European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1287

31.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Jannar 2024

li taħtar membru supplentifil-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għan-Netherlands

(C/2024/1287)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-listi ta' kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-24 ta' Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu mill-1 ta' Marzu 2022 sat-28 ta' Frar 2025.

(2)

Il-Gvern tan-Netherlands ippreżenta nomina għal post wieħed li għandu jimtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija maħtura membru supplenti tal-Kumitat ta' Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perjodu li jintemm fit-28 ta' Frar 2025:

RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Stat Membru

Membru Supplenti

In-Netherlands

Is-Sur Wim VAN VEELEN

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 92, 25.2.2022, p. 1).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1287/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)