|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2262 |
19.3.2024 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha
(C/2024/2262)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Alexey Valeryevich MININ (Nru 3), Aleksei Sergeyvich MORENETS (Nru 4), Evgenii Mikhaylovich SEREBRIAKOV (Nru 5), Oleg Mikhaylovich SOTNIKOV (Nru 6), Dmitry Sergeyevich BADIN (Nru 7), Igor Olegovich KOSTYUKOV (Nru 8), Main Centre for Special Technologies (iċ-Ċentru Ewlieni għat-Teknoloġiji Speċjali) (GTsST) tad-Direttorat Ewlieni tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU) (Nru 3), il-85 Ċentru Ewlieni għas-Servizzi Speċjali (GTsSS) tad-Direttorat Ewlieni tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU) (Nru 4), persuni u entitajiet li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 (1) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 (2) dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew lill-Istati Membri tagħha.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet imsemmijin hawn fuq b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata. Dawk il-persuni u l-entitajiet huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet emendata previstia għad-deżinjazzjoni tagħhom, qabel it-2 ta' April 2024, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 Horizontal and Global Affairs |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2262/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)