Official Journal L 117 , 26/04/2001 P. 0001 - 0002
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 9/2001 tat-23 ta' Frar 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2000 tat-30 ta' Novembru 20001 [1]. (2) Id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' protezzjoni front underrun ta' vetturi b'makna u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud wara l-punt 1 (Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim: "- 32000 L 0040: Id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 203, ta' l-10..8.2000, p. 9)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-24 ta' Frar 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Frar 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 45, tal-15.2.2001, p. 3. [2] ĠU L 203, ta' l-10.8.2000, p. 9. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------