|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/920 |
20.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/920
tad-19 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 fir-rigward ta’ ċerti miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-esperjenza miksuba bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 (2) uriet il-ħtieġa għal xi emendi tal-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ ċerti standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(2) |
Id-Dokumenti Mehmużin 3-B, 4-B, u 5-A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jelenkaw il-pajjiżi terzi rikonoxxuti bħala pajjiżi li japplikaw standards tas-sigurtà ekwivalenti għall-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mir-Renju tad-Danimarka li l-ajruport ta’ Kangerlussuaq li jinsab fi Greenland ma għadux japplika l-istandards bażiċi komuni tar-Regolament (KE) Nru 300/2008. Barra minn hekk, wara l-ħruġ mill-Unjoni mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-ajruporti ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey ma għadhomx rilevanti għar-reġim ta’ sigurtà f’post wieħed tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, l-ajruport ta’ Ben Gurion, Tel Aviv, li jinsab fl-Istat ta’ Iżrael, ma għadux jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Parti E tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 (3), fir-rigward tas-sigurtà tal-inġenji tal-ajru u l-iskrinjar tal-passiġġieri u tal-bagalji tal-kabina. |
|
(4) |
Għalhekk, jeħtieġ li l-ajruporti ta’ Kangerlussuaq, Guernsey, Isle of Man u Jersey jitneħħew mil-listi fid-Dokumenti Mehmużin 3-B, 4-B, 5-A tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 u l-ajruport ta’ Ben Gurion, Tel Aviv mil-listi fid-Dokumenti Mehmużin 3-B u 4-B tal-Anness ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Barra minn hekk, l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni ta’ theddid u ta’ riskju fis-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili teħtieġ it-tisħiħ urġenti tal-miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru, sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza u tiġi żgurata mitigazzjoni adegwata ta’ theddid ġdid. |
|
(6) |
Ċerti miżuri dettaljati tas-sigurtà tal-avjazzjoni fl-oqsma tat-taħriġ, iċ-ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal tas-sigurtà kif ukoll dwar l-ittestjar ta’ rutina tat-tagħmir tas-sigurtà jenħtieġ li jiġu ċċarati, armonizzati jew simplifikati sabiex tittejjeb iċ-ċarezza legali, tiġi standardizzata l-interpretazzjoni komuni tad-dispożizzjonijiet rilevanti u tiġi żgurata aktar l-aħjar implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni. |
|
(7) |
Peress li xi wħud mill-miżuri fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tal-persunal tas-sigurtà jistgħu jirrikjedu ċerti modifiki minuri tal-qafas nazzjonali mill-Istati Membri, l-applikazzjoni tagħhom jenħtieġ li tiġi posposta b’mill-inqas 6 xhur mill-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-eħfef implimentazzjoni tal-miżuri dettaljati fil-qasam tas-sigurtà tal-merkanzija u tal-posta bl-ajru, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(9) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat f’konformità mat-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-punti 8, 10 u 11 tal-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/300/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1998 tal-5 ta’ Novembru 2015 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni (ĠU L 299, 14.11.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1998/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 272/2009 tat-2 ta’ April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 300/2008 (ĠU L 91, 3.4.2009, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/272/oj).
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1998 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-lista fid-Dokument Mehmuż 3-B, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(2) |
fil-lista fid-Dokument Mehmuż 4-B, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(3) |
fil-lista fid-Dokument Mehmuż 5-A, jitħassru l-entrati li ġejjin:
|
|
(4) |
fil-Kapitolu 6, jiżdiedu l-punti 6.0.7 u 6.0.8 kif ġej:
|
|
(5) |
fil-Kapitolu 6, il-punti 6.3.2.1 u 6.3.2.2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(6) |
fil-Kapitolu 6, il-punt 6.8.3.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(7) |
fil-Kapitolu 6, jiżdied id-Dokument Mehmuż 6-M li ġej: “DOKUMENT MEHMUŻ 6-M LISTA TA’ KONTROLL TAL-VALIDAZZJONI GĦALL-KLIEB GĦALL-INDIVIDWAZZJONI TAL-ISPLUSSIVI TA’ PAJJIŻI TERZI (EDD) Noti u struzzjonijiet għall-mili L-għan tal-validazzjoni huwa li jiġi vvalutat jekk il-programm EDD applikabbli f’pajjiż terz u l-proċess ta’ skrinjar relatat osservat f’post ACC3 jew RA3 humiex ekwivalenti għar-rekwiżiti regolatorji tal-UE, kif stabbilit fil-punt 6.8.3.2 ta’ dan l-Anness. Din il-lista ta’ kontroll għandha tintuża esklużivament biex jiġu vvalutati u evalwati, jekk applikabbli, ir-rekwiżiti u l-operazzjonijiet li jappartjenu għall-EDD. Din ma tissostitwixxix, iżda tissupplimenta, l-obbligu eżistenti għall-validatur tal-UE li juża l-lista ta’ kontroll xierqa 6-C2 jew 6-C3 meta jwettaq il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE ta’ RA3 jew ACC3, rispettivament. Għalhekk, meta applikabbli, din il-lista ta’ kontroll għandha tkun parti integrali mir-rapport ta’ validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE u għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità xierqa. Matul il-validazzjoni tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE tal-RA3 jew tal-ACC3 fejn jintużaw l-EDD, il-mistoqsijiet 5.7 u 5.8 li jinsabu fil-lista ta’ kontroll 6-C2 u l-mistoqsijiet 7.7 u 7.8 li jinsabu fil-lista ta’ kontroll 6-C3, kif applikabbli, għandhom jiġu ssodisfati bl-użu ta’ din il-lista ta’ kontroll. Meta timla din il-lista ta’ kontroll, jekk jogħġbok innota li jekk it-tweġiba għal kwalunkwe mistoqsija ppreżentata b’tipa grassa tkun LE, il-validazzjoni TRID tiġi vvalutata bħala RIŻULTAT NEGATTIV, sakemm il-mistoqsija ma tapplikax. PARTI 1 Identifikazzjoni tal-operatur, tal-entità jew tal-awtorità li tuża l-EDD u tal-validatur tas-sigurtà tal-avjazzjoni tal-UE
PARTI 2 Taħriġ inizjali u ċ-ċertifikazzjoni jew l-approvazzjoni tal-EDDs u tal-handlers
PARTI 3 Materjal li jintuża fit-taħriġ
PARTI 4 Kontroll tal-kwalità
PARTI 5 Taħriġ kontinwu
PARTI 6 Osservazzjoni tal-proċess ta’ skrinjar
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
fil-Kapitolu 11, il-punt 11.0.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(9) |
fil-Kapitolu 11, jitħassar il-punt 11.1.12; |
|
(10) |
fil-Kapitolu 11, il-punti 11.3.2 sa 11.3.5 huma sostitwiti bil-punti li ġejjin:
|
|
(11) |
fil-Kapitolu 11, jiżdiedu l-punti 11.3.6 sa 11.3.9 kif ġej:
|
|
(12) |
fil-Kapitolu 11, il-punt 11.4.1, fl-aħħar tat-tieni paragrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja: “It-taħriġ u l-ittestjar għandhom preferibbilment jitqassmu b’mod ugwali fuq kull perjodu ta’ 6 xhur. Meta dan ma jkunx possibbli, it-taħriġ u l-ittestjar għandhom isiru fl-aħħar ta’ kull perjodu ta’ 6 xhur.”; |
|
(13) |
fil-Kapitolu 12, il-punt 12.0.1.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(14) |
fil-Kapitolu 12, jitħassru l-punti 12.4.2.3 sa 12.4.2.5. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/920/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)