European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6997

19.11.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11725 – VALEO FOODS / IDC HOLDING)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6997)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Valeo F4 Company Limited (“Valeo Foods”) (l-Irlanda), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Bain Capital Investors, LLC (l-Istati Uniti),

—

IDC Holding, a.s. (“IDC Holding”) (is-Slovakkja), ikkontrollata minn Finhold, s.r.o. (is-Slovakkja).

Valeo Foods se takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ IDC Holding kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Valeo Foods hija manifattur u distributur internazzjonali ta’ firxa ta’ prodotti tal-ikel, inklużi ħlewwiet taz-zokkor u taċ-ċikkulata, ikliet ħfief ħelwin, ikliet ħfief melħin, zlazi, pejsts, u varjetà ta’ prodotti oħra tal-merċa ambjentali,

—

IDC Holding hija manifattur u distributur ta’ ikliet ħfief ħelwin u prodotti tal-ħelu tad-ditta, inklużi bars taċ-ċikkulata, wejfers, gallettini, kejkijiet tal-isponge u tal-ġinġer (gingerbread), ħelu mħallat u tipi oħra ta’ ċikkulata u prodotti tal-ħelu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11725 – VALEO FOODS / IDC HOLDING

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6997/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)