|
20.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 264/57 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali”
[COM(2015) 634 final – 2015/0287 (COD)]
u dwar
“Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti”
[COM(2015) 635 final – 2015/0288 (COD)]
(2016/C 264/07)
|
Relatur: |
Jorge PEGADO LIZ |
Nhar it-18 ta’ Jannar 2016 u nhar il-21 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar
“Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali”
[COM(2015) 634 final – 2015/0287 (COD)]
u dwar
“Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti”
[COM(2015) 635 final – 2015/0288 (COD)].
Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-13 ta’ April 2016.
Matul il-516-il sessjoni plenarja tiegħu li saret fis-27 u t-28 ta’ April 2016 (seduta tas-27 ta’ April 2016), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b’146 vot favur, 61 vot kontra u 44 astensjoni.
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1 |
Il-KESE jappoġġja l-ħtieġa u l-opportunità li jiġu regolati xi wħud mill-kwistjonijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2015) 633 final), b’mod partikolari dawk stabbiliti fil-Proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali. |
|
1.2 |
Madankollu, il-KESE jqis fatturi oħrajn li huwa jikkunsidrahom bħala li huma ħafna aktar importanti mir-regoli dwar id-drittijiet kuntrattwali fil-kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà mobbli u tanġibbli fuq l-Internet u deċiżivi u kruċjali ħafna għall-għanijiet proposti mill-Kummissjoni, jiġifieri tal-ħolqien ta’ suq uniku diġitali u jikkostitwixxu ostakli kbar għall-iżvilupp tal-kummerċ transkonfinali. |
|
1.3 |
Madankollu, rigward l-aspetti li ġew ittrattati, il-KESE ma jaqbilx mal-bażi legali invokata mill-Kummissjoni u qiegħed jagħmel kontroproposta għall-Artikolu 169 tat-TFUE. |
|
1.4 |
Minn dan isegwi li, fil-prinċipju, il-miżuri adottati għandhom ikunu bbażati fuq direttivi ta’ armonizzazzjoni minima, kif huwa ċar mill-paragrafu 2(a) u mill-paragrafu 4 tal-istess artikolu, kif ġie ġeneralment aċċettat mil-leġislatur Ewropew. |
|
1.5 |
Il-KESE jidhirlu li r-regolazzjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet f’żewġ direttivi minflok fi strument wieħed hija aċċettabbli biss għal raġunijiet ta’ urġenza u sakemm dan ikun opportun għar-regolazzjoni tal-kummerċ onlajn ta’ kontenut diġitali. |
|
1.6 |
Huwa wkoll tal-fehma li mhijiex iġġustifikata biżżejjed l-għażla ta’ armonizzazzjoni sħiħa minflok għażla oħra, pereżempju dik tal-mudelli ta’ kuntratti ċċertifikati minn trademark tal-Unjoni Ewropea jew l-armonizzazzjoni minima skont l-Artikolu 169 tat-TFUE. |
|
1.7 |
Fir-rigward tal-aspetti li issa huma rregolati separatament fil-Proposta dwar kuntratti ta’ bejgħ ta’ beni tanġibbli mobbli onlajn, huwa jidhirlu li jkun aktar korrett li dawn jiġu rregolati fl-istess ħin tar-reviżjoni permezz tad-Direttiva 1999/44/KE, fejn dawn huma rrappreżentati f’wieħed mill-kapitoli tagħha, fil-qafas tal-eżerċizzju REFIT dwar il-Liġi tal-Konsumaturi. |
|
1.8 |
Fil-fatt, bil-proposta tal-bejgħ onlajn ta’ assi tanġibbli, il-Kummissjoni stabbilixxiet żewġ sistemi, li joħolqu trattament differenti għall-bejgħ ta’ prodotti onlajn u offlajn, li huwa inaċċettabbli. |
|
1.9 |
Hekk kif tiġi kkonfermata l-intenzjoni tal-Kummissjoni fl-għamla attwali tagħha, il-KESE jagħmel sensiela ta’ titjib fl-osservazzjonijiet tal-proposti bil-għan li ma jitnaqqsux id-drittijiet tal-konsumaturi, u b’hekk jiggarantixxi b’mod effettiv, livell għoli ta’ protezzjoni kif jitlob it-TFUE. |
|
1.10 |
B’enfasi speċjali fuq ir-regolazzjoni tal-bejgħ tal-kontenut diġitali, li huwa jqis li għandha tingħata prijorità, huwa jaċċetta għal raġunijiet prattiċi l-formula proposta mill-Kummissjoni għall-armonizzazzjoni massima mmirata. |
|
1.11 |
Fejn madankollu jkun hemm previżjonijiet ta’ falliment u ta’ difetti sostanzjali, li huma inkompatibbli mal-armonizzazzjoni massima, u li joħolqu diffikultajiet li ma jistgħux jingħelbu għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni fl-Istati Membri, dawn tal-aħħar għandhom jippruvaw jikkoreġuhom permezz ta’ serje ta’ proposti speċjalizzati. |
2. Introduzzjoni: komunikazzjoni, żewġ Proposti għal Direttiva
|
2.1 |
B’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tieħu l-ewwel pass fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa (1) u twettaq waħda mill-miżuri l-aktar importanti tal-programm ta’ ħidma tagħha għall-2015 (2). Il-proposta għandha l-għan li tiżgura “aċċess aħjar għall-konsumaturi u n-negozji għal prodotti u servizzi diġitali fl-Ewropa kollha” u tikkonsisti miż-żewġ strumenti legali li ġejjin:
|
|
2.2 |
Konxja mill-fatt li, mil-lat sistematiku, l-aspetti prinċipali ta’ dawn iż-żewġ proposti huma marbutin mill-qrib mad-Direttiva dwar il-Bejgħ ta’ Oġġetti għall-Konsumaturi (3), il-Kummissjoni tisħaq li dawn għandhom ikunu “konsistenti kemm jista’ jkun”. Tispjega, madankollu, li ddeċidiet li “tadotta żewġ strumenti legali”, minħabba li “l-ispeċifiċità tal-kontenut diġitali teħtieġ diversi regoli biex jiġu rregolati b’mod differenti minn dawk għal oġġetti” u li “l-iżvilupp teknoloġiku u kummerċjali mgħaġġel ta’ kontenut diġitali se jeħtieġ reviżjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva”, u sabiex tiġġustifika l-“inkorporazzjoni tagħhom fi strument legali wieħed, jiġifieri d-Direttiva dwar il-provvista ta’ kontenut diġitali”. |
|
2.3 |
B’dawn iż-żewġ proposti, il-Kummissjoni għandha l-għan li tilħaq ħames għanijiet:
|
|
2.4 |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li fiż-żewġ każijiet, l-armonizzazzjoni “mmirata” hija l-aktar metodu adegwat. Armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli applikabbli tal-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali u ta’ xiri u bejgħ ta’ oġġetti onlajn, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi mandatorji tal-partijiet fil-kuntratt għall-provvista tal-kontenut diġitali u tax-xiri u l-bejgħ ta’ oġġetti oħra onlajn. Dan jiġbor fih kważi d-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva, ħlief ir-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-formazzjoni, il-validità u l-effetti tal-kuntratti, inklużi l-konsegwenzi tar-revoka tal-kuntratt (Artikolu 1(4) tal-Proposta għal Direttiva dwar il-bejgħ mill-bogħod), u ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tagħha. |
|
2.5 |
Il-Kummissjoni espressament illimitat l-ambitu tal-applikazzjoni tat-termini tal-liġi tal-kuntratti applikabbli fir-relazzjonijiet bejn il-kumpaniji u l-konsumaturi, kif imsemmi fil-Valutazzjoni tal-Impatt (p. 23), ma hemmx provi li jissuġġerixxu li d-differenzi fil-liġi tal-kuntratti jxekklu l-intrapriżi tal-UE milli jixtru onlajn minn Stati Membri oħrajn. Tagħraf li l-intrapriżi żgħar u medji, filwaqt li huma dgħajfa meta jiġu biex jinnegozjaw, iħabbtu wiċċhom ukoll ma’ diffikultajiet li għandhom x’jaqsmu mal-liġi tal-kuntratti, speċjalment fl-użu ta’ kontenut diġitali. Madankollu, filwaqt li tqis b’mod partikolari l-opinjonijiet imfissra mill-partijiet interessati u mill-Istati Membri, il-Kummissjoni ddeċidiet li teżamina din il-kwistjoni fil-kuntest ta’ inizjattivi oħrajn imħabbra fl-Istrateġija għas-Suq Uniku Diġitali. |
|
2.6 |
Dwar l-istrument legali magħżul, il-Kummissjoni tiġġustifika l-għażla ta’ direttiva minflok ta’ regolament, abbażi tal-konvinzjoni tagħha li d-direttivi huma strumenti aktar xierqa, għaliex jagħtu l-libertà lill-Istati Membri fil-forma ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali. Fil-fehma tagħha, din l-għażla, flimkien ma’ armonizzazzjoni indirizzata direttament għad-drittijiet imperattivi tal-konsumatur, sejra toħloq bilanċ xieraq bejn livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-UE kif ukoll żieda sinifikanti fl-opportunitajiet għall-intrapriżi. |
|
2.7 |
Allegatament, il-Kummissjoni għandha ċerti suppożizzjonijiet għall-ġustifikazzjoni ekonomika ta’ dawn id-direttivi, fosthom:
|
|
2.8 |
Madankollu, sabiex jinkisbu dawn ir-riżultati msemmijin hawn fuq, iż-żewġ direttivi li qegħdin jiġu proposti mhumiex biżżejjed; dawn huma parti minn pakkett akbar ta’ miżuri li l-Kummissjoni, fost l-oħrajn, qiegħda tenfasizza:
|
|
2.9 |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tfakkar kemm huwa importanti li “naġixxu issa” qabel ma jkun tard wisq, minħabba li kwalunkwe dewmien fil-qasam diġitali jġib ir-riskju li jistgħu jiddaħħlu fis-seħħ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżultaw fit-tifrik tas-Suq Uniku, jew ipoġġu ostakli għall-parteċipazzjoni tal-konsumaturi u l-fornituri fi tranżazzjonijiet transkonfinali. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1 |
Allegatament, se jkun studju anness mal-valutazzjoni tal-impatt li għandu jifforma l-pedamenti għall-iżvilupp ekonomiku u psikoloġiku, fejn juri liema hi r-relazzjoni bejn il-miżuri leġislattivi proposti, iż-żieda fil-volum tal-kummerċ elettroniku u l-impatt meħtieġ fuq it-tkabbir fl-Ewropa. Madankollu, fl-analiżi dettaljata tagħha ma jirriżultax b’evidenza u b’ċertezza li d-data ta’ tluq u dik tat-tmiem, hija assolutament affidabbli, u li mhux se tiġi influwenzata minn fatturi oħrajn u għażliet oħrajn ma jipproduċux riżultati aħjar. |
|
3.1.1 |
Anke jekk wieħed jassumi li d-data ta’ tluq hija preċiża, li 62 % tal-kummerċjanti Ewropej (p. 10), perċentwal li jikkorrispondi għal aktar minn 122 000 intrapriża, u li 13,5 % tal-konsumaturi (p. 13), perċentwal li jirrappreżenta bejn 8 u 13-il miljun konsumatur, jiġifieri numru totali li jlaħħaq is-70 miljun, jibdew jinnegozjaw onlajn f’operazzjonijiet transkonfinali jekk jitneħħew l-imsemmija piżijiet u spejjeż li jiġu direttament mis-sistema legali attwali, żgur li dan ma jistax jiddetermina, b’ċertezza, iż-żieda fil-kummerċ li sejjer jiġi affettwat u li jiġġustifika l-konsegwenza taż-żieda stmata fil-PDG Ewropew ta’ 0,03 %, ekwivalenti għal madwar EUR 4 biljun bħala l-konsegwenza meħtieġa u esklużiva; iżda għall-kuntrarju, ninsabu ċerti li kull kumpanija se jkollha terfa’ l-piż medju ta’ EUR 7 000 biex taddatta ruħha għall-arranġamenti kuntrattwali tar-reġim il-ġdid. |
|
3.1.2 |
Min-naħa l-oħra, l-istess studju wkoll ma jirriżultax li qiegħed jidentifika kif suppost ċerti fatturi addizzjonali, bħall-kwistjoni tal-lingwa u tas-sistemi fiskali, il-kwalità, l-ispiża u d-disponibbiltà ta’ servizzi tal-Internet b’veloċità kbira, ir-riskju ta’ frodi, l-ispejjeż tal-ġustizzja, is-sikurezza fil-mezzi ta’ kif wieħed iħallas, iċ-ċertifikazzjoni tal-identità u tal-idoneità tal-bejjiegħa, in-nuqqas ta’ fiduċja fil-proċessi ta’ solvien ta’ tilwim ġudizzjarju jew ekstraġudizzjarju, u għalhekk ma jibqax ikollu influwenza deċiżiva fuq l-għażliet ta’ tranŻazzjoni onlajn transkonfinali, forsi aktar mis-sistema legali attwali (imfissra f’p. 7 u l-paġni ta’ wara, u fil-Valutazzjoni tal-Impatt f’p. 18 u l-paġni ta’ wara). |
|
3.1.2.1 |
Huma partikolarment rilevanti f’dan il-kuntest, peress li huma msemmijin speċifikament fl-istudji kollha li l-Kummissjoni ordnat, id-diffikultajiet fit-traspożizzjoni u l-applikazzjoni u l-ineffikaċja tas-sistemi tal-ADR stabbiliti mid-Direttiva 2013/11/UE (5) għal raġunijiet li nsibuhom ta’ spiss marbutin ma’ nuqqas ta’ fondi f’ċerti Stati Membri kif ukoll, li s-sistema tal-ODR implimentata bir-Regolament (UE) Nru 524/2013 (6), li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2016, tidher li ma tiswa għal xejn, li madankollu huwa kruċjali għall-funzjonament ta’ suq uniku diġitali. |
|
3.1.3 |
Barra minn hekk ma joħroġx b’mod ċar liema huwa l-piż relattiv tal-elastiċità tal-provvista u d-domanda fil-kalkolu tas-saturazzjoni tas-suq mil-lat ta’ kompetizzjoni perfetta li, bi kwalunkwe mod, tkun sempliċement ipoteżi teoretika, u dan huwa essenzjali għall-kredibilità tal-mudell; biex ma nsemmux il-fatturi esterni tal-politika makroekonomika li b’mod deċiżiv jiddeterminaw id-deċiżjonijiet tax-xiri min-naħa tal-konsumaturi, bħall-konsegwenzi tal-politika ta’ awsterità, meta tiġi mqabbla ma’ politika ta’ tkabbir ibbażata fuq il-konsum u fuq l-investiment tat-tip Keyneżjan. |
|
3.1.4 |
Fl-aħħar nett, l-evalwazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tenfasizza l-mudell propost u ma tqisx kif mistħoqq il-konsegwenzi ekonomiċi tal-erba’ mudelli l-oħra li kienu fl-għażla (Valutazzjoni tal-Impatt, p. 23 u l-paġni ta’ wara), li huma wkoll jikkontribwixxu għall-eliminazzjoni ta’ dawn l-ostakli, biex b’hekk tkun tista’ ssir analiżi komparattiva, b’mod partikolari l-għażla 5 – kuntratt-mudell Ewropew fakultattiv li jaqbel ma’ marka ta’ fiduċja tal-UE (p. 25), minkejja li hija għażla sempliċi li tinvolvi inqas spejjeż u inqas burokrazija p. 38 u l-paġni ta’ wara), jiġifieri, li tkun l-aktar li tikkorrispondi mill-qrib mal-prinċipji tal-pakkett “Regolamentazzjoni aħjar” (7) u tar-REFIT (8) u li rċeviet appoġġ fil-konsultazzjonijiet preparatorji. |
|
3.2 |
Barra minn hekk, l-għażla ta’ direttivi ta’ armonizzazzjoni massima minflok regolament mhijiex iġġustifikata b’mod suffiċjenti. Il-KESE ddefinixxa, b’mod ġenerali, li huwa aktar favorevoli li jiġu adottati regolamenti li jkunu ddettaljati kemm ikun hemm bżonn, fil-każ ta’ kwistjonijiet ta’ armonizzazzjoni li essenzjalment jaqgħu taħt il-funzjonament tas-suq intern, u esprima wkoll il-fehma li, fi kwistjonijiet li jkollhom x’jaqsmu b’mod speċjali mad-drittijiet tal-konsumaturi, il-preferenza tagħhom hija għal direttivi ta’ armonizzazzjoni minima, kif jirriżulta minn dispożizzjoni espressa tat-TFUE [l-Artikolu 169(4)]. |
|
3.2.1 |
Għall-kuntrarju, il-KESE tkellem kemm-il darba kontra x-xejra dominanti tul dawn l-aħħar snin tal-Kummissjoni, li tadotta direttivi ta’ armonizzazzjoni massima li joffru livell baxx ta’ protezzjoni u li bilkemm jirrispondu għall-interessi tal-operaturi (9). |
|
3.2.2 |
F’dan il-każ, hemm serje sħiħa ta’ kwistjonijiet li d-direttivi ma jindirizzawx, u li huwa essenzjali li jiġu armonizzati bħal, pereżempju, il-permess għall-minorenni li jagħmlu kuntratti fl-ambjent diġitali (li fl-aħħar verżjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni tidher bejn 13 u 16-il sena), id-definizzjoni ta’ kategoriji ta’ klawżoli abbużivi speċifikament għall-kuntratti fuq l-Internet, li mhumiex previsti fid-Direttiva 93/13/KEE (10), il-prattika reċenti li tintuża buttuna “ħallas issa” (pay now) fil-paġni ta’ ċerti netwerks soċjali mingħajr l-ebda referenza għas-sit responsabbli, u l-inklużjoni rakkomandata ta’ klawżola standard dwar il-koregolazzjoni. |
|
3.3 |
L-għażla ta’ żewġ direttivi minflok waħda lanqas ma għandha titqies bħala ġġustifikata, minħabba l-fatt li tirdoppja bla bżonn il-proċeduri legali, u dan jimplika sforz ikbar fit-traspożizzjoni sabiex ikun hemm koerenza mal-proċeduri interni ta’ kull Stat Membru u titlob sforz akbar fl-ermenawtika, ikun totalment skużat jekk it-test tad-Direttiva dwar il-bejgħ onlajn ta’ assi tanġibbli jittieħed bħala l-bażi u l-ispeċjalitajiet ta’ bejgħ ta’ assi mhux tanġibbli jiġu inklużi bħala eċċezzjonijiet għar-reġim bażiku, waqt li jkun mifhum li d-distinzjoni bejn proprjetà tanġibbli u l-kontenut diġitali mhijiex evidenti, partikolarment meta dawn ikunu relatati ma’ xulxin. |
|
3.4 |
Skont il-Kummissjoni, l-għażla ta’ strument saret fuq il-bażi ta’ 189 tweġiba, miġbura bħala parti minn konsultazzjoni għall-kategoriji kollha tal-partijiet interessati minn madwar l-UE, b’konsultazzjoni ma’ grupp ta’ 22 organizzazzjoni li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta’ interessi, li ltaqgħu seba’ darbiet, f’seminars mal-Istati Membri u fil-laqgħat mal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali fil-laqgħa tal-kumitat għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-politika tal-konsumatur fil-laqgħa tan-netwerk dwar il-politika tal-konsumaturi (Mejju 2015), li aktar tard ikkontestat il-validità ta’ dan il-mudell wara li kkunsidrat id-daqs żgħir tiegħu (11). |
|
3.4.1 |
Madankollu, skont ir-riżultati magħrufa u ppubblikati (12), m’hemm l-ebda maġġoranza ċara favur l-għażla li ssir: l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jopponu b’mod ċar kwalunkwe forma ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-bejjiegħ, waqt li l-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet tal-professjonisti u xi akkademiċi huma favur din l-għażla. Min-naħa l-oħra, l-maġġoranza tal-Istati Membri jikkontestaw il-ħtieġa għal leġislazzjoni ġdida dwar ix-xiri mill-bogħod (li jinkludi wkoll bejgħ onlajn) u, b’mod partikolari l-idoneità taż-żewġ direttivi, waqt li titqies id-diffikultà li jinstiltu linji gwida preċiżi u ddefiniti b’mod ċar. Mal-ewwel daqqa t’għajn, l-analiżi oġġettiva tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet iġġegħelna nemmnu li l-għażla 5 tattira kunsens ġenerali mill-operaturi u l-konsumaturi – jiddependi evidentement mill-kontenut tar-regoli kuntrattwali u mill-grad ta’ użu u l-aċċettazzjoni tal-marka ta’ fiduċja minn kumpaniji tal-UE – jiġifieri għaliex hija l-waħda li twassal għal inqas spejjeż lill-operaturi. |
|
3.5 |
Fl-aħħar nett, huwa importanti li wieħed jiftakar li fir-rigward tas-suġġett tad-drittijiet tal-konsumatur fl-ambjent diġitali, il-KESE kellu l-opportunità li jikkummenta b’mod estensiv f’għadd ta’ opinjonijiet tiegħu, wara li ddefinixxa direzzjoni fundamentali, li permezz tagħha l-istess drittijiet li huma rikonoxxuti fid-dinja “fiżika” offlajn (fil-kuntratti wiċċ imb’wiċċ) għandhom ikunu koerenti mad-dinja onlajn, mingħajr telf speċifiku proprju jew ta’ forom xierqa għal tranżazzjonijiet ta’ kontenut diġitali (mhux tanġibbli) iżda fid-direzzjoni li ssaħħaħhom dejjem u mhux li ddgħajjifhom jew iċċekkinhom. Bil-proposta tal-bejgħ onlajn ta’ assi tanġibbli, il-Kummissjoni stabbilixxiet żewġ sistemi li joħolqu trattament differenti għall-bejgħ ta’ prodotti onlajn u offlajn, li huwa inaċċettabbli. |
4. Osservazzjonijiet speċifiċi
|
4.1 |
L-osservazzjonijiet ta’ hawn fuq ma jfissrux li l-KESE ma jappoġġjax bis-sħiħ li huwa meħtieġ u opportun li jiġu rregolati xi wħud mill-materji tal-proposti għad-direttivi li qegħdin jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ onlajn ta’ kontenut diġitali. F’dak li jirrigwarda l-bejgħ ta’ beni tanġibbli onlajn, il-KESE jirrakkomanda li dawn jiġu adottati fil-mument opportun fl-ambitu tar-REFIT. F’rimarki li xi kultant isiru għal kull wieħed mit-testi tal-proposti, għal raġunijiet ovvji ta’ nuqqas ta’ spazju, jekk jogħġbok irreferi biss għall-punti fejn hemm nuqqas ta’ qbil mal-artikolu propost. |
|
4.2 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ onlajn u bejgħ mill-bogħod ieħor ta’ oġġetti (COM(2015) 635 final – 2015/0288 (COD)) |
|
4.2.1 |
Fir-rigward tal-bażi legali, b’mod konsistenti mal-Opinjonijiet preċedenti tal-KESE, ir-rappreżentanti tal-konsumaturi, kif ukoll il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, jidhrilhom li dan għandu jkun l l-Artikolu 169(2) tat-TFUE, peress li huma kkonċernati d-definizzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-konsumaturi u mhux biss l-ikkompletar tas-suq uniku; uħud mill-membri tal-KESE, jiġifieri r-rappreżentant tal-professjonisti, li jagħtu importanza lill-aspett tal-ikkompletar tas-suq uniku, jaqblu mal-Kummissjoni. |
|
4.2.2 |
Meta tintgħażel direttiva, il-KESE jifhem li din għandha twassal għal armonizzazzjoni minima, skont il-mudell tad-direttiva attwali dwar il-bejgħ u l-garanziji (Direttiva 1999/44/KE), fid-dawl tal-fatt li l-għażla li ġiet adottata twassal għal aktar “frammentazzjoni”, inqas sigurtà legali u żewġ klassijiet ta’ protezzjoni; b’dan qiegħed jiġi mifhum li “t-titjib” introdott issa għandu japplika wkoll għall-bejgħ fid-“dinja fiżika”. |
|
4.2.3 |
Minħabba l-kumplessità tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur, il-proposta taġixxi flimkien ma’ għadd ta’ regoli oħrajn, tikkomplementhom (13), iżda teħtieġ sforz żejjed u diffiċli ta’ interpretazzjoni meta mqabbla mar-regoli tajba tal-pakkett “Regolamentazzjoni aħjar” u toħloq diffikultajiet addizzjonali ta’ kompatibilità ma’ standards nazzjonali implimentati eżistenti li jittrasponu u jikkomplementaw dawk ir-regoli Komunitarji, u li huma differenti minn Stat Membru għal ieħor. |
|
4.2.4 |
Għalhekk, il-KESE jippreferi li r-regoli li jinsabu f’din il-Proposta għal Direttiva jakkumpanjaw ir-reviżjoni tad-Direttiva 1999/44/KE fil-qafas tal-programm REFIT. |
|
4.2.5 |
Hawn taħt qed isiru xi bidliet konkreti għal xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-proposta: |
4.2.5.1 Artikolu 1. – Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
L-akkwist ta’ ċerti servizzi onlajn jew mill-bogħod m’għandux ikun eskluż mill-ambitu tiegħu, pereżempju l-kiri ta’ proprjetà (leasing).
4.2.5.2 Artikolu 2 – Definizzjonijiet
|
1. |
Il-kunċett ta’ garanzija kummerċjali għandu jkopri wkoll forom oħrajn ta’ kumpens, inkella mhux se jiġu kkunsidrati bħala koperti mir-regoli tal-Artikolu 15. |
|
2. |
Il-kunċett tal-oġġett mobbli tanġibbli mhuwiex definit b’mod pożittiv, u b’hekk iqajjem interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri. |
|
3. |
Barra minn hekk, mhumiex esklużi tipi ta’ prodotti oħrajn li għandhom leġislazzjoni speċifika, bħalma huma l-farmaċewtiċi u apparati mediċi, li huma esklużi mill-applikazzjoni ta’ regoli oħrajn ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
|
4. |
M’hemmx definit jekk il-pjattaformi onlajn jistgħux jitqiesu bħala “bejjiegħa”. |
|
5. |
Barra minn hekk, il-kunċett ta’ produttur għall-iskop ta’ responsabbiltà diretta tiegħu quddiem il-konsumatur skont l-Artikolu 16 mhuwiex iddefinit. |
4.2.5.3 Artikolu 3 – Livell ta’ armonizzazzjoni
Il-livell ta’ armonizzazzjoni għandu jkun minimu, bil-konsegwenzi meħtieġa kollha għar-reġim.
4.2.5.4 Artikoli 4 u 5 – Konformità mal-kuntratt
|
1. |
Il-kriterju ta’ “durabilità” għandu jiġi integrat (14), sabiex b’hekk jikkundizzjona l-perjodu ta’ validità tal-garanzija. |
|
2. |
Id-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-konformità għandha tkun ifformulata fin-negattiv, b’hekk il-konsumatur jiġi espressament eżentat milli jrid jagħti prova li l-oġġett mhuwiex konformi, u dan id-dmir ikun ir-responsabilità tal-bejjiegħ. |
|
3. |
Il-formulazzjoni tal-eċċezzjonijiet tal-Artikolu tistabbilixxi sitwazzjoni ta’ esklużjoni ġenerali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ li ma tistax tiġi invokata kontra l-konsumatur mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ radd lura (applikabbli fil-każ tal-VW). |
4.2.5.5 Artikolu 7 – Drittijiet ta’ partijiet terzi
Il-kliem li ġej għandu jiżdied fl-aħħar: “… sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim ieħor bejn il-partijiet u jissemma b’mod preċiż fit-termini tal-kuntratt”.
4.2.5.6 Artikolu 8. – Iż-żmien rilevanti sabiex tkun stabbilita l-konformità mal-kuntratt
|
1. |
Fit-tmiem tal-paragrafu 2 għandu jiżdied il-kliem “għajr dawk is-sitwazzjonijiet fejn il-kumplessità partikolari tal-installazzjoni tkun teħtieġ żmien itwal, bi ftehim mal-bejjiegħ”. |
|
2. |
Id-drittijiet mogħtija f’din il-proposta b’rabta mal-bejjiegħ għandhom jiġu trasmessi lil kwalunkwe detentur li jkun in bona fede. |
4.2.5.7 Artikolu 9. – Ir-rimedji tal-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt
|
1. |
Id-dispożizzjoni teskludi bħala l-ewwel għażla l-possibbiltà li oġġett jintradd lura minnufih u li ssir rifużjoni tal-ħlas, u dan imur kontra d-drittijiet tal-konsumaturi f’diversi Stati Membri, b’varjazzjonijiet sinifikanti (il-Greċja, il-Portugall, l-Irlanda, ir-Renju Unit, id-Danimarka, il-Litwanja). |
|
2. |
It-terminu “żmien raġonevoli” huwa soġġettiv u jagħti lok għal traspożizzjonijiet differenti fil-kwistjoni essenzjali, u dan huwa inkompatibbli man-natura ta’ armonizzazzjoni massima. Pereżempju, fil-pajjiżi bħall-Bulgarija, Franza, il-Portugall u l-Lussemburgu, il-perjodu huwa ta’ 30 jum; fl-Ungerija, fir-Rumanija, fil-Greċja u fl-Estonja huwa ta’ 15-il jum. Il-liġi għandha tistabbilixxi perjodu li jikkorrispondi għall-massimu pprattikat f’xi pajjiżi tal-UE – 15-il jum. |
|
3. |
It-terminu “impossibbli” fil-paragrafu 3(a) għandu jiġi sostitwit b’“teknikament impossibbli”. |
|
4. |
Bl-istess mod, it-terminu “inkonvenjent sinifikanti” huwa wisq soġġettiv u għandu jitneħħa jew jinbidel skont il-formulazzjoni tal-liġi Awstrijaka – “l-inqas inkonvenjent possibbli” – u bil-possibilità li l-oġġett jitqiegħed immedjatament għad-dispożizzjoni tal-konsumatur jew li l-konsumatur jirċievi sostitut tal-oġġett fuq bażi temporanja sakemm titlesta t-tiswija. |
|
5. |
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tqisx ir-rekwiżit eżistenti f’ diversi liġijiet nazzjonali (Franza, Malta, il-Greċja, ir-Rumanija, il-Portugall u s-Slovenja) tal-obbligu ta’ professjonisti produtturi li jżommu jew li jipprovdu fiż-żmien meħtieġ stokk adegwat ta’ spare parts għal perjodu ta’ żmien mistenni ta’ validità, kwistjoni marbuta mal-iskadenza ppjanata u l-perjodu ta’ żmien tal-garanzija fuq l-ispare parts mibdula. |
|
6. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-obbligu tal-bejjiegħ għal sostituzzjoni temporanja tal-merkanzija. |
4.2.5.8 Artikolu 10. – Sostituzzjoni tal-oġġetti
|
1. |
Il-Kummissjoni ma tipprevedix is-sospensjoni tal-garanzija legali matul iż-żmien ta’ tiswija jew ta’ sostituzzjoni, hekk kif iseħħ fil-maġġoranza tal-liġijiet nazzjonali. L-istess jista’ jingħad għall-perjodu ta’ medjazzjoni, arbitraġġ jew proċedimenti ġuridiċi eventwali. |
|
2. |
Fil-każ ta’ sostituzzjoni, l-oġġett mibdul għandu jingħata garanzija identika għal dik li kellu qabel, li tibda tgħodd mid-data, bi skadenza ġdida. |
4.2.5.9 Artikolu 11. – L-għażla tal-konsumatur bejn tiswija u sostituzzjoni
|
1. |
It-terminu “sinifikanti”, għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, għandu jiġi eliminat. |
|
2. |
Fil-każ ta’ difetti “rikorrenti”, il-konsumatur għandu jkun jista’ jtemm il-kuntratt awtomatikament. |
4.2.5.10 Artikolu 13. – Id-dritt tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt
|
1. |
Huwa ferm kontestabbli l-obbligu li l-konsumatur ikun meħtieġ iħallas għall-użu jew għax-xedd u l-kedd jew għal meta l-oġġett ma jkunx jista’ jissewwa aktar, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt. |
|
2. |
Madanakollu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà indikat li, fil-każ tal-eżerċitar tad-dritt ta’ sostituzzjoni, il-konsumatur ma jistax jintalab iħallas kumpens għall-użu tal-prodott difettuż (Kawża Quelle (15)). |
|
3. |
Mhuwiex ċar il-valur li għandu jitħallas lura meta l-akkwist ikun sar bi prezz globali għal diversi oġġetti fejn ma ssir ebda distinzjoni bejniethom. |
4.2.5.11 Artikolu 14. – Skadenzi
Il-perjodu għandu jqis iż-żmien tal-garanzija eżistenti f’ċerti Stati-Membri (il-Finlandja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit) filwaqt li jiġu kkunsidrati d-durabilità u l-obsolexxenza ppjanata tal-prodotti.
4.2.5.12 Artikolu 15 – Il-garanziji kummerċjali
|
1. |
Fil-paragrafu 1, jiżdied inċiż d) ġdid: garanziji oħrajn offruti mill-bejjiegħ għan-nom ta’ ħaddieħor bl-għan ta’ attribuzzjoni ta’ garanzija (assigurazzjoni tal-apparat, garanziji tal-marka, eċċ). |
|
2. |
Dan għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-possibbiltà li l-garanzija kummerċjali tingħadda lil partijiet terzi. |
4.2.5.13 Artikolu 16 – Id-dritt ta’ rimedju
|
1. |
In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni f’dan ir-rigward huwa sors importanti ta’ diverġenza fl-applikazzjoni tad-direttiva b’konsegwenzi diżastrużi għall-kummerċ. |
|
2. |
Ir-regola għandha tkun li tiġi prevista responsabilità diretta u konġunta min-naħa tal-manifattur fil-konfront tal-konsumatur, fejn dan jista’ jagħżel bejn tiswija jew sostituzzjoni tal-oġġett. |
|
3. |
Għandu jkun hemm ukoll dispożizzjoni li tkopri każijiet ta’ rimedju legali li jkun qed ifittex il-bejjiegħ mingħand il-produttur, fejn il-bejjiegħ ikun intitolat għall-ammont sħiħ tal-ispejjeż li jkun ġarrab. |
|
4. |
Bħal fil-punti preċedenti, għandha tiġi prevista responsabbiltà konġunta tal-pjattaformi onlajn minn fejn il-konsumatur ikun xtara l-oġġett. |
4.2.5.14 Artikolu 17 — L-infurzar
In-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-aspetti ta’ sorveljanza tal-implimentazzjoni tad-direttiva huwa ostaklu kbir għall-protezzjoni effettiva tal-konsumaturi u għall-kompetizzjoni ġusta.
|
4.3 |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta’ kontenut diġitali (COM(2015) 634 final - 2015/0287 (COD)) |
|
4.3.1 |
Kif tafferma l-istess Kummissjoni, il-motivazzjoni tal-proposta, il-ġbir ta’ għarfien espert u l-valutazzjonijiet tal-impatt japplikaw għaż-żewġ proposti, peress li huma maħsubin bħala pakkett wieħed b’miri komuni. Għalhekk, il-KESE sejjer joqgħod lura milli jirrepeti kwistjonijiet ġenerali komuni għaż-żewġ proposti u sejjer jillimita ruħu għall-osservazzjonijiet dwar aspetti speċifiċi. Madankollu għandu jiġi osservat qabel kollox li, b’mod ġenerali, jixraq, sa mill-bidu nett, li jkun hemm il-qbil tal-KESE, b’mod partikolari fir-rigward ta’:
|
|
4.3.2 |
Huwa propost li jiġu segwiti xi bidliet konkreti għal xi dispożizzjonijiet tal-proposta, li jikkonsistu f’24 artikolu (u mhux f’20, kif b’mod żbaljat ġie rrapportat f’xi verżjonijiet, punt 5): |
4.3.2.1 Artikolu 1 — Suġġett
In-natura ċara tal-“kuntratti għall-forniment ta’ servizzi” bħala suġġett, kif jixhdu wkoll id-definizzjonijiet ta’ “kontenut diġitali” u “forniment” fl-Artikolu 2(1) u (10) ta’ din il-proposta, issaħħaħ il-proposta magħmula fir-rigward tal-Artikolu 1 tal-Proposta għal Direttiva preċedenti.
4.3.2.2 Artikolu 2 — Definizzjonijiet
Jibqa’ s-suġġeriment li fid-definizzjoni ta’ konsumatur, jiġu inklużi l-professjonisti liberi individwali.
4.3.2.3 Artikolu 3 — Kamp ta’ applikazzjoni
|
1. |
Il-KESE jista’ jaċċetta li ħlas in natura (“eżekuzzjoni korrispettiva li mhijiex flus”), diment li dan il-kunċett ikun definit b’mod preċiż fir-rigward tal-kontenut tiegħu u fil-każ ta’ forniment ta’ data personali jew ta’ data oħra ikun hemm bżonn li jiġu speċifikati liema, u taħt liema kundizzjonijiet u ċirkostanzi. |
|
2. |
Se jkun hemm bżonn ukoll li jiġi ċċarat jekk ċerti servizzi bħall-pay TV (televiżjoni bi ħlas) humiex inklużi, kif ukoll is-servizzi ta’ Google u Facebook Messenger, u jekk ċerti pjattaformi fiżiċi ta’ aċċess jew bl-Internet, ta’ oġġetti jaqgħux taħt tanġibbli jew intanġibbli. |
|
3. |
Mhuwiex ċar jekk l-esklużjoni 5(a) tkoprix il-kura tas-saħħa, is-servizzi tal-logħob għall-flus jew is-servizzi finanzjarji. Din il-kwistjoni teħtieġ ċarezza inkella sejra tinħoloq inċertezza legali. |
|
4. |
Mhuwiex ċar jekk dan l-għan ikoprix ukoll ‘l hekk imsejħa “pagamenti moħbija” jiġifieri, dawk is-servizzi li jiġu pprovduti bla ħlas, iżda li matul l-implimentazzjoni tagħhom, jinkludu servizzi oħrajn, li fil-fatt ikunu bi ħlas. |
|
5. |
Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-data li teħtieġ li tiġi pproċessata, fl-Artikolu 3(4), għandu jkopri mhux biss l-eżekuzzjoni, iżda wkoll il-“konklużjoni tal-kuntratt”; l-ipproċessar ta’ din id-data għandu jiġi awtorizzat skont ir-regoli stipulati fil-leġislazzjoni dwar id-data personali. |
|
6. |
Huwa wkoll kruċjali li ssir kjarifika fir-rigward tad-differenza bejn prodotti u servizzi onlajn, u dawk li huma interkonnessi għal kollox ma’ assi tanġibbli, bħalma jseħħ fl-hekk imsejħa oqsma tal-“wearables” (apparat li jintlibes) jew bl-Internet tal-oġġetti, fejn il-maġġoranza tal-proċedura sseħħ f’livell diġitali, minkejja l-eżistenza ta’ oġġett tanġibbli fil-bażi tagħha. |
|
7. |
Għandu jkun ċar li s-servizzi taċ-ċentri tad-data, b’mod partikolari l-cloud computing, għandhom jiġu identifikati b’mod ċar f’din il-proposta, irrispettivament minn jekk dawn humiex bla ħlas jew soġġetti għal kumpens, fejn wieħed irid iqis li ħafna drabi dawn issibhom assoċjati ma’ servizzi jew prodotti oħrajn li jiġu pprovduti lill-konsumaturi, u b’hekk ikun hemm ir-riskju li dawn jistgħu jiġu esklużi mill-għan tal-applikazzjoni tad-direttiva. |
|
8. |
Jinħtieġ ukoll li jiġi ċċarat fl-ambitu ta’ dan l-istrument jekk it-taħlita tas-servizzi tal-kontenut diġitali mas-servizzi tal-komunikazzjoni bħall-Facebook Messenger jew Google Hangout humiex inklużi, peress li dawn mhumiex attwalment irregolati mid-Direttiva 2002/21/KE dwar is-servizzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi, u huwa mifhum li xi wħud minn dawn is-servizzi għandhom jitqiesu bħala servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, bi protezzjoni relattiva miżjuda għall-konsumatur. |
|
9. |
Bl-istess mod, id-distinzjoni bejn sitwazzjonijiet fejn l-akkwist tad-data personali huwa mmirat biss għat-twettiq tal-kuntratt jew għall-konformità mal-istandards legali, mhijiex ċara. Għal din ir-raġuni, il-KESE jissuġġerixxi, li b’kawtela, issir l-applikazzjoni tad-direttiva għas-servizzi kollha li huma pprovduti permezz tal-provvista ta’ data personali, għajr dawk biss fejn il-fornitur speċifikament juri, li għandhom l-għan biss li jwasslu għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew għall-konformità tal-istandards legali. |
|
10. |
Fir-rigward tal-punt 4 wkoll, se jkun neċessarju li jiġi ċċarat meta l-ġbir tad-data personali huwa maħsub għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali, filwaqt li wieħed għandu jqis li f’setturi oħrajn bħat-telekomunikazzjoni u l-enerġija, id-data personali, għalkemm hija awtorizzata bħala parti mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ta’ spiss tintuża għall-kampanji kummerċjali mill-kumpaniji nfushom, u b’mod partikolari, jekk din tapplikax għal tipi oħrajn ta’ kontropartijiet lil hinn mill-flus. |
4.3.2.4 Artikolu 4 — Livell ta’ armonizzazzjoni
Il KESE jaċċetta r-raġunijiet tal-proposta għal armonizzazzjoni massima, diment li jkun iggarantit livell ogħla ta’ protezzjoni għall-konsumaturi.
4.3.2.5 Artikolu 5 — Forniment ta’ kontenut diġitali
Mhuwiex ċar jekk l-obbligu fil-paragrafu 2 ta’ “forniment immedjat” tal-kontenut huwiex konsistenti mad-Direttiva 2011/83/UE li tipprevedi li l-provvediment immedjat jeħtieġ il-kunsens tal-konsumatur, waqt li fl-istess ħin timplika d-dritt ta’ radd lura fi żmien 14-il jum (Artikolu 16(m) tad-Direttiva). Jidher xieraq li għandhom jiġu armonizzati r-regoli f’dan il-qasam sabiex jiġi eliminat ir-riskju li regoli li jistgħu ikunu ta’ ħsara għan-negozji u għall-konsumaturi jidħlu fuq xulxin.
4.3.2.6 Artikolu 6 — Konformità
|
1. |
Fil-paragrafu 1 ħassar “fejn ikun rilevanti” |
|
2. |
Fil-paragrafu 1(b), wara “għal kull skop partikolari li għalih jeħtieġu l-konsumatur”, għandu jiżdied il-kliem “jew li qed jistenna b’mod leġittimu”. |
|
3. |
Fil-paragrafu 2 u fil-paragrafu 2(b) ħassar “fejn rilevanti”. |
4.3.2.7 Artikolu 9o — L-oneru tal-provi
Fil-punt 3 għandu jitħassar il-kliem “possibbli u”.
4.3.2.8 Artikolu 11 — Ir-rimedju għan-nuqqas ta’ forniment
Il-formulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu ma tqisx il-mudell ta’ provvediment tal-kontenut f’pakketti temporanji, f’liema każ in-nuqqas ta’ aċċess għal xi film huwa diffiċli li jiġi kkwantifikat b’mod proporzjonali fil-kuntest tal-prezz tal-pakkett totali. Lanqas ma hija kkunsidrata l-possibbiltà li jiġi pprovdut kontenut ieħor li jaqa’ fl-istess livell ta’ prezzijiet (preferut mill-utenti).
4.3.2.9 Artikolu 12 — Ir-rimedji għan-nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt
Fil-paragrafu 2 l-espressjoni “fi żmien raġjonevoli” għandha tinbidel b’“mingħajr dewmien bla bżonn”.
4.3.2.10 Artikolu 13 — Terminazzjoni
|
1. |
Fil-paragrafu (2b), “il-fornitur jieħu l-miżuri kollha mistennija sabiex joqgħod lura… ‘tinbidel b’“il-fornitur għandu joqgħod lura.” |
|
2. |
L-inċiżi c), d) u e) jiddependu mir-regolamentazzjoni tad-drittijiet tal-awtur li għadha mhux magħrufa. |
4.3.2.11 Artikolu 16 — Id-dritt ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti fit-tul
Iż-żmien għandu jkun ta’ 6 xhur biss.
Għandu jiġi ddikjarat li dan għandu jkun bla ħlas.
Brussell, is-27 ta’ April 2016.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 71, 24.2.2016, p. 65
(2) COM(2014) 910 final.
(6) Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 5.
(7) Opinjoni tal-KESE: ĠU C 13, 15.1.2016, p. 192
(8) Opinjoni tal-KESE: ĠU C 230, 14.7.2015, p. 66
(9) Ara l-Opinjonijiet tal-KESE: ĠU C 108, 30.4.2004, p. 81; ĠU C 317, 23.12.2009, p. 54 u ĠU C 181, 21.6.2012, p. 75
(10) Id-Direttiva 93/13/KEE tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, soġġetta għal emenda sussegwenti permezz tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011.
(11) Opinjoni tal-KESE, ĠU C 383, 17.11.2015, p. 57
(12) http://ec.europa.eu/justice/newsroom/contract/opinion/
(13) Id-Direttiva 2011/83/UE (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64); id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10); id-Direttiva 2010/30/UE tad-19.5.2010 (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1).
(14) Ara l-Opinjoni tal-KESE: ĠU C 67, 6.3.2014, p. 23
(15) Il-Kawża C-404/06, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ April 2008 (L-Ewwel Awla), http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1461850459727&uri=CELEX:62006CC0404
(16) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1
(17) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31
(18) ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37
ANNESS
|
I. |
Dan il-punt tal-Opinjoni tas-Sezzjoni Speċjalizzata ġie mmodifikat biex jirrifletti emenda ta’ kompromess li ġiet adottata mill-Assemblea, allavojla aktar minn kwart tal-voti mixħuta kienu favur li jinżamm it-test oriġinali (Artikolu 54(4) tar-Regoli ta’ Proċedura): |
a) Punt 3.4.1
Madankollu, skont ir-riżultati magħrufa u ppubblikati, m’hemm l-ebda maġġoranza ċara favur l-għażla li ssir: l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jopponu b’mod ċar kwalunkwe forma ta’ applikazzjoni tal-liġi tal-bejjiegħ, waqt li xi l-biċċa l-kbira tal-organizzazzjonijiet tal-’ professjonisti u xi organizzazzjonijiet akkademiċi huma favur din l-għażla. Min-naħa l-oħra, l-maġġoranza tal-Istati Membri jikkontestaw il-ħtieġa għal leġislazzjoni ġdida dwar ix-xiri mill-bogħod (li jinkludi wkoll bejgħ onlajn) u, b’mod partikolari l-idoneità taż-żewġ direttivi, waqt li titqies id-diffikultà li jinstiltu linji gwida preċiżi u ddefiniti b’mod ċar. Mal-ewwel daqqa t’għajn, l-analiżi oġġettiva tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet iġġegħelna nemmnu li l-għażla 5 tattira kunsens ġenerali mill-operaturi u l-konsumaturi – jiddependi evidentement mill-kontenut tar-regoli kuntrattwali u mill-grad ta’ użu u l-aċċettazzjoni tal-marka ta’ fiduċja minn kumpaniji tal-UE – jiġifieri għaliex hija l-waħda li twassal għal inqas spejjeż lill-operaturi.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
115 |
|
Kontra: |
91 |
|
Astensjonijiet: |
18 |
|
II. |
L-emendi ta’ kompromess li ġejjin ġew irrifjutati mill-Assemblea, allavolja aktar minn kwart tal-voti mixħuta kienu favur l-adozzjoni tagħhom (Artikolu 54(4) tar-Regoli ta’ Proċedura): |
b) Punt 4.2.1
Fir-rigward tal-bażi legali, b’mod konsistenti mal-opinjonijiet preċedenti tal-KESE, il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, inklużi ir-rappreżentanti tal-konsumaturi, kif ukoll b’mod ġenerali l-membri tal-KESE, jidhrilhom li dan għandu jiġi qabel l-Artikolu 169(2) tat-TFUE, safejn dawn jikkonċernaw fundamentalment id-definizzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi u l-ħarsien u d-difiża tagħhom u mhux esklużivament it-twettiq tas-suq uniku; uħud mill-membri tal-KESE, inkluż ir-rappreżentant tal-professjonisti fi ħdan il-KESE, li jagħtu importanza akbar lill-ħtieġa li l-intraprendituri jkollhom sensiela ta’ regoli ċari biex jikkonformaw magħhom lill-aspett tat-twettiq tas-suq uniku, jaqblu mal-Kummissjoni
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
110 |
|
Kontra: |
110 |
|
Astensjonijiet: |
10 |
L-Artikolu 56(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-KESE jipprevedi li, jekk in-numru ta’ voti favur ikun daqs in-numru ta’ voti kontra, il-vot tal-president tas-seduta jkun deċiżiv. Abbażi ta’ din ir-regola, il-president iddeċieda li jirrifjuta l-emenda ta’ kompromess.
c) Punt 4.2.2
Meta tintgħażel direttiva, il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, jifhem jifhmu li din għandha twassal għal armonizzazzjoni minima, skont il-mudell tad-direttiva attwali dwar il-bejgħ u l-garanziji (Direttiva 1999/44/KE), hekk kif l-għażla li ġiet adottata twassal għal aktar “frammentazzjoni”, inqas sigurtà legali u żewġ klassijiet ta’ protezzjoni; b’dan qiegħed jiġi mifhum li “t-titjib” introdott issa għandu japplika wkoll għall-bejgħ fid-“dinja fiżika”. Ir-rappreżenanti tan-negozju fil-KESE, madankollu, jaqblu mal-proposta biex tiġi applikata armonizzazzjoni massima, għal raġunijiet allegati ta’ ċarezza fl-applikazzjoni tad-drittijiet fis-Suq Uniku.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
102 |
|
Kontra: |
115 |
|
Astensjonijiet: |
14 |
d) Punt 4.2.5.3
Artikolu 3 – Livell ta’ armonizzazzjoni
Il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, jistqarru li l-livell ta’ armonizzazzjoni għandu jkun minimu, bir-riżultati neċessarji bil-konsegwenzi kollha meħtieġa ta għar-reġim. Ir-rappreżentanti tan-negozju huma favur armonizzazzjoni massima.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
112 |
|
Kontra: |
114 |
|
Astensjonijiet: |
12 |
e) Punt 4.2.5.4
Artikoli 4 u 5 – Konformità mal-kuntratt
|
1. |
Il-kriterju ta’ “durabilità” għandu jiġi integrat, b’hekk jikkundizzjona l-perjodu ta’ validità tal-garanzija. |
|
2. |
Il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, jistqarru li Id-definizzjoni tar-rekwiżiti tal-konformità għandha tkun ifformulata fin-negattiv, b’hekk il-konsumatur jiġi espressament eżentat milli jrid jagħti prova li l-oġġett mhuwiex konformi, u dan id-dmir ikun ir-responsabilità tal-bejjiegħ. Ir-rappreżentanti tan-negozju, madankollu, jirrakkomandaw li d-definizzjoni tar-rekwiżiti ta’ konformità tiġi fformulata b’mod ġenerali. Għalihom, il-kriterju ewlieni biex tiġi stabbilita l-konformità għandu jkun dak li l-oġġetti jikkorrispondu għal dak li jkun intlaħaq qbil dwaru (pereżempju, it-tip, il-kwantità, il-kwalità u karatteristiċi oħra). |
|
3. |
Il-formulazzjoni tal-eċċezzjonijiet tal-Artikolu tistabbilixxi sitwazzjoni ta’ esklużjoni ġenerali tar-responsabbiltà tal-bejjiegħ li ma tistax tiġi invokata kontra l-konsumatur mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ radd lura (applikabbli fil-każ tal-VW).” |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
99 |
|
Kontra: |
126 |
|
Astensjonijiet: |
13 |
f) Punt 4.2.5.7
Artikolu 9 — Ir-rimedji tal-konsumatur għan-nuqqas ta’ konformità mal-kuntratt
|
1. |
Ir-rappreżentanti tal-konsumaturi josservaw li Id-dispożizzjoni eskludiet bħala l-ewwel għażla l-possibbiltà li oġġett jintradd lura minnufih u li ssir rifużjoni tal-ħlas, u dan imur kontra d-drittijiet tal-konsumaturi f’diversi Stati Membri, b’varjazzjonijiet sinifikanti (il-Greċja, il-Portugall, l-Irlanda, ir-Renju Unit, id-Danimarka, il-Litwanja). Ir-rappreżentanti tan-negozju jaqblu – b’konformità mal-ogħla livell ta’ armonizzazzjoni possibbli – li din l-għażla ma ġietx prevista. |
|
2. |
Ir-rappreżentanti tal-konsumaturi huma tal-fehma li It-terminu “żmien raġonevoli” huwa soġġettiv u jagħti lok għal traspożizzjonijiet differenti fil-kwistjoni essenzjali, u dan huwa inkompatibbli man-natura ta’ armonizzazzjoni massima. Pereżempju, fil-pajjiżi bħall-Bulgarija, Franza, il-Portugall u l-Lussemburgu, il-perjodu huwa ta’ 30 jum; fl-Ungerija, fir-Rumanija, fil-Greċja u fl-Estonja huwa ta’ 15-il jum. Il-liġi għandha tistabbilixxi perjodu li jikkorrispondi għall-massimu pprattikat f’xi pajjiżi tal-UE – 15-il jum. Ir-rappreżentanti tan-negozju jistqarru li l-kunċett ta’ “żmien raġonevoli” huwa formulazzjoni legali oġġettiva, u fl-istess ħin jagħti lok biex ikun hemm applikazzjonijiet differenti f’sitwazzjonijiet differenti. |
|
3. |
It-terminu “impossibbli” fil-paragrafu 3, inċiż a) għandu jiġi sostitwit b’“teknikament impossibbli”. |
|
4. |
Ir-rappreżentanti tal-konsumaturi B bl-istess mod, huma tal-fehma li it-terminu “inkonvenjent sinifikanti” huwa wisq soġġettiv u għandu jitneħħa jew jinbidel skont il-formulazzjoni tal-liġi Awstrijaka – “l-inqas inkonvenjent possibbli” – u bil-possibilità li l-oġġett jitqiegħed immedjatament għad-dispożizzjoni tal-konsumatur jew li l-konsumatur jirċievi sostitut tal-oġġett fuq bażi temporanja sakemm titlesta t-tiswija. Ir-rappreżentanti tan-negozju jirreferu għall-fatt li din il-formulazzjoni legali tant magħrufa tagħti lok għal applikazzjonijiet differenti f’sitwazzjonijiet differenti. |
|
5. |
Il-proposta tal-Kummissjoni ma tqisx id-domanda diġà kostanti ta’ diversi liġijiet nazzjonali (Franza, Malta, il-Greċja, ir-Rumanija, il-Portugall u s-Slovenja) tal-obbligu ta’ professjonisti produtturi li jżommu jew li jipprovdu fiż-żmien meħtieġ stokk xieraq ta’ spare parts għal perjodu ta’ żmien mistenni ta’ validità, kwistjoni marbuta mal-iskadenza ppjanata u l-perjodu ta’ żmien tal-garanzija fuq l-ispare parts mibdula. |
|
6. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-obbligu tal-bejjiegħ għal sostituzzjoni temporanja. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
100 |
|
Kontra: |
135 |
|
Astensjonijiet: |
2 |
g) Punt 4.2.5.10
Artikolu 13. – Id-dritt tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt
|
1. |
Ir-rappreżentanti tan-negozju jitolbu li tiżdied id-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 1999/44/KE, bil-kundizzjoni li l-konsumatur mhuwiex intitolat li jirrevoka l-kuntratt jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun minuri. |
|
1. |
Huwa ferm kontestabbli l-obbligu li l-konsumatur ikun meħtieġ iħallas għall-użu jew għax-xedd u l-kedd jew għal meta l-oġġett ma jkunx jista’ jissewwa aktar, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt. |
|
2. |
Madanakollu, il-Qorti diġà indikat li, fil-każ tal-eżerċitar tad-dritt ta’ sostituzzjoni, il-konsumatur ma jistax jintalab iħallas kumpens għall-użu tal-prodott difettuż (Kawża Quelle). |
|
3. |
Mhuwiex ċar il-valur li għandu jitħallas lura meta l-akkwist ikun sar bi prezz globali għal diversi oġġetti fejn ma ssir ebda distinzjoni bejniethom. |
|
4. |
Ir-rappreżentanti tan-negozju jitolbu li tiżdied id-dispożizzjoni fl-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 1999/44/KE, bil-kundizzjoni li l-konsumatur mhuwiex intitolat li jirrevoka l-kuntratt jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun minuri. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
110 |
|
Kontra: |
118 |
|
Astensjonijiet: |
18 |
h) Punt 4.2.5.10
Artikolu 13. – Id-dritt tal-konsumatur li jittermina l-kuntratt
|
1. |
Il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, huma tal-fehma li H huwa ferm kontestabbli l-obbligu li l-konsumatur ikun meħtieġ iħallas għall-użu jew għax-xedd u l-kedd jew għal meta l-oġġett ma jkunx jista’ jissewwa aktar, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt. Ir-rappreżentanti tan-negozju madankollu jappoġġjaw din id-dispożizzjoni. |
|
2. |
Madanakollu, il-Qorti diġà indikat li, fil-każ tal-eżerċitar tad-dritt ta’ sostituzzjoni, il-konsumatur ma jistax jintalab iħallas kumpens għall-użu tal-prodott difettuż (Kawża Quelle). |
|
3. |
Mhuwiex ċar il-valur li għandu jitħallas lura meta l-akkwist ikun sar bi prezz globali għal diversi oġġetti fejn ma ssir ebda distinzjoni bejniethom. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
101 |
|
Kontra: |
132 |
|
Astensjonijiet: |
10 |
i) Punti 1.3 u 1.4
|
1.3 |
Madankollu, rigward l-aspetti li ġew ittrattati, il-biċċa l-kbira tal-membri tal-KESE, inklużi r-rappreżentanti tal-konsumaturi, ma jaqbilx jaqblux mal-bażi legali invokata mill-Kummissjoni u qiegħed jagħmel qegħdin jagħmlu kontroproposta għall-Artikolu 169 tat-TFUE. Minn dan isegwi li, fil-prinċipju, il-miżuri adottati għandhom ikunu bbażati fuq direttivi ta’ armonizzazzjoni minima, kif huwa ċar mill-paragrafu 2(a) u mill-paragrafu 4 tal-istess artikolu, kif ġie ġeneralment aċċettat mil-leġislatur Ewropew. |
|
1.4 |
Minn dan isegwi li, fil-prinċipju, il-miżuri adottati għandhom ikunu bbażati fuq direttivi ta’ armonizzazzjoni minima, kif huwa ċar mill-paragrafu 2(a) u mill-paragrafu 4 tal-istess artikolu, kif ġie ġeneralment aċċettat mil-leġislatur Ewropew. Madankollu, ir-rappreżentanti tan-negozji jaqblu mal-bażi legali kkwotata mill-Kummissjoni, billi hemm kwistjonijiet tas-suq intern meqjusin bħala dominantifil-mira u l-kumpaniji għandhom bżonn sett wieħed ta’ regoli ċari biex jiġu osservati.” |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
111 |
|
Kontra: |
123 |
|
Astensjonijiet: |
12 |