|
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 290/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-5 ta’ Novembru 2010
li tirrikonoxxi fil-prinċipju l-kompletezza tad-dossiers li tressqu għal eżaminazzjoni dettaljata bil-ħsieb tal-inklużjoni possibbli tal-penflufen u l-fluxapyroxad fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 7439)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/672/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/414/KEE tipprevedi l-iżvilupp ta’ lista tal-Unjoni Ewropea ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. |
|
(2) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2009 tressaq dossier għas-sustanza attiva penflufen minn Bayer CropScience AG lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2009 tressaq dossier għas-sustanza attiva fluxapyroxad minn BASF SE lill-awtoritajiet tar-Renju Unit bl-applikazzjoni biex tinkiseb l-inklużjoni tagħha fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(4) |
L-awtoritajiet tar-Renju Unit indikaw lill-Kummissjoni li, wara eżami preliminari, id-dossiers għas-sustanzi attivi kkonċernati jidhru li jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dettalji u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-dossiers imressqa jidhru li jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE rigward prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati. Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, id-dossiers sussegwentement intbagħtu mill-applikant lill-Kummissjoni u Stati Membri oħra, u ġew riferuti lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. |
|
(5) |
Permezz ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi formalment ikkonfermat fil-livell tal-Unjoni Ewropea li d-dossiers jitqiesu li jissodisfaw fil-prinċipju r-rekwiżiti dwar id-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II u, għal tal-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanzi attivi kkonċernati, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dossiers li jikkonċernaw is-sustanzi attivi li ġew identifikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, li kienu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jinkiseb id-dħul ta’ dawn is-sustanzi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, fil-prinċipju jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva.
Id-dossiers jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti tad-dejta u l-informazzjoni stabbiliti fl-Anness III tad-Direttiva 91/414/KEE fir-rigward ta’ prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li fih is-sustanza attiva, billi jitqiesu l-użi proposti.
Artikolu 2
Kemm jista’ jkun malajr u sa mhux aktar tard minn mill-31 ta’ Diċembru 2011, l-Istat Membru relatur għandu jkompli għaddej bl-analiżi dettaljata tad-dossier imsemmi fl-Artikolu 1 u għandu jikkomunika lill-Kummissjoni l-konklużjonijiet tal-analiżi li jkun għamel flimkien ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni dwar l-inklużjoni jew in-nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanza attiva msemmija fl-Artikolu 1 u kwalunkwe kundizzjoni oħra għal dik l-inklużjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
SUSTANZA ATTIVA KKONĊERNATA MINN DIN ID-DEĊIŻJONI
|
L-Isem Komuni, in-Numru tal-Identifikazzjoni CIPAC |
L-applikant |
Id-data tal-applikazzjoni |
L-Istat Membru Relatur |
|
Penflufen Nru CIPAC: 826 |
Bayer CropScience AG |
fid-9 ta’ Diċembru 2009. |
Ir-Renju Unit |
|
Fluxapyroxad Nru CIPAC: Għadu mhux allokat |
BASF SE |
fil-11 ta’ Diċembru 2009. |
Ir-Renju Unit |