10.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/66


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Diċembru 2009

dwar l-estensjoni tal-perjodu ta’ disponibilità tal-assistenza finanzjarja Komunitarja eċċezzjonali lill-Kosovo

(2009/918/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/880/KE tat-30 ta’ Novembru 2006 li tipprovdi assistenza finanzjarja Komunitarja eċċezzjonali lill-Kosovo (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3).

Billi:

(1)

Id-disponibilità tal-assistenza finanzjarja Komunitarja eċċezzjonali lill-Kosovo (2) skont id-Deċiżjoni 2006/880/KE msemmija hawn, fuq tiskadi fil-11 ta’ Diċembru 2009.

(2)

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 2006/880/KE jipprevedi l-possibbiltà għall-Kummissjoni li testendi il-perjodu ta’ disponibilità b’massimu ta’ sena.

(3)

Id-disponibilità għandha tkun estiża b’sena sabiex jitlesta l-programm ta’ assistenza finanzjarja.

(4)

Il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju kien ikkonsultat kif inhu xieraq dwar din l-estensjoni,

ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-perjodu ta’ disponibilità assistenza finanzjarja Komunitarja eċċezzjonali lill-Kosovo tkun estiża b’sena addizzjonali sal-11 ta’ Diċembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara li tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2009.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)   ĠU L 339, 6.12.2006, p. 36.

(2)  Skont ir-Riżoluzzjoni tanl-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 1244/1999 (UNSCR 1244/99) tal-10.6.1999.