PL
|
|
Aġġornamenti okkażjonali bbażati fuq deċiżjonijiet politiċi
|
BG, FR, HR, IE, LT, LV, MT, RO, SE
|
|
L-ebda aġġornament
|
CY, CZ, DE, ES, EE, DK, IT, SK
|
Anness 18: Ir-rati tal-kontribuzzjoni tal-pensjonijiet applikabbli fl-Istati Membri fl-2021
Anness 19: L-età normali tal-irtirar applikabbli għall-impjegati pubbliċi fl-2021
Anness 20: Aġġornament tal-età tal-irtirar fid-dawl tal-istennija tal-għomor
|
Rabta bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor
|
Stati Membri
|
|
L-ebda rabta
|
AT, BG, DE, EE, ES, HU, LU, RO, SE
|
|
Rabta dgħajfa: aġġornamenti okkażjonali
|
BE, CZ, FR, HR, IE, LT, LV, MT, PL, SI
|
|
Rabta b’saħħitha: Aġġornament regolari
|
CY, DK, EL, FI, IT, NL, PT, SK, EU
|
Anness 21: Evoluzzjoni tad-drittijiet medji tal-pensjonijiet dovuti mill-pensjonanti
Anness 22: Iffrankar fuq in-nefqa fuq il-pensjonijiet li jirriżulta mill-miżuri tal-2014 li jaffettwaw l-iskeda tas-salarji
|
Sena
|
Iffrankar li jirriżulta mill-miżuri tar-riforma tal-2014 tar-Regolamenti tal-Persunal li jaffettwaw l-iskeda tas-salarji (miljuni)
|
|
2011
|
24,9
|
|
2012
|
34,2
|
|
2013
|
59,6
|
|
2014
|
95,1
|
|
2015
|
116,6
|
|
2016
|
129,2
|
|
2017
|
141,4
|
|
2018
|
150,1
|
|
2019
|
162,0
|
|
2020
|
172,5
|
|
2021
|
184,0
|
|
2022
|
214,7
|
|
Total
|
1 484,4
|