|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6711 |
17.12.2025 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Diċembru 2025
li tissostitwixxi membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Awstrija
(C/2025/6711)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bid-Deċiżjoni tal-5 ta' Marzu 2025 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mis-6 ta' Marzu 2025 sal-5 ta' Marzu 2028. |
|
(2) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Dorottya KICKINGER sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tat-trade unions. |
|
(3) |
L-Awstrija nnominat kandidat għas-siġġu vakanti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sa Dinah DJALINOUS-GLATZ hija maħtura membru tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol minflok is-Sa Dorottya KICKINGER għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-5 ta' Marzu 2028.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kunsill
Il-President
J. JENSEN
(1) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2025 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C, C/2025/1689, 13.3.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1689/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6711/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)