Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0041 - 0041
Artikolu 28 1. Il-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2004 għandu jiġi adattat permezz ta' budget emendatorju li jidħol fis-seħħ fl- 1 ta' Mejju 2004 sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ta' l-Istati Membri l-ġodda. 2. It-tnax-il dodiċesimu mensili ta' taxxa fuq il-valur miżjud u ta' riżorsi bażati fuq id-dħul gross nazzjonali li għandu jitħallas mill-Istati Membri l-ġodda taħt dan il-budget emendatorju, kif ukoll l-aġġustament retroattiv tad-dodiċesimu mensili għal perijodu minn Jannar sa April 2004 li japplikaw biss għall-Istati Membri attwali, għandu jinbidel f'ottavi għall-perijodu bejn Mejju u Diċembru 2004. L-aġġustamenti retroattivi li jirriżultaw minn xi budget emendatorju sussegwenti adottat fl-2004 għandhom bl-istess mod jinbidlu f'partijiet indaqs li jintalbu matul il-bqija tas-sena. --------------------------------------------------