|
30.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 256/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 10308 — Castik/Abry/RG)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 256/07)
1.
Fil-21 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Castik Capital S.à r.l. (“Castik”, il-Lussemburgu), |
|
— |
Abry Partners II LLC (“Abry”, l-Istati Uniti tal-Amerka), u, |
|
— |
RG Engagement Group Limited (“RG”, ir-Renju Unit). |
Castik u Abry jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ RG kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Castik: kumpanija ta’ investiment li tiffoka fuq l-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta’ opportunitajiet ta’ investiment madwar l-Ewropa. |
|
— |
Abry: ditta ta’ ekwità privata li tiġġestixxi fondi li jinvestu f’firxa wiesgħa ta’ negozji li jiffokaw fuq il-media, il-komunikazzjonijiet u s-servizzi ta’ informazzjoni. |
|
— |
RG: kumpanija attiva fis-settur tal-ingaġġ tal-impjegati, li tfassal, timplimenta u tiġġestixxi soluzzjonijiet relatati mal-benefiċċju tal-impjegati, komunikazzjoni interna, premjijiet ta’ inċentiv għall-impjegati kif ukoll amministrazzjoni ta’ skemi ta’ benefiċċju tal-gvern. RG toffri s-soluzzjonijiet tiegħu permezz tal-pjattaforma tas-software tiegħu SmartHub. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M. 10308 — Castik/Abry/RG
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).