24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9646 — Macquarie/Aberdeen/Pentacom/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 60/05)

1.   

Fl-14 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Pentacom Investments (UK) Holdco Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-Macquarie Group,

—

Aberdeen Infrastructure (Holdco) IV B.V. (“Aberdeen”, in-Netherlands), li tappartjeni għall-Aberdeen Group,

—

Pentacom Investment (Spain) Holdco, S.L. (“Pentacom”, Spanja).

Macquarie u Aberdeen jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Pentacom.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ mezzi oħra.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Macquarie: fornitur dinji ta’ servizzi bankarji tal-investiment u servizzi finanzjarji,

—

Aberdeen: kumpanija dinjija tal-investiment,

—

Pentacom: provvista bl-ingrossa ta’ servizzi ta’ aċċess għall-broadband fi Spanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9646 — Macquarie/Aberdeen/Pentacom/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“‘Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.